Marku 11:1-33

11  Issa, meta kienu qed joqorbu lejn Ġerusalemm, lejn Betfaġe u Betanja+ ħdejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ, bagħat tnejn mid-​dixxipli tiegħu+ 2  u qalilhom: “Morru fir-​raħal li qed taraw quddiemkom, u malli tidħlu fih issibu felu marbut, li ebda bniedem għadu ma qagħad bil-​qiegħda fuqu; ħolluh u ġibuh.+ 3  U jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Għala qed tagħmlu dan?’ għidulu, ‘Il-​Mulej għandu bżonnu, u ma jdumx ma jerġaʼ jibagħtu lura hawnhekk.’”+ 4  Għalhekk, telqu u sabu l-​felu marbut barra ħdejn il-​bieb, fit-​triq tal-​ġenb, u ħallewh.+ 5  Imma xi wħud minn dawk li kienu hemmhekk bdew jgħidulhom: “Għalfejn qed tħollu l-​felu?”+ 6  Huma qalulhom bħalma kien qalilhom Ġesù; u dawn ħallewhom imorru.+ 7  U ġabu l-​felu+ għand Ġesù, u poġġewlu fuqu l-​imnatar tagħhom, u hu qagħad bil-​qiegħda fuqu.+ 8  Ukoll, ħafna firxu l-​imnatar tagħhom+ fit-​triq, imma oħrajn qatgħu xi friegħi bil-​weraq+ mill-​għelieqi.+ 9  U kemm dawk li kienu mexjin quddiem kif ukoll dawk li kienu mexjin wara bdew jgħajtu: “Salva, nitolbuk!+ Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova!+ 10  Imbierka s-​saltna li ġejja taʼ David missierna!+ Salva, nitolbuk, fl-​ogħla postijiet tas-​smewwiet!” 11  U daħal Ġerusalemm, fit-​tempju; u ħares lejn l-​affarijiet kollha taʼ madwaru, u, peress li kien diġà tard, ħareġ mat-​tnax lejn Betanja.+ 12  L-għada, meta ħarġu minn Betanja, qabdu l-​ġuħ.+ 13  U mill-​bogħod lemaħ siġra tat-​tin li kellha l-​weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif wasal ħdejha, ma sab xejn ħlief weraq, għax ma kienx l-​istaġun tat-​tin.+ 14  Għaldaqstant qalilha: “Ħa ma jiekol ħadd iktar frott minnek għal dejjem.”+ U d-​dixxipli tiegħu kienu qed jisimgħuh. 15  Issa ġew Ġerusalemm. Hemmhekk daħal fit-​tempju u beda jkeċċi ’l barra lil dawk li kienu qed ibigħu u jixtru fit-​tempju, u qaleb l-​imwejjed tas-​sarrafa tal-​flus u l-​bankijiet taʼ dawk li kienu jbigħu l-​ħamiem;+ 16  u ma ħalla lil ħadd mgħobbi b’xi ħaġa jgħaddi minn ġot-​tempju, 17  imma hu baqaʼ jgħallem u jgħid: “M’huwiex miktub, ‘Dari tissejjaħ dar tat-​talb+ għall-​ġnus kollha’?+ Imma intom għamiltuha għar tal-​ħallelin.”+ 18  U l-​qassisin ewlenin u l-​iskribi semgħu b’dan, u bdew jipprovaw jaraw kif jeqirduh;+ għax kienu jibżgħu minnu, peress li l-​folla kollha kienet qed tiġi mbellha kontinwament bit-​tagħlim tiegħu.+ 19  U meta kien isir il-​ħin, kienu joħorġu mill-​belt. 20  Imma huma u għaddejjin kmieni fil-​għodu, raw is-​siġra tat-​tin diġà niexfa mill-​għeruq.+ 21  Għalhekk, Pietru ftakar u qallu: “Rabbi, ara! Is-​siġra tat-​tin li sħitt nixfet.”+ 22  U Ġesù wieġeb u qalilhom: “Irid ikollkom fidi f’Alla. 23  Tassew ngħidilkom li kulmin jgħid lil din il-​muntanja, ‘Intrefaʼ u nxteħet fil-​baħar,’ u ma jiddubitax f’qalbu imma jkollu fidi li dak li jgħid se jseħħ, hekk iseħħlu.+ 24  Għalhekk ngħidilkom, Kulma tridu u titolbu għalih ħa jkollkom il-​fidi li diġà qlajtuh, u tiħduh.+ 25  U meta tkunu weqfin titolbu, aħfru+ kulma għandkom kontra xi ħadd; sabiex Missierkom li hu fis-​smewwiet ikun jistaʼ jaħfrilkom in-​nuqqasijiet tagħkom.”+ 26 * —— 27  U għal darb’oħra ġew Ġerusalemm. U waqt li kien miexi fit-​tempju resqu lejh il-​qassisin ewlenin u l-​iskribi u x-​xjuħ+ 28  u bdew jgħidulu: “Int b’liema awtorità tagħmlu dan? Jew min tak din l-​awtorità biex tagħmel dan?”+ 29  Qalilhom Ġesù: “Nagħmlilkom mistoqsija waħda. Wiġbuhieli, u jien ukoll ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.+ 30  Il-magħmudija+ taʼ Ġwanni kienet mis-​sema jew mill-​bnedmin? Wiġbuni.”+ 31  Għalhekk, bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk ngħidulu, ‘Mis-​sema,’ jgħidilna, ‘Mela għala m’emmintuhx?’+ 32  Imma ħa nissograw ngħidulu, ‘Mill-​bnedmin’?”—Huma kienu jibżgħu mill-​folla, għax kulħadd kien jemmen li Ġwanni veru kien profeta.+ 33  Għalhekk, wieġbu lil Ġesù u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.”+

Noti taʼ taħt

^ Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.