Marku 6:1-56
6 U telaq minn hemmhekk u ġie pajjiżu, u d-dixxipli tiegħu marru warajh.+
2 Meta wasal is-Sabat, beda jgħallem fis-sinagoga; u l-biċċa l-kbira minn dawk li kienu qed jisimgħuh stagħġbu u qalu: “Dan ir-raġel minfejn ġab dan kollu?+ U dan l-għerf għala ngħata lil dan ir-raġel, u għemejjel setgħanin bħal dawn għala qed jitwettqu b’idejh?
3 Dan mhux il-mastrudaxxa+ bin Marija+ u ħu Ġakbu+ u Ġużeppi u Ġuda u Xmun?+ U ħutu l-bniet m’humiex qegħdin hawnhekk magħna?” Għalhekk, bdew jitfixklu minħabba fih.+
4 Imma Ġesù qalilhom: “Profeta jiġi onorat kullimkien minbarra f’pajjiżu,+ fost qrabatu, u f’daru stess.”+
5 Għaldaqstant ma setaʼ jagħmel ebda għemil setgħan hemmhekk ħlief iqiegħed idejh fuq ftit morda u jfejjaqhom.
6 Tabilħaqq, baqaʼ mistagħġeb minħabba n-nuqqas taʼ fidi tagħhom. U mar idur l-irħula taʼ dawk l-inħawi, jgħallem.+
7 Issa sejjaħ lit-tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn+ u jagħtihom l-awtorità fuq l-ispirti mhux nodfa.+
8 Ukoll, ordnalhom biex għall-vjaġġ ma jieħdu xejn magħhom ħlief bastun, u la ħobż, la ħorġa taʼ l-ikel,+ u lanqas flus tar-ram aħmar fil-bwiet taʼ ħżiemhom,+
9 imma jilbsu sandli, u ma jilbsux żewġ ilbiesi.+
10 Barra minn hekk, qalilhom: “Kulfejn tidħlu f’xi dar,+ oqogħdu fiha sakemm titilqu minn dak il-post.+
11 U f’kull post fejn ma jilqgħukomx u ma jisimgħukomx, intom u ħerġin minn hemmhekk farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xiehda għalihom.”+
12 Għalhekk, telqu jippridkaw sabiex in-nies jindmu;+
13 u kienu jkeċċu ħafna demonji+ u jidilku biż-żejt+ lil ħafna morda u jfejquhom.+
14 Issa dan wasal f’widnejn is-Sultan Erodi,* għax isem Ġesù sar magħruf, u n-nies kienu qed jgħidu: “Ġwanni l-għammied ġie mqajjem mill-mewt, u minħabba f’hekk qed iwettaq għemejjel setgħanin.”+
15 Imma oħrajn kienu qed jgħidu: “Hu Elija.”+ Jerġaʼ oħrajn kienu qed jgħidu: “Hu profeta bħal wieħed mill-profeti.”+
16 Imma meta Erodi semaʼ dan, beda jgħid: “Ġwanni li qtajtlu rasu ġie mqajjem.”+
17 Għax Erodi kien bagħat jarresta lil Ġwanni u rabtu fil-ħabs minħabba Erodja mart ħuh Filippu, peress li kien iżżewwiġha hu.+
18 Għax Ġwanni kien qallu kemm-il darba lil Erodi: “Skond il-liġi ma jistax ikollok il-mara taʼ ħuk.”+
19 Imma Erodja kienet qed iżżomm f’qalbha+ għalih u riedet toqtlu, imma ma setgħetx.+
20 Għax Erodi kien jibżaʼ+ minn Ġwanni, peress li kien jafu bħala raġel sewwa u qaddis;+ u kien qed jipproteġih. U wara li semgħu+ ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel, iżda baqaʼ jieħu pjaċir jisimgħu.
21 Imma wasal jum konvenjenti+ meta Erodi għal għeluq sninu+ għamel ikla taʼ fil-għaxija għall-kbarat tiegħu u għall-kmandanti militari u n-nies importanti tal-Galilija.
22 U bint din Erodja daħlet tiżfen u għoġbot lil Erodi u lil dawk li kienu mal-mejda+ miegħu. Is-sultan qal lit-tfajla: “Itlobni kulma trid, u nagħtihulek.”
23 Iva, ħalfilha: “Kulma titlobni nagħtihulek,+ sa nofs is-saltna tiegħi.”+
24 U ħarġet u qalet lil ommha: “X’se nitolbu?” Qaltilha: “Ras Ġwanni l-għammied.”+
25 Minnufih daħlet tiġri għand is-sultan u qaltlu x’riedet: “Irridek tagħtini issa stess fuq platt ras Ġwanni l-Battista.”
26 Għalkemm tnikket ħafna, is-sultan ma riedx jinjoraha minħabba l-ħalfa tiegħu u minħabba dawk li kienu mal-mejda.+
27 Għalhekk, is-sultan minnufih bagħat suldat u ordnalu jġib ras Ġwanni. U telaq, qatagħlu rasu fil-ħabs,+
28 ġabha fuq platt, u taha lit-tfajla, imbagħad it-tfajla tatha lil ommha.+
29 Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ġew u ħadu l-ġisem tiegħu u poġġewh f’qabar tat-tifkira.+
30 U l-appostli nġabru quddiem Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu.+
31 U qalilhom: “Ejjew waħedkom f’post imwarrab+ u strieħu ftit.”+ Għax kien hemm ħafna ġejjin u sejrin, u ma kellhomx ħin għall-mistrieħ lanqas biex jieklu.+
32 Għalhekk, telqu bid-dgħajsa lejn post imwarrab sabiex ikunu waħedhom.+
33 Imma n-nies rawhom sejrin u ħafna saru jafu b’dan, u mill-bliet kollha telqu jħaffu ’l hemm flimkien bil-mixi u waslu qabilhom.+
34 Meta ħareġ mid-dgħajsa ra folla kbira u ħassu mqanqal u tħassarhom,+ għax kienu bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U beda jgħallimhom ħafna affarijiet.+
35 Issa kien sar ħafna ħin, u d-dixxipli tiegħu resqu lejh u bdew jgħidulu: “Il-post hu mwarrab, u diġà sar ħafna ħin.+
36 Ibgħathom biex imorru fil-kampanja u fl-irħula taʼ madwarna ħa jixtru xi ħaġa x’jieklu.”+
37 Wieġeb u qalilhom: “Agħtuhom intom xi ħaġa x’jieklu.” Qalulu: “Tridna mmorru nixtru b’mitejn dinar* ħobż u nagħtuh lin-nies biex jikluh?”+
38 Qalilhom: “Kemm-il ħobża għandkom? Morru araw!” Malli saru jafu kemm kien hemm, qalulu: “Ħamsa, kif ukoll żewġ ħutiet.”+
39 U ordnalhom ilkoll jinxteħtu fi qtajjaʼ+ fuq il-ħaxix aħdar.+
40 U dawn poġġew fi gruppi taʼ mija u taʼ ħamsin.+
41 Issa hu qabad il-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, refaʼ għajnejh lejn is-sema, qal talba,+ qasam+ il-ħobż, u beda jagħtih lid-dixxipli sabiex dawn inewluh lin-nies; u qassam iż-żewġ ħutiet bejn kulħadd.
42 U hekk kulħadd kiel u xebaʼ;+
43 u ġabru l-bċejjeċ u mlew tnax-il qoffa, minbarra l-ħut.
44 Iktar minn hekk, dawk li kielu mill-ħobż kienu ħamest elef raġel.+
45 U, bla dewmien, ġiegħel lid-dixxipli tiegħu jitilgħu fid-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor lejn Betsajda, waqt li hu bagħat lill-folla.+
46 Imma wara li sellmilhom telaʼ fuq muntanja biex jitlob.+
47 Issa kien sar fil-għaxija u d-dgħajsa kienet f’nofs taʼ baħar, imma hu kien waħdu l-art.+
48 U meta rahom jitħabtu+ biex jaqdfu, għax ir-riħ kien kontrihom, ġie lejhom, madwar ir-rabaʼ għassa* tal-lejl, miexi fuq il-baħar; imma kien donnu se jibqaʼ għaddej.
49 Malli lemħuh miexi fuq il-baħar ħasbu: “Din xi dehra!” u qabdu jgħajtu.+
50 Għax huma lkoll rawh u tħawdu. Imma minnufih hu kellimhom u qalilhom: “Agħmlu kuraġġ, hu jien; tibżgħux.”+
51 U telaʼ fid-dgħajsa magħhom, u r-riħ batta. Meta raw dan baqgħu mistagħġbin ferm fihom infushom,+
52 għax huma ma kinux fehmu t-tifsira tal-ħobż, għax qlubhom baqgħu tqal biex jifhmu.+
53 U meta qasmu għan-naħa l-oħra, waslu Ġennesaret u ankraw id-dgħajsa fil-qrib.+
54 Imma malli ħarġu mid-dgħajsa, in-nies għarfuh
55 u ġrew madwar dak ir-reġjun kollu u bdew iġorru lill-morda fuq is-sodod lejn il-post fejn kienu jisimgħu li qiegħed.
56 U kulfejn kien jidħol fl-irħula, fil-bliet, jew fil-kampanja+ kienu jpoġġu lill-morda fis-swieq, u kienu jitolbuh bil-ħniena biex imqar imissulu+ t-tarf+ tal-libsa. U kulmin kien imissu kien ifiq.+

