Numri 23:1-30

23  Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-​post sebaʼ artali+ u lestili f’dan il-​post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.”  Balak minnufih għamel sewwasew bħalma qallu Balgħam. Imbagħad Balak u Balgħam offrew barri u muntun fuq kull artal.+  U Balgħam issokta jgħid lil Balak: “Oqgħod ħdejn l-​offerta tal-​ħruq tiegħek,+ u ħallini mmur. Forsi Ġeħova jiġi u jiltaqaʼ miegħi.+ F’dan il-​każ, jurini x’jurini, ngħidhulek.” Għalhekk, mar fuq għolja għerja.  Meta Alla ġie għandu, Balgħam+ imbagħad qallu: “Qegħedt is-​sebaʼ artali f’ringieli, u offrejt barri u muntun fuq kull artal.”+  Għaldaqstant, Ġeħova qiegħed kelma f’fomm Balgħam+ u qallu: “Mur lura għand Balak, u hekk għidlu.”+  Għalhekk, mar lura għandu, u, ara, hu u l-​prinċpijiet kollha taʼ Mowab kienu qegħdin ħdejn l-​offerta tal-​ħruq li kien għamel.  Imbagħad lissen il-​kliem t’għerf tiegħu+ u qal:“Minn Aram+ ipprova jġibni Balak, is-​sultan taʼ Mowab,Mill-​muntanji tal-​lvant:‘Ejja, isħitli lil Ġakobb.Iva, ejja, ikkundanna lil Israel.’+   Kif nistaʼ nisħet lil dawk li Alla ma seħitx?+U kif nistaʼ nikkundanna lil dawk li Ġeħova ma kkundannax?+   Minn fuq il-​quċċata tal-​blat narahom,U minn fuq l-​għoljiet nilmaħhom.Hemmhekk bħala poplu jibqgħu jgħixu fit-​tined maqtugħin minn kulħadd,+U mal-​ġnus ma jgħoddux lilhom infushom.+ 10  Min għadd lil Ġakobb li hu numeruż daqs it-​trab,+U min għadd il-​parti minn erbgħa taʼ Israel?Ħa tmut ruħi l-​mewta tar-​retti,+U wara ħa jkun tmiemi bħal tagħhom.”+ 11  U Balak qal lil Balgħam: “X’għamiltli? Jien ġibtek biex tisħet lill-​għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom.”+ 12  Wieġbu u qallu: “Mhux kulma Ġeħova jqegħedli f’fommi rrid noqgħod attent li ngħid?”+ 13  Imbagħad Balak qallu: “Jekk jogħġbok, ejja miegħi f’post ieħor minfejn tistaʼ tarahom. Tarf biss minnhom tara,+ u ma tarahomx kollha. U isħithomli minn hemmhekk.”+ 14  Għalhekk, ħadu fil-​kampanja taʼ Sofim, fuq il-​quċċata tal-​Pisga,+ u bena sebaʼ artali u offra barri u muntun fuq kull artal.+ 15  Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Oqgħod hawnhekk ħdejn l-​offerta tal-​ħruq tiegħek, u, inkwantu għalija, ħa nara x’jgħidli hemmhekk.” 16  U Ġeħova ġie għand Balgħam u qegħedlu kelma f’fommu u qallu:+ “Erġaʼ lura għand Balak,+ u hekk għidlu.” 17  Għalhekk, wasal ħdejh, u, ara, kien qiegħed ħdejn l-​offerta tal-​ħruq li kien għamel, u miegħu kien hemm il-​prinċpijiet taʼ Mowab. U Balak staqsieh: “X’qallek Ġeħova?” 18  Imbagħad lissen il-​kliem t’għerf tiegħu u qal:+“Qum, Balak, u ismaʼ.Agħtini widen, O bin Siffur.+ 19  Alla m’huwiex xi bniedem biex jgħid il-​gideb,+Lanqas xi bin il-​bniedem biex jerġaʼ jibdielu.+Jgħid hu xi ħaġa u ma jagħmilhiex,U jgħid kelma u ma jwettaqhiex?+ 20  Ara! Inġibt biex inbierek,U Hu bierek,+ u jien mhux se rreġġagħha lura.+ 21  Ma lemaħ ebda magħmul+ kontra Ġakobb,U ebda inkwiet ma ra kontra Israel.Ġeħova Alla tiegħu hu miegħu,+U f’nofsu jinstemaʼ l-​għajat taʼ tifħir għas-​sultan. 22  Alla ħarġu mill-​Eġittu.+Il-​pass mgħaġġel tiegħu hu bħal dak taʼ barri salvaġġ.+ 23  Għax m’hemm ebda magħmul kontra Ġakobb,+Lanqas teħbir kontra Israel.+F’dan il-​waqt jistaʼ jingħad dwar Ġakobb u Israel,‘Ara x’għamel Alla!’+ 24  Ara! Iqum poplu bħal iljun,U bħall-​iljun jieqaf fuq saqajh.+Ma jimteddx qabel ma jiekol il-​priża,U jixrob id-​demm tal-​maqtulin.”+ 25  U Balak qal lil Balgħam: “Jekk assolutament ma tistax tisħtu, almenu żgur li m’għandekx tbierku.” 26  Imbagħad Balgħam wieġeb u qal lil Balak: “Ma kellimtekx u għedtlek, ‘Kulma jgħidli Ġeħova nagħmel’?”+ 27  Imbagħad Balak qal lil Balgħam: “Ejja, jekk jogħġbok. Ħa nieħdok jerġaʼ post ieħor. Forsi jkun sewwa f’għajnejn l-​Alla l-​veru, u b’hekk int tisħithuli minn hemmhekk.”+ 28  U Balak ħa lil Balgħam fuq il-​quċċata taʼ Pegħor, li tħares lejn il-​Ġesimon.*+ 29  Imbagħad Balgħam+ qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-​post sebaʼ artali u lestili f’dan il-​post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.”+ 30  Għalhekk, Balak għamel sewwasew bħalma qal Balgħam, u offra barri u muntun fuq kull artal.+

Noti taʼ taħt

Jew, “id-​deżert.”