Luqa 12:1-59

12  Sadanittant, meta nġabru eluf tant kbar taʼ nies li kulħadd kien qed jgħaffeġ fuq xulxin, hu beda billi l-​ewwel qal lid-​dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-​ħmira+ tal-​Fariżej, li hi l-​ipokrisija.+  Imma m’hemm xejn moħbi bil-​għaqal li ma jiġix rivelat, u sigriet li ma jsirx magħruf.+  Għal din ir-​raġuni, dak li tgħidu fid-​dlam jinstemaʼ fid-​dawl, u dak li tgħidu fil-​widnejn fil-​kmamar privati jiġi pridkat minn fuq il-​bjut.+  Iktar minn hekk, ngħidilkom, ħbieb tiegħi,+ Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-​ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iktar.+  Imma jien nurikom minn min għandkom tibżgħu: Ibżgħu minn dak+ li wara li joqtol għandu l-​awtorità li jitfaʼ f’Geħenna.*+ Iva, ngħidilkom, ibżgħu+ minn Dan.  Ma jinbigħux ħames għasafar tal-​bejt għal żewġ muniti taʼ valur żgħir? Madankollu lanqas wieħed minnhom m’hu minsi quddiem Alla.+  Imma saħansitra x-​xagħar+ taʼ raskom kollu hu magħdud. Tibżgħux; intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.+  “Mela, ngħidilkom, Kulmin jistqarr+ quddiem il-​bnedmin li hu miegħi, Bin il-​bniedem ukoll jistqarr li hu miegħu quddiem l-​anġli t’Alla.+  Imma min jiċħadni+ quddiem il-​bnedmin jiġi miċħud quddiem l-​anġli t’Alla.+ 10  U kulmin jgħid xi ħaġa kontra Bin il-​bniedem, tinħafirlu; imma min jidgħi kontra l-​ispirtu qaddis ma jinħafirlux.+ 11  Imma meta jdaħħlukom quddiem assembleat pubbliċi u uffiċjali tal-​gvern u awtoritajiet, tkunux ansjużi dwar kif se titkellmu jew liema kliem se tużaw biex tiddefendu ruħkom jew x’se tgħidu;+ 12  għax l-​ispirtu qaddis+ jgħallimkom dak il-​ħin stess x’għandkom tgħidu.”+ 13  Imbagħad xi ħadd mill-​folla qallu: “Għalliem, għid lil ħija jaqsam il-​wirt miegħi.” 14  Qallu: “Raġel, min ħatarni mħallef+ fuqkom jew qabbadni naqsmilkom ġidkom bejnietkom?” 15  Imbagħad qalilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin u għassu kontra kull xenqa b’għira,+ għax anki meta wieħed ikollu bl-​abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”+ 16  U qalilhom tixbiha: “Ir-​rabaʼ taʼ wieħed għani pproduċa ħafna. 17  Għaldaqstant beda jirraġuna f’qalbu u jgħid, ‘X’se nagħmel, issa li m’għandix fejn niġbor il-​prodotti tiegħi?’ 18  Għalhekk qal, ‘Nagħmel hekk:+ Inħott l-​imħażen tiegħi u nibni oħrajn akbar, u hemmhekk niġbor il-​qamħ u l-​ġid kollu tiegħi;+ 19  u ngħid+ lil ruħi: “Ruħ, għandek ħafna ġid maħżun għal ħafna snin; strieħ, kul, ixrob, u gawdi.”’+ 20  Imma Alla qallu, ‘Ja iblah! Dan il-​lejl jitolbuk ruħek.+ Min, mela, se jiħodhom l-​affarijiet li ħżint?’+ 21  Hekk jiġrilu min jaħżen teżor għalih innifsu imma ma jkunx għani m’Alla.”+ 22  Imbagħad qal lid-​dixxipli tiegħu: “Għaldaqstant ngħidilkom, Tibqgħux tkunu ansjużi dwar ħajjitkom rigward x’se tieklu jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu.+ 23  Għax il-​ħajja tiswa iktar mill-​ikel u l-​ġisem jiswa iktar mill-​ilbies. 24  Innotaw li ċ-​ċawluni+ la jiżirgħu żerriegħa u lanqas jaħsdu, u la għandhom matmura u lanqas maħżen, iżda Alla jitmagħhom. Kemm tiswew iktar intom mill-​għasafar?+ 25  Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru mqar bi ftit?*+ 26  Għalhekk, jekk ma tistgħux tagħmlu l-​inqas ħaġa, għala tkunu ansjużi+ dwar l-​affarijiet l-​oħrajn? 27  Innotaw kif jikbru l-​ġilji;+ dawn la jitħabtu u lanqas jinsġu; imma ngħidilkom, Lanqas saħansitra Salamun fil-​glorja kollha tiegħu ma kien imżejjen bħal wieħed minnhom.+ 28  Issa, jekk Alla jlibbes hekk lill-​ħaxix fir-​rabaʼ li llum jeżisti u għada jinxteħet ġo forn, kemm iktar ilibbes lilkom, intom taʼ fidi żgħira!+ 29  Għalhekk, tibqgħux tfittxu x’se tieklu u x’se tixorbu, u tibqgħux tkunu ansjużi u dubjużi;+ 30  għax dawn kollha huma l-​affarijiet li l-​ġnus tad-​dinja qed ifittxu bil-​ħerqa, imma Missierkom jaf li teħtieġu dawn l-​affarijiet.+ 31  Madankollu, fittxu kontinwament is-​saltna tiegħu, u dawn l-​affarijiet jiżdidulkom.+ 32  “Tibżgħux,+ merħla żgħira,+ għax Missierkom approva li jagħtikom is-​saltna.+ 33  Bigħu+ dak li għandkom u agħtu għotjiet taʼ ħniena.+ Agħmlu għalikom boroż tal-​flus li ma jiqdimux, teżor fis-​smewwiet+ li qatt ma jfalli, fejn la l-​ħalliel ma jersaq u lanqas il-​kamla ma tiekol. 34  Għax fejn hemm it-​teżor tagħkom, hemm tkun qalbkom ukoll.+ 35  “Ħa jkunu ġenbejkom+ imħażżmin u l-​imsiebaħ tagħkom+ mixgħulin, 36  u intom kunu bħal nies li jistennew lil sidhom+ meta jiġi lura mit-​tieġ,+ biex malli jasal u jħabbat+ ikunu jistgħu jiftħulu minnufih. 37  Henjin dawk l-​ilsiera li meta jasal is-​sid isibhom jgħassu!+ Tassew ngħidilkom, Hu jitħażżem+ u jġegħelhom joqogħdu mal-​mejda u jiġi ħdejhom u jaqdihom.+ 38  U jekk jasal fit-​tieni* jew fit-​tielet għassa* u jsibhom jgħassu, henjin huma!+ 39  Imma kunu afu dan, li kieku sid id-​dar kien jaf f’liema siegħa kellu jiġi l-​ħalliel, kien jibqaʼ għassa u ma jħallix daru tinsteraq.+ 40  Intom ukoll, kunu dejjem għal-​lest, għax f’siegħa li ma tobsruhiex ġej Bin il-​bniedem.”+ 41  Imbagħad Pietru qallu: “Mulej, din it-​tixbiha qed tgħidha għalina jew ukoll għal kulħadd?” 42  U l-​Mulej qal: “Min hu tassew il-​prokuratur leali,*+ l-​għaqli,+ li sidu jaħtru fuq il-​ġemgħa taʼ qaddejja tiegħu biex jibqaʼ jagħtihom is-​sehem tagħhom taʼ l-​ikel fiż-​żmien xieraq?+ 43  Hieni dak l-​ilsir li sidu, meta jasal, isibu jagħmel hekk!+ 44  Ngħidilkom il-​verità, Hu jaħtru fuq kulma għandu.+ 45  Imma jekk xi darba dak l-​ilsir jgħid f’qalbu, ‘Sidi se jdum ma jiġi,’+ u jibda jsawwat lill-​qaddejja rġiel u nisa, u jiekol u jixrob u jisker,+ 46  jiġi sid dak l-​ilsir f’jum li ma jkunx qed jistennieh u f’siegħa li ma jafhiex,+ u jikkastigah bl-​akbar ħruxija u jagħtih sehmu maʼ dawk li m’humiex leali.+ 47  Imbagħad dak l-​ilsir li fehem ir-​rieda taʼ sidu, imma ma kienx għal-​lest jew m’aġixxiex fi qbil mar-​rieda tiegħu, jissawwat b’ħafna daqqiet.+ 48  Imma dak li ma fehemx,+ u b’hekk għamel affarijiet li jistħoqqilhom is-​swat, jissawwat bi ftit.+ Tabilħaqq, kulmin ngħata ħafna, ħafna jintalab+ minnu; u lil min jinkarigawh b’ħafna, jitolbu minnu iktar mis-​soltu.+ 49  “Ġejt inqabbad nar+ fuq l-​art, u x’nistaʼ nixtieq iktar jekk diġà tkebbes? 50  Tabilħaqq, għandi magħmudija li se nitgħammed biha, u kemm qed nitnikket sakemm tintemm!+ 51  Timmaġinaw li ġejt biex nagħti l-​paċi fuq l-​art? Le, ngħidilkom, imma pjuttost firda.+ 52  Għax minn issa ’l quddiem ikun hemm ħamsa mifrudin f’dar waħda, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta.+ 53  Ikunu mifrudin, il-​missier kontra l-​iben u l-​iben kontra l-​missier, l-​omm kontra bintha u l-​bint kontra ommha, il-​kunjata kontra mart binha u l-​mara tat-​tifel kontra l-​kunjata tagħha.”+ 54  Imbagħad lill-​folol kompla jgħidilhom ukoll: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-​punent, mill-​ewwel tgħidu, ‘Ġejja maltempata,’ u hekk jiġri.+ 55  U meta taraw li qed jonfoħ riħ isfel, tgħidu, ‘Se jkollna mewġa taʼ sħana kbira,’ u hekk jiġri. 56  Ipokriti, tafu teżaminaw kif jidhru minn barra l-​art u s-​sema, imma kif ma tafux teżaminaw dan iż-​żmien partikulari?+ 57  Għala ma tiġġudikawx ukoll għalikom infuskom dak li hu sewwa?+ 58  Per eżempju, meta tkun sejjer għand ħakkiem maʼ l-​avversarju tiegħek fil-​kawża, fit-​triq ibda aħdem biex teħles mill-​kwistjoni li għandek miegħu, ħalli ma jtellgħekx quddiem l-​imħallef, u l-​imħallef jagħtik f’idejn l-​uffiċjal tal-​qorti, u l-​uffiċjal tal-​qorti jitfgħek il-​ħabs.+ 59  Ngħidlek, Żgur li ma toħroġx minn hemmhekk qabel ma tħallas sa l-​inqas munita żgħira.”+

Noti taʼ taħt

Ara Appendiċi 2.
Letteralment, “b’kubitu.”
Ara Mk 13:35, in-​nota taʼ taħt, “Nofsillejl.”
Ara Mk 13:35, in-​nota taʼ taħt, “X’ħin jidden is-​serduq.”
Letteralment, “fidil.”