Luqa 3:1-38
3 Fis-sena ħmistax tar-renju taʼ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi*+ kien ħakkiem tad-distrett tal-Galilija, ħuh Filippu kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-art taʼ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-Abilene,
2 fi żmien il-qassis ewlieni Anna u fi żmien Kajfa,+ il-kelma t’Alla ġiet għand Ġwanni+ bin Żakkarija fix-xagħri.+
3 Għalhekk, ġie fl-art kollha taʼ madwar il-Ġordan jippriedka l-magħmudija b’simbolu taʼ l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet,+
4 bħalma hu miktub fil-ktieb taʼ kliem il-profeta Isaija: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Ħejju t-triq taʼ Ġeħova, iddrittaw triqatu.+
5 Kull wied jimtela, u kull muntanja u għolja titbaxxa, u l-liwjiet jiddrittaw u l-art imħarbta ssir mogħdija lixxa;+
6 u l-bnedmin kollha se jaraw il-mezz t’Alla għas-salvazzjoni.’”+
7 Għalhekk, beda jgħid lill-folol li kienu ġejjin biex jgħammidhom: “Ja nisel il-lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-korla li ġejja?+
8 Mela agħmlu frott li jixraq lill-indiema.+ U tgħidux fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’ Għax jien ngħidilkom li Alla għandu l-qawwa li jqajjem ulied lil Abraham minn dan il-ġebel.
9 Tabilħaqq, il-mannara diġà qiegħda maʼ l-għeruq tas-siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-nar.”+
10 U l-folol kienu jistaqsuh: “Allura, x’għandna nagħmlu?”+
11 U kien iwieġeb u jgħidilhom: “Min għandu żewġ ilbiesi ħa jaqsam maʼ min m’għandux, u min għandu x’jiekol ħa jagħmel l-istess.”+
12 Imma anki xi kolletturi tat-taxxi ġew jitgħammdu u qalulu: “Għalliem, x’għandna nagħmlu?”+
13 Qalilhom: “Iġġiegħlu lil ħadd jagħtikom iktar mir-rata tat-taxxa.”+
14 Ukoll, dawk li kienu fis-servizz militari kienu jistaqsuh: “U aħna x’għandna nagħmlu?” U qalilhom: “Taħqru lil ħadd u takkużaw+ lil ħadd b’mod falz, imma kunu kuntenti bil-proviżjonijiet tagħkom.”+
15 Issa, billi n-nies kienu qed jistennew u kulħadd kien qed jirraġuna f’qalbu dwar Ġwanni: “Forsi dan hu l-Kristu?”*+
16 Ġwanni wieġeb u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma; imma ġej dak li hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inħoll il-qfieli tas-sandli tiegħu.+ Hu jgħammidkom bl-ispirtu qaddis u bin-nar.+
17 Il-midra* qiegħda f’idu biex inaddaf għalkollox il-qiegħa tiegħu u biex jiġbor+ il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma l-karfa+ jaħraqha b’nar li ma jistax jintefa.”+
18 Għalhekk, lin-nies qalilhom ukoll ħafna affarijiet oħra biex iħeġġiġhom u kompla jxandrilhom l-aħbar tajba.
19 Imma Erodi, il-ħakkiem tad-distrett, peress li kien ġie mwiddeb minnu dwar Erodja, il-mara taʼ ħuh, u dwar l-għemejjel mill-agħar kollha li kien għamel,+
20 kompla jżid maʼ dan il-ħażen kollu billi tefaʼ lil Ġwanni l-ħabs.+
21 Issa, meta tgħammdu n-nies kollha, Ġesù+ tgħammed ukoll u, waqt li kien qed jitlob, infetaħ is-sema+
22 u niżel fuqu l-ispirtu qaddis bħal sura taʼ ħamiema, u ġie leħen mis-sema: “Int Ibni, il-maħbub; jien approvajtek.”+
23 Iktar minn hekk, meta beda l-ministeru tiegħu,+ Ġesù kellu madwar tletin sena,+ u kienu jqisuh bħala bin+Ġużeppi,+bin Għeli,
24 bin Mattat,bin Levi,bin Melki,bin Ġannaj,bin Ġużeppi,
25 bin Mattatija,bin Għamos,bin Naħum,bin Għesli,bin Naggaj,
26 bin Magħat,bin Mattatija,bin Semgħi,bin Ġożè,bin Ġoda,
27 bin Joħanan,bin Resa,bin Żerubbabel,+bin Saltijel,+bin Neri,
28 bin Melki,bin Addi,bin Kosam,bin Elmadam,bin Għer,
29 bin Ġesù,bin Eligħeżer,bin Ġorim,bin Mattat,bin Levi,
30 bin Simgħon,bin Ġuda,bin Ġużeppi,bin Ġonam,bin Eljakim,
31 bin Melija,bin Menna,bin Mattata,bin Natan,+bin David,+
32 bin Ġesse,+bin Għobed,+bin Bogħaż,+bin Salmon,+bin Naħson,+
33 bin Għamminadab,+bin Arni,*+bin Ħesron,+bin Pereż,+bin Ġuda,+
34 bin Ġakobb,+bin Iżakk,+bin Abraham,+bin Teraħ,+bin Naħor,+
35 bin Serug,+bin Regħu,+bin Peleg,+bin Għeber,+bin Selaħ,+
36 bin Kajnan,*bin Arfaksad,+bin Sem,+bin Noè,+bin Lamek,+
37 bin Metuselaħ,+bin Enok,+bin Ġared,+bin Maħalalgħel,+bin Kajnan,+
38 bin Enos,+bin Set,+bin Adam,+bin Alla.
Noti taʼ taħt
^ Jiġifieri, Erodi Antipa, bin Erodi l-Kbir.
^ Xi manuskritti jħallu barra “bin Kajnan,” fi qbil maʼ Ġen 10:24; Ġen 11:12, 15; 1Kr 1:18.

