Marku 9:1-50
9 Iżjed minn hekk, kompla jgħidilhom: “Tassew ngħidilkom, Xi wħud minn dawk li qegħdin hawnhekk żgur ma jduqux il-mewt qabel ma jaraw is-saltna t’Alla li tkun diġà ġiet bil-qawwa.”+
2 Għaldaqstant, sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, u tellagħhom waħedhom fuq muntanja għolja. U tbiddel quddiemhom,+
3 u ħwejġu saru jleqqu, saru bojod ferm iktar milli jistaʼ jagħmilhom bojod kwalunkwe ħassiel fuq l-art.+
4 Ukoll, dehrilhom Elija maʼ Mosè, u dawn kienu qed jitkellmu maʼ Ġesù.+
5 Għaldaqstant, Pietru qal lil Ġesù: “Rabbi,* kemm hu sew li aħna qegħdin hawnhekk! Għalhekk, ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.”+
6 Fil-fatt, ma kienx jaf x’se jaqbad jgħid, għax kienu beżgħanin ħafna.
7 U fformat sħaba li għattiethom, u ġie leħen+ minn ġos-sħaba: “Dan hu Ibni,+ il-maħbub; isimgħu minnu.”+
8 Madankollu, f’daqqa waħda ħarsu madwarhom u ma raw lil ħadd iktar magħhom, ħlief lil Ġesù waħdu.+
9 Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, ordnalhom biex ma jgħidu+ lil ħadd x’raw, sakemm Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.+
10 U żammew il-kelma, imma ddiskutew bejniethom x’kien ifisser dan il-qawmien mill-imwiet.
11 U bdew jistaqsuh u jgħidulu: “L-iskribi għala jgħidu li l-ewwel irid jiġi+ Elija?”+
12 Qalilhom: “Veru li Elija jiġi l-ewwel u jġedded kollox;+ imma għala hu miktub dwar Bin il-bniedem li jrid jgħaddi minn ħafna tbatijiet+ u ma jiġix stmat?+
13 Imma jien ngħidilkom, Elija,+ fil-fatt, ġa ġie, u għamlulu kulma riedu, bħalma hu miktub dwaru.”+
14 Issa, meta ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, innotaw folla kbira taʼ nies madwarhom u xi skribi jargumentaw magħhom.+
15 Imma malli lemħuh, in-nies kollha baqgħu ssummati u ġrew lejh biex jilqgħuh.
16 U staqsiehom: “Fuqiex qed targumentaw magħhom?”
17 U wieħed mill-folla wieġbu: “Għalliem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mutu;+
18 u kulfejn jaħkmu jsabbtu maʼ l-art, u t-tifel jibda joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu u jgħażżaż snienu u jiġi bla saħħa. U għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh, imma ma setgħux.”+
19 Wieġeb u qalilhom: “Ja ġenerazzjoni bla fidi,+ kemm irrid indum magħkom? Kemm ħa ndum nissaportikom? Ġibuhuli.”+
20 Għalhekk, ġabuhulu. Imma l-ispirtu, malli rah, mill-ewwel qabbad aċċessjonijiet lit-tifel, u dan waqaʼ fl-art u beda jitmiegħek bir-ragħwa ħierġa minn ħalqu.+
21 U staqsa lil missieru: “Kemm ilu jiġrilu hekk?” Qallu: “Minn ċkunitu;
22 u sikwit jitfgħu kemm fin-nar kif ukoll fl-ilma biex jeqirdu.+ Imma jekk tistaʼ tagħmel xi ħaġa, ikollok ħniena minna u għinna.”
23 Ġesù qallu: “Dak li għedt, ‘Jekk tistaʼ’! Kollox jistaʼ jkun għal min ikollu l-fidi.”+
24 Minnufih, missier it-tifel għajjat u qal: “Jien għandi fidi! Għinni fejn neħtieġ il-fidi!”+
25 Issa, billi nnota li kienet ġejja folla tiġri lejhom, Ġesù ċanfar+ lill-ispirtu mhux nadif u qallu: “Ja spirtu mutu u trux, nordnalek, oħroġ minn ġo fih u tidħolx fih iżjed.”
26 U l-ispirtu ħareġ wara li għajjat u qabbad ħafna aċċessjonijiet lit-tifel;+ u dan sar qisu mejjet, tant li l-biċċa l-kbira minnhom kienu qed jgħidu: “Miet!”
27 Imma Ġesù qabdu minn idu u qajmu, u dan qam.+
28 Għalhekk, wara li daħal ġo dar, id-dixxipli tiegħu bdew jistaqsuh waħdu: “Għala ma stajniex inkeċċuh?”+
29 U qalilhom: “Dan it-tip b’xejn ma jistaʼ joħroġ ħlief bit-talb.”+
30 Minn hemmhekk telqu u għaddew mill-Galilija, imma hu ma ried lil ħadd isir jaf.
31 Għax kien qed jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin, u dawn joqtluh,+ imma, minkejja li jiġi maqtul, iqum tlett ijiem wara.”+
32 Madankollu, huma ma kinux qed jifhmu x’qed jgħid, u beżgħu jistaqsuh.+
33 U waslu Kafarnahum. Issa, meta daħal id-dar, staqsiehom: “Fuqiex kontu qed targumentaw fit-triq?”+
34 Huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu argumentaw bejniethom dwar min hu l-akbar.+
35 Għalhekk, qagħad bil-qiegħda, sejjaħ lit-tnax, u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel, għandu jkun l-aħħar wieħed u l-qaddej taʼ kulħadd.”+
36 U ħa tifel żgħir, poġġieh f’nofshom u poġġa dirgħajh madwaru u qalilhom:+
37 “Kulmin jilqaʼ lil wieħed minn dawn it-tfal żgħar f’ismi, jilqaʼ lili; u kulmin jilqaʼ lili, ma jilqax lili biss imma wkoll lil dak li bagħatni.”+
38 Qallu Ġwanni: “Għalliem, rajna wieħed raġel ikeċċi d-demonji f’ismek u aħna pprovajna nwaqqfuh,+ għax ma kienx qed jakkumpanjana.”+
39 Imma Ġesù qal: “Tipprovawx twaqqfuh, għax m’hemm ħadd li jagħmel għemil setgħan f’ismi u ftit wara jkollu l-ħila jżeblaħni;+
40 għax min mhux kontra tagħna hu favur tagħna.+
41 Għax kulmin jagħtikom tazza+ ilma x’tixorbu minħabba li intom taʼ Kristu,+ tassew ngħidilkom, żgur li ma jitlifx il-premju tiegħu.
42 Imma kulmin ifixkel lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu, ikun aħjar għalih jekk idawrulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna, bħal dik li jdawwar ħmar, u jitfgħuh il-baħar.+
43 “U jekk idek tfixklek, aqtagħha barra; ikun aħjar għalik li tidħol immankat fil-ħajja milli tmur b’idejk it-tnejn f’Geħenna,* fin-nar li ma jistax jintefa.+
44 * ——
45 U jekk sieqek tfixklek, aqtagħha barra; ikun aħjar għalik li tidħol zopp+ fil-ħajja milli jixħtuk b’saqajk it-tnejn f’Geħenna.+
46 ——
47 U jekk għajnek tfixklek, armiha;+ ikun aħjar għalik li tidħol b’għajn waħda fis-saltna t’Alla milli jixħtuk b’għajnejk it-tnejn f’Geħenna,+
48 fejn id-dud tagħhom ma jmutx u n-nar ma jintefiex.+
49 “Għax kulħadd irid jiġi mmellaħ+ bin-nar.
50 Il-melħ hu eċċellenti; imma jekk il-melħ jitlef it-togħma tiegħu, biex se tħawruh?+ Ħa jkollkom il-melħ+ fikom infuskom, u żommu l-paċi+ bejnietkom.”

