Numri 17:1-13

17  Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu:  “Kellem lil ulied Israel u ħu mingħandhom bastun+ għal kull familja min-​naħa tal-​missier mingħand il-​kapijiet ewlenin+ kollha tagħhom, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun. Ikteb isem kull wieħed fuq il-​bastun tiegħu.  U isem Aron iktbu fuq il-​bastun taʼ Levi, għaliex hemm bastun wieħed għall-​kap taʼ dar missirijiethom.  U qegħedhom fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem it-​Testimonjanza,+ fejn jien nidhrilkom regolarment.+  U jrid iseħħ li r-​raġel li nagħżel jien,+ il-​bastun tiegħu jwarrad, u żgur li nsikket it-​tgergir+ taʼ wlied Israel kontrija, li qed igergru kontrikom.”+  Għalhekk, Mosè kellem lil ulied Israel, u l-​kapijiet ewlenin kollha tagħhom tawh bastun għal kull kap ewlieni, bastun għal kull kap ewlieni, skond dar missirijiethom, tnax-il bastun;+ u l-​bastun t’Aron kien fost il-​bsaten tagħhom.+  Imbagħad Mosè qiegħed il-​bsaten quddiem Ġeħova fit-​tinda tat-​Testimonjanza.+  U ġara li l-​għada meta Mosè mar fit-​tinda tat-​Testimonjanza, ara, il-​bastun t’Aron għad-​dar taʼ Levi kien warrad, u beda jarmi u joħroġ il-​fjuri u jagħmel il-​lewż misjur.  Imbagħad Mosè ġab il-​bsaten kollha minn quddiem Ġeħova u ħadhom lill-​ulied kollha taʼ Israel, u dawn rawhom u kull raġel ħa l-​bastun tiegħu. 10  Imbagħad, Ġeħova qal lil Mosè: “Poġġi lura l-​bastun+ t’Aron quddiem it-​Testimonjanza bħala xi ħaġa li trid tinżamm bħala sinjal+ għal ulied ir-​ribelljoni,+ biex it-​tgergir tagħhom kontrija jieqaf, għax inkella jmutu.” 11  Mosè minnufih għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. Għamel preċiż hekk. 12  U wlied Israel bdew jgħidu dan lil Mosè: “Issa aħna se mmutu, se ngħibu, ilkoll kemm aħna se ngħibu.+ 13  Kulmin jersaq+ u jiġi qrib it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, imut!+ Għandna aħna nispiċċaw biex immutu b’dan il-​mod?”+

Noti taʼ taħt