Numri 36:1-13

36  U l-​kapijiet taʼ missirijiet il-​familja taʼ wlied Gilegħad, bin Makir,+ bin Manasse, mill-​familji taʼ wlied Ġużeppi, resqu qrib u tkellmu quddiem Mosè u l-​kapijiet ewlenin, il-​kapijiet tal-​missirijiet taʼ wlied Israel,  u qalu: “Ġeħova kkmanda lil sidi biex jagħti l-​art bħala wirt bix-​xorti+ lil ulied Israel; u sidi kien kmandat minn Ġeħova biex jagħti l-​wirt taʼ Selofeħad, ħuna, lill-​bniet tiegħu.+  Jekk xi ħadd minn ulied it-​tribujiet l-​oħrajn taʼ wlied Israel jiżżewwiġhom, il-​wirt tan-​nisa jitnaqqas mill-​wirt taʼ missirijietna u jiżdied mal-​wirt tat-​tribù li jsiru parti minnu, u b’hekk jitnaqqas mis-​sehem tal-​wirt tagħna.+  Issa jekk ulied Israel ikollhom il-​Ġublew,+ il-​wirt tan-​nisa jiżdied mal-​wirt tat-​tribù li jsiru parti minnu; u b’hekk il-​wirt tagħhom jitnaqqas mill-​wirt tat-​tribù taʼ missirijietna.”  Imbagħad Mosè kkmanda lil ulied Israel skond l-​ordni taʼ Ġeħova u qalilhom: “Sew qed jgħid it-​tribù taʼ wlied Ġużeppi.  Din hi l-​kelma li Ġeħova kkmanda għall-​bniet taʼ Selofeħad,+ meta qal, ‘Jistgħu jiżżewġu lil min hu tajjeb f’għajnejhom. Huwa biss fil-​familja tat-​tribù taʼ missirijiethom li għandhom jiżżewġu.+  U ebda wirt taʼ wlied Israel m’għandu jgħaddi minn tribù għal tribù, għaliex ulied Israel għandhom iżommu kull wieħed il-​wirt tat-​tribù taʼ missirijietu.  U kull bint li tieħu f’idejha xi wirt mingħand it-​tribujiet taʼ wlied Israel, għandha tiżżewweġ lil wieħed mill-​familja tat-​tribù taʼ missierha,+ sabiex ulied Israel jieħdu f’idejhom kull wieħed il-​wirt taʼ missirijietu.  U ebda wirt m’għandu jgħaddi minn tribù għal tribù ieħor, għaliex it-​tribujiet taʼ wlied Israel għandhom iżommu kull wieħed il-​wirt tiegħu stess.’” 10  Sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamlu l-​bniet taʼ Selofeħad.+ 11  Għaldaqstant, Maħla, Tirsa, Ħogla, Milka, u Nogħa, il-​bniet taʼ Selofeħad,+ iżżewġu lil ulied ħut missierhom. 12  Iżżewġu lil xi wħud mill-​familji taʼ wlied Manasse, bin Ġużeppi, sabiex il-​wirt tagħhom jibqaʼ fit-​tribù tal-​familja taʼ missierhom. 13  Dawn huma l-​kmandamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li Ġeħova kkmanda permezz taʼ Mosè lil ulied Israel fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab biswit il-​Ġordan f’Ġeriko.+

Noti taʼ taħt