Numri 7:1-89
7 Issa ġara li, dakinhar li Mosè temm jibni t-tabernaklu,+ hu dilek+ u qaddes lilu u t-tagħmir kollu tiegħu kif ukoll l-artal u l-għodod kollha tiegħu. B’hekk, dilikhom u qaddishom.+
2 Imbagħad il-kapijiet ewlenin taʼ Israel,+ il-kapijiet taʼ dar missirijiethom, billi kienu l-kapijiet ewlenin tat-tribujiet u kienu fuq in-nies li ġew reġistrati, ippreżentaw+
3 u ġabu l-offerta tagħhom quddiem Ġeħova, sitt karrijiet mgħottijin u tnax-il barri, karru għal żewġ kapijiet ewlenin u barri għal kull wieħed minnhom; u ppreżentawhom quddiem it-tabernaklu.
4 U Ġeħova qal lil Mosè:
5 “Aċċettahom mingħandhom, għax iridu jservu biex jitwettaq is-servizz tat-tinda tal-laqgħa, u agħtihom lil-Leviti, kull wieħed skond is-servizz tiegħu stess.”
6 Għalhekk, Mosè aċċetta l-karrijiet u l-barrin u tahom lil-Leviti.
7 Żewġ karrijiet u erbaʼ barrin tahom lil ulied Gerson skond is-servizz tagħhom,+
8 u erbaʼ karrijiet u tmien barrin tahom lil ulied Merari skond is-servizz tagħhom,+ taħt id-direzzjoni taʼ Itamar, bin Aron il-qassis.+
9 Imma lil ulied Keħat ma tahom xejn, għaliex kellhom iġorru t-tagħmir użat fil-post qaddis,+ u ġarrew kollox fuq spallejhom.+
10 Issa l-kapijiet ewlenin ippreżentaw kollox fl-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal dakinhar li ġie midluk, u l-kapijiet ewlenin ippreżentaw l-offerta tagħhom quddiem l-artal.
11 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Kap ewlieni wieħed f’jum wieħed u kap ewlieni ieħor f’jum ieħor hu l-mod kif għandhom jippreżentaw l-offerta tagħhom għall-inawgurazzjoni taʼ l-artal.”+
12 Issa dak li ppreżenta l-offerta tiegħu fl-ewwel jum kien Naħson,+ bin Għamminadab, mit-tribù taʼ Ġuda.
13 U l-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis,+ it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
14 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+
15 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
16 gidi bħala offerta għad-dnub;+
17 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Naħson, bin Għamminadab.+
18 Fit-tieni jum Netanel,+ bin Sugħar, il-kap ewlieni taʼ Issakar, ippreżenta l-offerta.
19 Hu ppreżenta bħala l-offerta tiegħu platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
20 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
21 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
22 gidi bħala offerta għad-dnub;+
23 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Netanel, bin Sugħar.
24 Fit-tielet jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Żebulun, Eljab,+ bin Ħelon.
25 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;
26 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
27 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
28 gidi bħala offerta għad-dnub;+
29 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljab, bin Ħelon.+
30 Fir-rabaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Ruben, Elisur,+ bin Sedewr.
31 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
32 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
33 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
34 gidi bħala offerta għad-dnub;+
35 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisur, bin Sedewr.+
36 Fil-ħames jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Simegħon, Selumjel,+ bin Surisaddaj.
37 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
38 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
39 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
40 gidi bħala offerta għad-dnub;+
41 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Selumjel, bin Surisaddaj.+
42 Fis-sitt jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Gad, Eljasaf,+ bin Degħwel.
43 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
44 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+
45 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
46 gidi bħala offerta għad-dnub;+
47 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Eljasaf, bin Degħwel.+
48 Fis-sebaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Efrajm, Elisama,+ bin Għammiħud.
49 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
50 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
51 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
52 gidi bħala offerta għad-dnub;+
53 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Elisama, bin Għammiħud.+
54 Fit-tmien jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Manasse, Gamaljel,+ bin Pedaħsur.
55 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
56 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+
57 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
58 gidi bħala offerta għad-dnub;+
59 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Gamaljel, bin Pedaħsur.+
60 Fid-disaʼ jum kien hemm il-kap ewlieni+ għal ulied Benjamin, Abidan,+ bin Gidegħoni.
61 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
62 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
63 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
64 gidi bħala offerta għad-dnub;+
65 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Abidan, bin Gidegħoni.+
66 Fl-għaxar jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Dan, Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj.
67 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
68 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;
69 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
70 gidi bħala offerta għad-dnub;+
71 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħigħeżer, bin Għammisaddaj.+
72 Fil-ħdax-il jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Aser, Paggħijel,+ bin Għokran.
73 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
74 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+
75 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
76 gidi bħala offerta għad-dnub;+
77 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ Paggħijel, bin Għokran.+
78 Fit-tnax-il jum kien hemm il-kap ewlieni għal ulied Naftali, Aħira,+ bin Għenan.
79 L-offerta tiegħu kienet platt tal-fidda, li kien jiżen mija u tletin xekel, skutella tal-fidda taʼ sebgħin xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis, it-tnejn li huma mimlijin dqiq fin miblul fiż-żejt bħala offerta tal-qmuħ;+
80 kies tad-deheb li jiżen għaxar xwiekel, mimli inċens;+
81 barri żgħir, muntun, ħaruf fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq;+
82 gidi bħala offerta għad-dnub;+
83 u bħala sagrifiċċju taʼ sħubija+ żewġ barrin, ħames imtaten, ħames bdabad, ħamest iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta t’Aħira, bin Għenan.+
84 Din kienet l-offerta taʼ l-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal dakinhar li ġie midluk, min-naħa tal-kapijiet ewlenin+ taʼ Israel: tnax-il platt tal-fidda, tnax-il skutella tal-fidda,+ tnax-il kies tad-deheb;
85 mija u tletin xekel għal kull platt tal-fidda, u sebgħin għal kull skutella, u b’hekk il-fidda kollha tar-reċipjenti kienet elfejn u erbaʼ mitt xekel, skond ix-xekel tal-post qaddis;+
86 it-tnax-il kies tad-deheb+ mimlijin inċens kienu għaxar xwiekel għal kull kies, skond ix-xekel tal-post qaddis, u b’hekk id-deheb kollu tal-kwies kien mija u għoxrin xekel;
87 il-bhejjem kollha għall-offerta tal-ħruq+ kienu tnax-il barri, tnax-il muntun, tnax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena u l-offerti tal-qmuħ li joffru magħhom,+ u tnax-il gidi għal offerta għad-dnub;+
88 u l-bhejjem kollha tas-sagrifiċċju taʼ sħubija+ kienu erbgħa u għoxrin barri, sittin muntun, sittin bodbod, sittin ħaruf kull wieħed taʼ sena. Din kienet l-offerta taʼ l-inawgurazzjoni+ taʼ l-artal wara li ġie midluk.+
89 Issa kulmeta Mosè kien jidħol fit-tinda tal-laqgħa biex jitkellem miegħu,+ kien jismaʼ l-leħen jitkellem miegħu minn fuq l-għatu+ li kien hemm fuq l-arka tat-testimonjanza, minn bejn iż-żewġ kerubini;+ u kien ikellmu.

