Marku 5:1-43

5  Waslu n-​naħa l-​oħra tal-​baħar fl-​art tal-​Gerasin.+ 2  U minnufih, wara li niżel mid-​dgħajsa, iltaqaʼ miegħu raġel li ħareġ minn qalb l-​oqbra tat-​tifkira+ u li kien maħkum minn spirtu mhux nadif. 3  Hu kien iħobb joqgħod qalb l-​oqbra; u sa dakinhar assolutament ħadd ma setaʼ jorbtu tajjeb, lanqas b’katina, 4  għax bosta drabi kien ġie marbut bil-​ktajjen maʼ saqajh u idejh, imma l-​ktajjen kien jaqtagħhom u l-​irbit maʼ saqajh kien ikissru; u ħadd ma kellu s-​saħħa jrażżnu. 5  U kontinwament, lejl u nhar, kien joqgħod jgħajjat qalb l-​oqbra u fuq il-​muntanji u jqattaʼ lilu nnifsu bil-​ġebel. 6  Imma malli lemaħ lil Ġesù mill-​bogħod, ġera lejh u miel quddiemu, 7  u għajjat b’leħen għoli+ u qallu: “X’għandi x’naqsam miegħek, Ġesù, Bin Alla l-​Iktar Għoli?+ Inġiegħlek taħlef+ b’Alla biex ma titturmentanix.”+ 8  Għax kien qed jgħidlu: “Oħroġ minn ġo dan ir-​raġel, ja spirtu mhux nadif.”+ 9  U beda jistaqsih: “X’jismek?” Qallu: “Jisimni Leġjun,+ għax qegħdin ħafna.”+ 10  U beda jitolbu bil-​ħrara ħafna drabi biex ma jibgħatx lill-​ispirti barra mill-​pajjiż.+ 11  Issa kien hemm merħla kbira taʼ ħnieżer+ tirgħa ħdejn il-​muntanja.+ 12  Għalhekk, talbuh bil-​ħrara u qalulu: “Ibgħatna fil-​ħnieżer, ħa nidħlu fihom.” 13  U tahom permess. Imbagħad l-​ispirti mhux nodfa ħarġu u daħlu fil-​ħnieżer; u l-​merħla qabżet minn fuq l-​irdum għal ġol-​baħar u kollha għerqu, wieħed wara l-​ieħor, madwar elfejn ħanżir.+ 14  Imma r-​rgħajja tagħhom ħarbu u xerrdu l-​aħbar mal-​belt u l-​kampanja; u n-​nies ġew biex jaraw x’kien ġara.+ 15  Għalhekk, ġew ħdejn Ġesù, u raw lir-​raġel maħkum mid-​demonji bil-​qiegħda, liebes, u b’moħħu f’loku, dak li qabel kellu l-​leġjun; u bdew jibżgħu. 16  Ukoll, dawk li raw x’kien ġara rrakkontawlhom minn xiex għadda r-​raġel maħkum mid-​demonji u dwar il-​ħnieżer. 17  U għalhekk bdew jitolbuh bil-​ħrara biex jitlaq mid-​distretti tagħhom.+ 18  Issa, kif kien tielaʼ fid-​dgħajsa, ir-​raġel li qabel kien maħkum mid-​demonji beda jitolbu bil-​ħrara biex jibqaʼ miegħu.+ 19  Madankollu, ma ħalliehx, imma qallu: “Mur id-​dar għand qrabatek,+ u għidilhom dak kollu li Ġeħova+ għamel miegħek u l-​ħniena+ li wriek.” 20  U telaq u beda jxandar fid-​Dekapoli*+ dak kollu li Ġesù għamel miegħu, u n-​nies kollha bdew jistagħġbu.+ 21  Wara li Ġesù reġaʼ qasam lura bid-​dgħajsa għax-​xatt l-​ieħor, folla kbira nġabret madwaru waqt li kien ħdejn il-​baħar.+ 22  Issa ġie wieħed mill-​uffiċjali li jippresiedu fis-​sinagoga, jismu Ġajru, u, malli lemħu, inxteħet f’riġlejh,+ 23  talbu bil-​ħrara bosta drabi, u qallu: “Binti ż-​żgħira qiegħda ħażin ħafna. Jekk jogħġbok, ejja poġġi idejk+ fuqha biex hi tfiq u tgħix.”+ 24  Għal dan il-​kliem, mar miegħu. U folla kbira kienet miexja warajh u tross fuqu.+ 25  Issa kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena+ tbati bi tnixxija taʼ demm,+ 26  u kienet batiet ferm taħt ħafna tobba+ u nefqet kulma kellha iżda ma swielha xejn, anzi marret għall-​agħar. 27  Meta semgħet dwar Ġesù, ġiet minn warajh fil-​folla u messitlu+ l-​libsa; 28  għax bdiet tgħid: “Jekk imqar immisslu ħwejġu nfiq.”+ 29  U n-​nixxiegħa tad-​demm waqfitilha mill-​ewwel, u ħasset f’ġisimha li kienet fieqet minn din il-​marda kiefra.+ 30  Minnufih, ukoll, Ġesù ntebaħ li kienet ħarġet qawwa+ minnu, u dar lejn il-​folla u beda jgħid: “Min messli ħwejġi?”+ 31  Imma d-​dixxipli tiegħu bdew jgħidulu: “Qed tara l-​folla tross fuqek+ u tgħid, ‘Min messni?’” 32  Madankollu, hu kien qed iħares madwaru biex jara min kienet dik li messitu. 33  Issa l-​mara, tirtogħod bil-​biżaʼ peress li kienet taf xi ġralha, ġiet u nxteħtet quddiemu u qaltlu l-​verità kollha.+ 34  Hu qalilha: “Binti, il-​fidi tiegħek fejqitek. Mur fil-​paċi,+ u kun imfejqa mill-​marda kiefra tiegħek.”+ 35  Waqt li kien għadu jitkellem, ġew xi rġiel mid-​dar taʼ l-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga u qalu: “Bintek mietet! Għala tibqaʼ tħabbat lill-​għalliem?”+ 36  Imma Ġesù, billi semaʼ dak li kienu qed jgħidu, qal lill-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga: “Tibżax, biss eżerċita l-​fidi.”+ 37  Issa ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni ħu Ġakbu.+ 38  U waslu d-​dar taʼ l-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga, u ra konfużjoni sħiħa u nies jibku u jolfqu. 39  Daħal ġewwa u qalilhom: “Għala din il-​frattarija u dan il-​biki? It-​tifla mhix mejta, imma rieqda.”+ 40  Għal dan, bdew jiddieħqu bih. Imma, wara li bagħat lil kulħadd ’il barra, ħa miegħu lil missier u omm it-​tifla u lil dawk li kienu miegħu, u daħal fejn kien hemm it-​tifla.+ 41  Imbagħad qabadha minn idha u qalilha: “Talita kumi,” kliem li meta jiġi tradott ifisser: “Tfajla, ngħidlek, Qum!”+ 42  U minnufih it-​tfajla qamet u bdiet timxi, għax kellha tnax-il sena. U mill-​ewwel intilfu f’estasi kbira taʼ ferħ.+ 43  Imma ordnalhom darba wara l-​oħra biex ma jħallu lil ħadd isir jaf+ b’dan, u qalilhom biex jagħtuha xi ħaġa x’tiekol.

Noti taʼ taħt

^ Jew, “l-​għaxart ibliet.”