Numri 29:1-40
29 “‘U fis-sebaʼ xahar, fl-ewwel tax-xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ Għandu jkun għalikom jum tad-daqq tat-trumbetta.+
2 U toffru bħala offerta tal-ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
3 u bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt, tlieta minn għaxra t’efa għall-barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-muntun,+
4 u waħda minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel;+
5 u gidi bħala offerta għad-dnub biex jagħmel tpattija għalikom;+
6 minbarra l-offerta tal-ħruq taʼ kull xahar+ u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha+ u l-offerta tal-ħruq offruta regolarment+ u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha,+ flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom,+ skond il-proċedura regulari għalihom, bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.+
7 “‘U fl-għaxra taʼ dan is-sebaʼ xahar għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa,+ u tridu tgħakksu ruħkom.*+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+
8 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova, bħala riħa pjaċevoli, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+
9 U bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tlieta minn għaxra t’efa għall-barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-muntun,+
10 wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel;+
11 gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta għad dnub bħala tpattija+ u l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom.+
12 “‘U fil-ħmistax tas-sebaʼ xahar+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz,+ u tridu tiċċelebraw festa lil Ġeħova għal sebat ijiem.+
13 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq,+ offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, tlettax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena. Għandhom ikunu bla difett.+
14 U bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri mit-tlettax-il barri, tnejn minn għaxra t’efa għal kull muntun miż-żewġ imtaten,+
15 u wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mill-erbatax-il ħaruf;+
16 u gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
17 “‘U fit-tieni jum tnax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
18 u l-offerta tal-qmuħ+ li joffru magħhom u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+
19 u gidi bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom.+
20 “‘U fit-tielet jum ħdax-il barri, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
21 u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħhom+ u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;
22 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.
23 “‘U fir-rabaʼ jum għaxar barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
24 l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+
25 u gidi bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment,+ l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
26 “‘U fil-ħames jum disaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
27 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+
28 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
29 “‘U fis-sitt jum tmien barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
30 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+
31 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerti tax-xorb li joffru magħha.+
32 “‘U fis-sebaʼ jum sebaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
33 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari għalihom;+
34 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
35 “‘U fit-tmien jum għandkom tagħmlu assemblea solenni.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+
36 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq, offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+
37 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barri, għall-muntun u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+
38 u mogħża waħda bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
39 “‘Dawn toffruhom lil Ġeħova fil-festi taʼ l-istaġuni tagħkom,+ minbarra l-offerti li tagħmlu b’wegħda+ u l-offerti volontarji+ bħala l-offerti tal-ħruq+ u l-offerti tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom.’”+
40 U Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

