Numri 28:1-31

28  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ikkmanda lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għandkom toqogħdu attenti li tippreżentawli l-​offerta tiegħi, il-​ħobż tiegħi,+ għall-​offerti tiegħi magħmulin bin-​nar bħala riħa pjaċevoli għalija,+ fiż-​żminijiet stabbiliti tagħhom.’+  “U għidilhom, ‘Din hi l-​offerta magħmula bin-​nar li għandkom tippreżentaw lil Ġeħova: żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, kuljum bħala offerta tal-​ħruq offruta regolarment.+  Ħaruf wieħed toffrih fil-​għodu, u l-​ħaruf l-​ieħor toffrih bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam,+  flimkien maʼ wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ miblula fil-​kwart taʼ ħinn żejt minn żebbuġ misħuq;+  l-offerta tal-​ħruq offruta regolarment,+ li kienet offruta fuq il-​Muntanja Sinaj bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+  flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru miegħu,+ kwart taʼ ħinn għal kull ħaruf.+ L-​offerta tax-​xorb, taʼ xorb li jsakkar,+ sawwabha fil-​post qaddis lil Ġeħova.  U toffri l-​ħaruf l-​ieħor bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. Bl-​istess offerta tal-​qmuħ bħal dik taʼ fil-​għodu u bl-​istess offerta tax-​xorb toffrih bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+  “‘Madankollu, f’jum is-​Sabat+ ikun hemm żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt, flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha, 10  bħala offerta tal-​ħruq tas-​Sabat fil-​jum tas-​Sabat, flimkien maʼ l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ u l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 11  “‘U fil-​bidu tax-​xhur tagħkom lil Ġeħova tippreżentawlu bħala offerta tal-​ħruq żewġ barrin żgħar u muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, li jkunu bla difett,+ 12  u tlieta minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ+ miblula fiż-​żejt għal kull barri u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt għall-​muntun,+ 13  u wieħed minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-​qmuħ miblula fiż-​żejt għal kull ħaruf, bħala offerta tal-​ħruq, riħa pjaċevoli,+ offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 14  U bħala l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom għandu jkun hemm nofs+ ħinn inbid għal barri u terz+ taʼ ħinn għall-​muntun u kwart+ taʼ ħinn għal ħaruf. Din hi l-​offerta tal-​ħruq taʼ kull xahar fix-​xahar tagħha għax-​xhur tas-​sena.+ 15  Ukoll, gidi,+ bħala offerta għad-​dnub, għandu jiġi offrut lil Ġeħova minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment flimkien maʼ l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha.+ 16  “‘U fl-​ewwel xahar, fl-​erbatax tax-​xahar, ikun il-​Qbiż taʼ Ġeħova.+ 17  U l-​ħmistax taʼ dan ix-​xahar ikun festa. Għal sebat ijiem jittiekel ħobż bla ħmira.+ 18  Fl-ewwel jum ikun hemm konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 19  U tridu tippreżentaw bħala offerta magħmula bin-​nar, offerta tal-​ħruq+ lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar u muntun u sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+ 20  U bħala l-​offerti tal-​qmuħ+ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tridu toffru tlieta minn għaxra t’efa għall-​barri u tnejn minn għaxra t’efa+ għall-​muntun. 21  Għandkom toffru wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel; 22  u mogħża bħala offerta għad-​dnub biex tagħmel tpattija għalikom.+ 23  Dawn għandkom toffruhom minbarra l-​offerta tal-​ħruq+ taʼ fil-​għodu li trid tiġi offruta regolarment.+ 24  L-istess bħal dawn għandkom toffru kuljum għas-​sebat ijiem bħala ħobż,+ offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ Flimkien maʼ l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment għandha tiġi offruta, kif ukoll l-​offerta tax-​xorb li joffru magħha. 25  U fis-​sebaʼ jum għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 26  “‘U fil-​jum taʼ l-​ewwel frott misjur,+ meta tippreżentaw offerta tal-​qmuħ ġodda lil Ġeħova, fil-​festa tal-​ġimgħat+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa. Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 27  U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-​ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena;+ 28  u bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-​żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri, tnejn minn għaxra t’efa+ għall-​muntun, 29  wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-​sebat iħrief irġiel; 30  gidi biex jagħmel tpattija għalikom.+ 31  Minbarra l-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment u l-​offerta tal-​qmuħ li joffru magħha għandkom toffruhom.+ Qisu li jkunu bla difett,+ flimkien maʼ l-​offerti tax-​xorb li joffru magħhom.+

Noti taʼ taħt