Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 28

Apprezza Dak li Ġeħova u Ġesù Għamlu Għalik

Apprezza Dak li Ġeħova u Ġesù Għamlu Għalik

Kif tħossok meta ħabib jagħtik rigal sabiħ? X’aktarx se tħossok ferħan u tkun trid turi li tapprezzah ir-​rigal. Ġeħova u Ġesù tawna l-​ikbar rigal li qatt stajna nirċievu: Il-​fidwa. Kif nistgħu nuru li napprezzawh?

1. Kif nuru li napprezzaw x’għamlu Alla u Kristu għalina?

Il-​Bibbja twegħedna li ‘kulmin jeżerċita l-​fidi f’Ġesù’ jgħix għal dejjem. (Ġwanni 3:16) Xi jfisser li teżerċita l-​fidi? Ifisser iżjed milli nemmnu b’Ġesù biss. Irridu nuru l-​fidi wkoll bid-​deċiżjonijiet u l-​affarijiet li nagħmlu. (Ġakbu 2:17) Meta nuru l-​fidi b’dak li ngħidu u nagħmlu, insaħħu l-​ħbiberija tagħna maʼ Ġesù u maʼ Missieru Ġeħova.​—Aqra Ġwanni 14:21.

2. Liema okkażjoni speċjali tgħinna napprezzaw dak li għamlu Ġeħova u Ġesù?

Fil-​lejl qabel ma miet, Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu mod ieħor kif juru li japprezzaw is-​sagrifiċċju tiegħu. Hu qalilhom biex jiltaqgħu flimkien għal okkażjoni speċjali li fil-​Bibbja jisimha “l-​ikla taʼ fil-​għaxija tal-​Mulej.” Ħafna jafuha wkoll bħala t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù. (1 Korintin 11:20) Ġesù ried li l-​appostli tiegħu u l-​Kristjani veri kollha jiftakru li hu ta ħajtu għalina. Allura hu kmandahom: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Meta tmur għat-​Tifkira, inti turi li tapprezza l-​imħabba kbira li Ġeħova u Ġesù għandhom għalina.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af modi oħra kif tapprezza li Ġeħova u Ġesù jħobbuna ħafna. U tgħallem għala t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù hi importanti ħafna.

3. X’nistgħu nagħmlu biex nuru li napprezzaw?

Immaġina li xi ħadd salvak milli tegħreq. Int se tinsa dak li għamel għalik? Jew tara kif se tagħmel biex turi li tapprezza dak li għamillek?

Aħna għandna l-​opportunità li ngħixu għal dejjem minħabba l-​qalb tajba taʼ Ġeħova. Aqra l-1 Ġwanni 4:​8-​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù għala hu rigal speċjali?

  • Kif tħossok dwar dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalik?

Kif nistgħu nuru li napprezzaw dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalina? Aqra t-2 Korintin 5:15; u l-1 Ġwanni 4:11; 5:3. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:

  • Skont din l-​iskrittura, x’nistgħu nagħmlu biex nuru li napprezzaw?

4. Imita lil Ġesù

Mod ieħor kif nuru li napprezzaw hu billi nimitaw lil Ġesù. Aqra l-1 Pietru 2:​21, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tistaʼ timxi mill-​qrib wara l-​passi taʼ Ġesù?

5. Mur għat-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù

Biex tara x’ġara fl-​ewwel Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej, aqra Luqa 22:​14, 19, 20. Imbagħad iddiskuti:

  • X’ġara fl-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej?

  • X’jirrappreżentaw il-​ħobż u l-​inbid?​—Ara versi 19 u 20.

Ġesù ried li darba fis-​sena, fil-​ġurnata li miet, id-​dixxipli tiegħu jagħmlu l-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej. Għalhekk, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu kull sena biex jiftakru l-​mewt taʼ Ġesù bil-​mod kif qalilna hu. Biex titgħallem iżjed dwar din il-​laqgħa importanti, ara l-​VIDJOW. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsija li jmiss.

  • X’jiġri fit-​Tifkira?

Il-​ħobż jirrappreżenta l-​ġisem perfett taʼ Ġesù u l-​inbid jirrappreżenta d-​demm tiegħu

ĦAFNA JGĦIDU: “Jien nemmen f’Ġesù. Hu biżżejjed biex insalva.”

XI DDISKUTEJNA?

Aħna nuru li napprezzaw dak li Ġesù għamel għalina billi nuru fidi fih u mmorru għat-​Tifkira tal-​mewt tiegħu.

X’Tgħallimt

  • X’jiġifieri li turi fidi f’Ġesù?

  • Kif tixtieq turi li tapprezza dak li għamlu Ġeħova u Ġesù għalik?

  • Għala hu importanti ħafna li tmur għat-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Meta nitgħallmu dwar il-​mewt taʼ Kristu, xi nkunu rridu nagħmlu?

Uża Ħajtu Biex Jaqdi lil Ġeħova (9:​28)

Fl-​istorja “I Feel Clean, Alive, and Whole,” ara kif il-​ħajja taʼ mara saret aħjar meta fehmet xi jfisser is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù għaliha.

“The Bible Changes Lives” (The Watchtower, August 1, 2011)