Numri 8:1-26

8  U Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Kellem lil Aron, u għidlu, ‘Kulmeta tixgħel l-​imsiebaħ, is-​sebaʼ msiebaħ għandhom idawlu l-​parti taʼ quddiem il-​gandlier.’”+  U Aron beda jagħmel hekk. Xegħel l-​imsiebaħ biex idawwal il-​parti taʼ quddiem il-​gandlier,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.  Issa hekk kien maħdum il-​gandlier. Kien tad-​deheb maħdum bil-​martell. Sal-​ġnub tiegħu u l-​petali tiegħu kienu maħdumin bil-​martell.+ Skond il-​viżjoni+ li Ġeħova kien wera lil Mosè, hekk għamlu l-​gandlier.  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ħu l-​Leviti minn fost ulied Israel, u naddafhom.+  U hekk għandek tagħmlilhom biex tnaddafhom: Roxx fuqhom ilma li jnaddaf id-​dnub,+ u minn fuq ġisimhom kollu+ jrid jgħaddi l-​mus u jridu jaħslu ħwejjiġhom+ u jitnaddfu.+  Imbagħad jieħdu barri+ żgħir u l-​offerta tal-​qmuħ+ li joffru miegħu taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt, u int tieħu barri żgħir ieħor għal offerta għad-​dnub.+  U trid tippreżenta l-​Leviti quddiem it-​tinda tal-​laqgħa u laqqaʼ lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel.+ 10  U trid tippreżenta l-​Leviti quddiem Ġeħova, u wlied Israel iridu jqiegħdu+ idejhom fuq il-​Leviti.+ 11  U Aron irid iġiegħel lil-​Leviti jitħarrku ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova bħala offerta tat-​tixjir+ mingħand ulied Israel, u huma jridu jaqdu biex iwettqu s-​servizz taʼ Ġeħova.+ 12  “Imbagħad il-​Leviti jqiegħdu idejhom fuq l-​irjus tal-​barrin.+ Wara dan, offri wieħed bħala offerta għad-​dnub u l-​ieħor bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova biex tagħmel tpattija+ għal-​Leviti. 13  U qabbad lil-​Leviti jieqfu quddiem Aron u wliedu u ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir lil Ġeħova. 14  U warrab apparti lil-​Leviti minn fost ulied Israel, u l-​Leviti jsiru tiegħi.+ 15  U mbagħad il-​Leviti jidħlu jaqdu fit-​tinda tal-​laqgħa.+ Għalhekk, trid tnaddafhom u ġġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir.+ 16  Għax huma wħud mogħtijin,* mogħtijin lili minn fost ulied Israel.+ Irrid niħodhom għalija nnifsi minflok dawk kollha li jiftħu l-​ġuf, l-​ewwel imweldin kollha taʼ wlied Israel.+ 17  Għax kull l-​ewwel imwieled fost ulied Israel hu tiegħi, fost il-​bnedmin u fost il-​bhejjem.+ Dakinhar li lqatt lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu+ qaddisthom għalija nnifsi.+ 18  U se nieħu l-​Leviti minflok l-​ewwel imweldin kollha fost ulied Israel.+ 19  U nagħti l-​Leviti bħala wħud mogħtijin lil Aron u lil uliedu minn fost ulied Israel,+ biex iwettqu s-​servizz taʼ wlied Israel fit-​tinda tal-​laqgħa+ u biex jagħmlu tpattija għal ulied Israel, sabiex ma jseħħ ebda kastig fost ulied Israel+ minħabba li wlied Israel jersqu lejn il-​post qaddis.” 20  U Mosè u Aron u l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel hekk għamlulhom lil-​Leviti. Fi qbil maʼ dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè rigward il-​Leviti, hekk għamlulhom ulied Israel. 21  Għalhekk, il-​Leviti ppurifikaw+ lilhom infushom u ħaslu ħwejjiġhom, u mbagħad Aron ġegħelhom jitħarrku ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ Imbagħad Aron għamel tpattija għalihom biex inaddafhom.+ 22  Kien minn dakinhar li l-​Leviti daħlu biex iwettqu s-​servizz tagħhom fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem Aron u wliedu.+ Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè dwar il-​Leviti, hekk għamlulhom. 23  Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 24  “Dan hu li japplika għal-​Leviti: Minn ħamsa u għoxrin sena ’l fuq il-​Levita jiġi biex jidħol fil-​miġemgħa fis-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa. 25  Imma meta jagħlaq il-​ħamsin sena jirtira mill-​miġemgħa tas-​servizz u ma jaqdix iktar. 26  U jrid jaqdi lil ħutu fit-​tinda tal-​laqgħa billi jieħu ħsieb l-​obbligu, imma ma jagħti ebda servizz. Hekk għandek tagħmlilhom lil-​Leviti fl-​obbligi tagħhom.”+

Noti taʼ taħt

“Uħud mogħtijin.” Bl-​Ebrajk, netunim, relatata mat-​titlu “Netinin.” Ara l-​1Kr 9:2.