Numri 27:1-23

27  Imbagħad resqu l-​bniet taʼ Selofeħad,+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse,+ mill-​familji taʼ Manasse, bin Ġużeppi. U l-​bniet tiegħu kien jisimhom hekk: Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+  U qagħdu quddiem Mosè u quddiem Elegħażar, il-​qassis,+ u quddiem il-​kapijiet ewlenin u l-​ġemgħa kollha fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u qalu:  “Missierna miet fix-​xagħri,+ u madankollu ma kienx fost il-​ġemgħa, jiġifieri, dawk li ħaduha kontra Ġeħova fil-​ġemgħa taʼ Koraħ,+ imma miet minħabba dnubu stess;+ u ma kellux ulied subien.  Għala għandu isem missierna jitneħħa minn nofs il-​familja tiegħu għaliex ma kellux iben?+ Agħtina wirt f’nofs ħut missierna.”+  U Mosè ppreżenta l-​każ tagħhom quddiem Ġeħova.+  Imbagħad Ġeħova qallu hekk lil Mosè:  “Il-​bniet taʼ Selofeħad qed jgħidu sew. Għandek assolutament tagħtihom wirt f’nofs ħut missierhom, u trid tgħaddi wirt missierhom lilhom.+  U għandek tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Jekk imut xi raġel mingħajr ma jkollu iben, tridu tgħaddu wirtu lil bintu.  U jekk ma jkollux bint, tridu tagħtu wirtu lil ħutu. 10  U jekk ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lil ħut missieru. 11  U jekk missieru ma jkollux ħutu, tridu tagħtu wirtu lill-​eqreb wieħed mill-​familja tiegħu li hu qaribu mid-​demm,+ u l-​wirt isir tiegħu. U dan irid iservi bħala statut b’deċiżjoni ġudizzjarja għal ulied Israel, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda lil Mosè.’” 12  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Itlaʼ fuq din il-​muntanja taʼ l-​Għabarim+ u ara l-​art li se nagħti lil ulied Israel.+ 13  Meta tkun rajtha, imbagħad tinġabar maʼ niesek,+ iva, int, sewwasew bħalma nġabar ħuk Aron,+ 14  talli rribellajtu kontra l-​ordni tiegħi fix-​xagħri taż-​Żin meta tlewmet il-​ġemgħa,+ u ma qaddistunix+ ħdejn l-​ilmijiet quddiem għajnejhom. Dawn huma l-​ilmijiet taʼ Meriba+ f’Kades+ fix-​xagħri taż-​Żin.”+ 15  Imbagħad Mosè kellem lil Ġeħova u qallu: 16  “Ħalli Ġeħova, l-​Alla tal-​forza tal-​ħajja+ taʼ kull xorta taʼ laħam,+ jaħtar raġel fuq il-​ġemgħa+ 17  li joħroġ quddiemhom u jidħol quddiemhom u li joħroġhom u jdaħħalhom,+ sabiex il-​ġemgħa taʼ Ġeħova ma tkunx bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.”+ 18  Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Ħu lil Ġożwè, bin Nun, bniedem li għandu l-​ħila jwettaq ir-​responsabbiltajiet tiegħu,+ u qiegħed idek fuqu;+ 19  u qiegħdu quddiem Elegħażar, il-​qassis, u quddiem il-​ġemgħa kollha, u agħtih il-​kariga taʼ mexxej quddiem għajnejhom.+ 20  U qegħedlu ftit mid-​dinjità tiegħek fuqu,+ sabiex il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel tismaʼ minnu.+ 21  U jrid joqgħod quddiem Elegħażar, il-​qassis, u hu jistħarreġ+ f’ismu x’jgħid il-​ġudizzju taʼ l-​Urim+ quddiem Ġeħova. Għall-​ordni tiegħu joħorġu u għall-​ordni tiegħu jidħlu, hu u wlied Israel kollha miegħu u l-​ġemgħa kollha.” 22  U Mosè għamel sewwasew bħalma kien ikkmandah Ġeħova. U ħa lil Ġożwè u qiegħdu quddiem Elegħażar,+ il-​qassis, u quddiem il-​ġemgħa kollha 23  u qiegħed idejh fuqu u tah il-​kariga taʼ mexxej,+ sewwasew bħalma kien qal Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

Noti taʼ taħt