Ebrej 11:1-40

11  Il-fidi+ hi l-istennija garantita t’affarijiet li nittamaw+ għalihom, it-turija evidenti taʼ realtajiet li ma jidhrux.+  Għax permezz taʼ dan, in-nies tal-qedem ngħataw xiehda.+  Bil-fidi nintebħu li s-sistemi+ tpoġġew fl-ordni bil-kelma t’Alla,+ u b’hekk dak li jidher ġie minn affarijiet li ma jidhrux.+  Bil-fidi Abel offra lil Alla sagrifiċċju aħjar minn taʼ Kajjin,+ u b’din il-fidi ngħata xiehda li kien raġel sewwa, għax Alla xehed+ rigward l-għotjiet tiegħu; u permezz tagħha, għalkemm miet, għadu jitkellem.+  Bil-fidi Enok+ ġie trasferit biex ma jarax il-mewt, u ma nstab imkien għax Alla kien ittrasferieh;+ imma qabel ma ġie trasferit kellu x-xiehda li kien għoġob sew lil Alla.+  Iktar minn hekk, mingħajr fidi+ impossibbli li togħġbu sew,+ għax min jersaq lejn Alla jrid jemmen li hu jeżisti+ u li jippremja+ lil dawk li jfittxuh bil-ħeġġa.+  Bil-fidi Noè,+ wara li ngħata twissija divina dwar affarijiet li kienu għadhom ma dehrux,+ wera l-biżaʼ t’Alla u bena arka+ biex isalva lin-nies taʼ daru; u permezz taʼ din il-fidi kkundanna lid-dinja,+ u sar werriet tal-ġustizzja+ li tiġi permezz tal-fidi.  Bil-fidi Abraham,+ meta kien imsejjaħ, obda u mar f’post li kellu jirċivih bħala wirt; u mar, għalkemm ma kienx jaf fejn kien sejjer.+  Bil-fidi għex bħala barrani fl-art tal-wegħda bħallikieku f’art barranija,+ u għex fit-tined+ maʼ Iżakk+ u Ġakobb,+ li kienu werrieta miegħu taʼ l-istess wegħda.+ 10  Għax kien qed jistenna l-belt+ li għandha sisien taʼ veru, li l-bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.+ 11  Bil-fidi wkoll Sara+ rċiviet qawwa biex toħroġ tqila b’nisel,* saħansitra meta kienet għaddiet l-età li jkollha t-tfal,+ peress li qisitu leali* lil dak li għamel il-wegħda.+ 12  Għaldaqstant ukoll minn raġel wieħed,+ kważi mejjet,+ twieldu wlied daqs il-kwiekeb tas-sema fil-kotra u bla għadd daqs ir-ramel f’xatt il-baħar.+ 13  Dawn kollha mietu waqt li żammew il-fidi,+ għalkemm ma qalgħux it-twettiq tal-wegħdi,+ imma rawhom mill-bogħod+ u laqgħuhom u stqarrew pubblikament li kienu stranġieri u residenti temporanji f’dik l-art.+ 14  Għax dawk li jgħidu dan juru bil-provi li qed ifittxu bil-ħeġġa post għalihom infushom.+ 15  Iżda, kieku tabilħaqq baqgħu jiftakru dak il-post li minnu kienu telqu,+ kien ikollhom opportunità jerġgħu lura.+ 16  Imma issa qed jirsistu għal post aħjar, jiġifieri, wieħed tas-sema.+ Għalhekk, Alla ma jistħix minħabba fihom, li jissejjaħ Alla tagħhom,+ għax ħejja belt+ għalihom. 17  Bil-fidi Abraham, meta ġie provat,+ kważi offra lil Iżakk, u r-raġel li bil-ferħ kien irċieva l-wegħdi pprova joffri lill-iben uniġenitu tiegħu,+ 18  għalkemm kien intqallu: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+ 19  Imma qies li Alla setaʼ jqajmu saħansitra mill-imwiet;+ u minn hemm irċivieh ukoll bħala tixbiha.+ 20  Bil-fidi wkoll Iżakk bierek lil Ġakobb+ u lil Għesaw+ rigward l-affarijiet li kellhom jiġu. 21  Bil-fidi Ġakobb, meta kien wasal biex imut,+ bierek lil kull wieħed minn ulied Ġużeppi+ u ta qima billi straħ fuq ras il-bastun tiegħu.+ 22  Bil-fidi Ġużeppi, meta qorob lejn it-tmiem taʼ ħajtu, semma l-eżodu+ taʼ wlied Israel; u ta ordni dwar l-għadam tiegħu.+ 23  Bil-fidi Mosè, wara li twieled,+ ġie moħbi għal tliet xhur mill-ġenituri tiegħu, għax raw li ċ-ċkejken kien sabiħ+ u ma beżgħux mill-ordni+ tas-sultan. 24  Bil-fidi Mosè, meta kiber,+ ma riedx jissejjaħ bin bint il-Fargħun,+ 25  imma għażel li jkun trattat ħażin mal-poplu t’Alla minflok ma jkollu t-tgawdija temporanja tad-dnub, 26  għax qies it-tmaqdir+ tal-Kristu bħala rikkezzi akbar mit-teżori taʼ l-Eġittu; għax ħares fiss lejn il-ħlas tal-premju.+ 27  Bil-fidi telaq mill-Eġittu+ u ma beżax mir-rabja tas-sultan,+ imma baqaʼ sod bħallikieku qed jara lil Dak li hu inviżibbli.+ 28  Bil-fidi ċċelebra l-Qbiż+ u t-traxxix tad-demm,+ biex il-qerried ma jmissilhomx lill-ewwel imweldin.+ 29  Bil-fidi għaddew mill-Baħar l-Aħmar qisu fuq art niexfa,+ imma malli l-Eġizzjani ssograw jgħaddu, inbelgħu.+ 30  Bil-fidi ġġarrfu s-swar taʼ Ġeriko wara li kienu daru magħhom għal sebat ijiem.+ 31  Bil-fidi Raħab+ il-prostituta ma nqerditx maʼ dawk li kienu diżubbidjenti, għax laqgħet lill-ispiji bis-sliem.+ 32  U x’ngħid iktar? Għax qatt ma nispiċċa kieku kelli nkompli nirrakkonta dwar Gidegħon,+ Barak,+ Sansun,+ Ġefta,+ David+ kif ukoll Samwel+ u l-profeti l-oħrajn,+ 33  li permezz tal-fidi għelbu saltniet fil-ġlied,+ wettqu l-ġustizzja,+ kisbu l-wegħdi,+ waqqfu ħalq l-iljuni,+ 34  irreżistew il-forza tan-nar,+ ħelsu minn xifer is-sejf,+ minn dgħajfin intgħamlu qawwijin,+ saru qalbenin fil-gwerer,+ ħarbtu l-armati tal-barranin.+ 35  Xi nisa rċivew il-mejtin tagħhom bl-irxoxt;+ imma nies oħrajn ġew torturati għax ma ridux jaċċettaw il-ħelsien b’xi fidwa, sabiex jiksbu rxoxt aħjar. 36  Iva, oħrajn irċivew il-prova tagħhom permezz taʼ żebliħ u swat, tabilħaqq, iktar minn hekk, permezz taʼ rbit+ u ħabsijiet.+ 37  Kienu mħaġġrin,+ kienu provati,+ kienu mħanxrin min-nofs, mietu+ minfudin bis-sejf, iġġerrew lebsin il-ġlud tan-nagħaġ+ u l-ġlud tal-mogħoż, waqt li kienu fil-bżonn,+ fit-tribulazzjoni,+ u trattati ħażin;+ 38  u d-dinja ma kinitx denja tagħhom. Iġġerrew fid-deżerti u l-muntanji u l-għerien+ u l-grotti taʼ l-art. 39  Iżda dawn kollha, għalkemm ngħataw xiehda permezz tal-fidi tagħhom, ma qalgħux it-twettiq tal-wegħda,+ 40  għax Alla ra minn qabel xi ħaġa aħjar+ għalina,+ sabiex+ ma jintgħamlux perfetti+ mingħajrna.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “b’żerriegħa.”
Letteralment, “fidil.”