Numri 1:1-54
1 U Ġeħova kellem lil Mosè fix-xagħri tas-Sinaj,+ fit-tinda tal-laqgħa,+ fl-ewwel jum tat-tieni xahar fit-tieni sena mill-ħruġ tagħhom mill-art taʼ l-Eġittu,+ u qallu:
2 “Għoddu+ l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel skond il-familji tagħhom, skond dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, l-irġiel kollha, ras b’ras,
3 minn għoxrin sena ’l fuq,+ kulmin jingħaqad maʼ l-armata f’Israel.+ Għandkom tirreġistrawhom skond l-armati tagħhom, int u Aron.
4 “U xi rġiel għandhom ikunu magħkom, raġel wieħed minn kull tribù; kull wieħed kap taʼ dar missirijietu.+
5 U dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel li jieqfu magħkom: Taʼ Ruben,+ Elisur,+ bin Sedewr;
6 taʼ Simegħon,+ Selumjel,+ bin Surisaddaj;
7 taʼ Ġuda,+ Naħson,+ bin Għamminadab;
8 taʼ Issakar,+ Netanel,+ bin Sugħar;
9 taʼ Żebulun,+ Eljab,+ bin Ħelon;
10 taʼ wlied Ġużeppi:+ t’Efrajm,+ Elisama, bin Għammiħud; taʼ Manasse,+ Gamaljel, bin Pedaħsur;
11 taʼ Benjamin,+ Abidan,+ bin Gidegħoni;
12 taʼ Dan,+ Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj;
13 t’Aser,+ Paggħijel,+ bin Għokran;
14 taʼ Gad,+ Eljasaf,+ bin Degħwel;+
15 taʼ Naftali,+ Aħira,+ bin Għenan.
16 Dawn huma l-magħżulin mill-ġemgħa, il-kapijiet ewlenin+ tat-tribujiet taʼ missirijiethom. Huma l-kapijiet taʼ l-eluf taʼ Israel.”+
17 Għalhekk, Mosè u Aron ħadu lil dawn l-irġiel li kienu magħżulin b’isimhom.
18 U laqqgħu lill-ġemgħa kollha fl-ewwel jum tat-tieni xahar, sabiex tiġi rikonoxxuta d-dixxendenza+ tagħhom rigward il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, minn għoxrin sena ’l fuq,+ ras b’ras,
19 bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè; u hu rreġistrahom+ fix-xagħri tas-Sinaj.
20 U wlied Ruben, l-ewwel imwieled taʼ Israel,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, kienu, skond l-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, l-irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
21 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Ruben, sitta u erbgħin elf u ħames mija.+
22 Taʼ wlied Simegħon,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, dawk l-uħud reġistrati tiegħu skond l-għadd taʼ l-ismijiet, ras b’ras, l-irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
23 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Simegħon kienu disgħa u ħamsin elf u tliet mija.+
24 Taʼ wlied Gad,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
25 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Gad+ kienu ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsin.+
26 Taʼ wlied Ġuda,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
27 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Ġuda kienu erbgħa u sebgħin elf u sitt mija.+
28 Taʼ wlied Issakar,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
29 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Issakar kienu erbgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
30 Taʼ wlied Żebulun,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
31 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Żebulun kienu sebgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
32 Taʼ wlied Ġużeppi: taʼ wlied Efrajm,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
33 dawk reġistrati minn fost it-tribù t’Efrajm+ kienu erbgħin elf u ħames mija.+
34 Taʼ wlied Manasse,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
35 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Manasse kienu tnejn u tletin elf u mitejn.+
36 Taʼ wlied Benjamin,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
37 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Benjamin kienu ħamsa u tletin elf u erbaʼ mija.+
38 Taʼ wlied Dan,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
39 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Dan kienu tnejn u sittin elf u sebaʼ mija.+
40 Taʼ wlied Aser,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
41 dawk reġistrati minn fost it-tribù t’Aser kienu wieħed u erbgħin elf u ħames mija.+
42 Taʼ wlied Naftali,+ nisilhom skond il-familji tagħhom f’dar missirijiethom, skond l-għadd taʼ l-ismijiet minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata,
43 dawk reġistrati minn fost it-tribù taʼ Naftali kienu tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
44 Dawn huma dawk li ġew reġistrati minn Mosè flimkien m’Aron u l-kapijiet ewlenin taʼ Israel, tnax-il raġel. Kull wieħed minnhom irrappreżenta lil dar missirijietu.
45 U dawk kollha reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom minn għoxrin sena ’l fuq, kulmin ngħaqad maʼ l-armata f’Israel, kienu,
46 iva, dawk kollha reġistrati kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+
47 Madankollu, il-Leviti,+ skond it-tribù taʼ missirijiethom, ma ġewx reġistrati magħhom.+
48 Għaldaqstant, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:
49 “Huwa biss it-tribù taʼ Levi li m’għandekx tirreġistra, u tgħoddhomx maʼ wlied Israel.+
50 U int innifsek aħtar lil-Leviti fuq it-tabernaklu* tat-Testimonjanza+ u fuq l-għodod kollha tiegħu u fuq kulma hu tiegħu.+ Huma nfushom iġorru t-tabernaklu u l-għodod kollha tiegħu,+ u huma nfushom jaqdu+ fih; u għandhom jikkampjaw madwar it-tabernaklu.+
51 U kulmeta jkun se jinġarr it-tabernaklu, il-Leviti għandhom iżarmawh;+ u meta t-tabernaklu jkun se jiġi kkampjat, il-Leviti għandhom jarmawh; u kull individwu mhux awtorizzat* li jersaq qrib għandu jingħata l-mewt.+
52 “U wlied Israel iridu jikkampjaw kull wieħed skond il-kamp tiegħu, u kull raġel skond it-taqsima tiegħu taʼ tliet tribujiet,+ skond l-armati tagħhom.
53 U l-Leviti għandhom jikkampjaw madwar it-tabernaklu tat-Testimonjanza, biex ma jqumx għadab+ kontra l-ġemgħa taʼ wlied Israel; u l-Leviti għandhom iħarsu s-servizz tat-tabernaklu tat-Testimonjanza.”+
54 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. Għamlu preċiż hekk.+

