Luqa 20:1-47
20 Darba minnhom, waqt li kien qed jgħallem lin-nies fit-tempju u jxandar l-aħbar tajba, resqu lejh il-qassisin ewlenin u l-iskribi max-xjuħ,+
2 u qalulu: “Irriduk tgħidilna b’liema awtorità tagħmel dan, jew min tak din l-awtorità.”+
3 Wieġeb u qalilhom: “Jien ukoll nagħmlilkom mistoqsija. Għiduli:+
4 Il-magħmudija taʼ Ġwanni kienet mis-sema jew mill-bnedmin?”+
5 Imbagħad bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk ngħidulu, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Għala m’emmintuhx?’+
6 Imma jekk ngħidulu, ‘Mill-bnedmin,’ in-nies kollha jħaġġruna,+ għax huma persważi li Ġwanni+ kien profeta.”+
7 Għalhekk, wieġbu li ma kinux jafu minfejn.
8 U Ġesù qalilhom: “Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.”+
9 Imbagħad beda jgħid lin-nies din it-tixbiha: “Wieħed raġel ħawwel għalqa bid-dwieli+ u qabbilha lil xi bdiewa, u siefer għal żmien twil.+
10 Imma meta wasal iż-żmien, bagħat ilsir+ għand il-bdiewa+ biex jagħtuh ftit mill-frott taʼ l-għalqa tad-dwieli.+ Madankollu, il-bdiewa sawtuh u bagħtuh b’idejh vojta.+
11 Imbagħad reġaʼ bagħtilhom ilsir ieħor. Lil dan ukoll sawtuh, umiljawh, u bagħtuh b’idejh vojta.+
12 Reġaʼ bagħat it-tielet wieħed;+ lil dan ukoll ferewh u tefgħuh ’il barra.
13 Għal dan, sid l-għalqa tad-dwieli qal, ‘X’se nagħmel? Nibgħat lil ibni l-maħbub.+ X’aktarx lil dan jirrispettawh.’
14 Meta lemħuh il-bdiewa, bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu, ‘Dan il-werriet; ejjew noqtluh, sabiex il-wirt isir tagħna.’+
15 U tefgħuh ’il barra+ mill-għalqa tad-dwieli u qatluh.+ Għalhekk, x’se jagħmlilhom+ sid l-għalqa tad-dwieli?
16 Jiġi u jeqred lil dawn il-bdiewa u jagħti l-għalqa tad-dwieli lil ħaddieħor.”+
Meta semgħu dan qalu: “Jalla qatt ma jkun dan!”
17 Imma hu ħares lejhom u qalilhom: “Allura, xi jfisser dak li hemm miktub, ‘Il-ġebla li twarrbet+ mill-bennejja, din saret il-ġebla tax-xewka ewlenija’?+
18 Kulmin jaqaʼ fuq din il-ġebla jitfarrak,+ u fuq min taqaʼ+ titħnu.”+
19 L-iskribi u l-qassisin ewlenin ipprovaw imiddu idejhom fuqu dak il-ħin stess, imma kienu jibżgħu min-nies; għax fehmu li meta qal din it-tixbiha kellu lilhom f’moħħu.+
20 U, wara li osservawh mill-qrib, bagħtu xi rġiel imqabbdin bil-moħbi biex jagħmluha taʼ nies sewwa, sabiex jaqbduh+ fi kliemu, u b’hekk jagħtuh f’idejn il-gvern u l-awtorità tal-gvernatur.+
21 U staqsewh: “Għalliem, aħna nafu li int titkellem u tgħallem b’mod korrett, ma turi ebda parzjalità, u tgħallem it-triq t’Alla fi qbil mal-verità:+
22 Huwa skond il-liġi li nħallsu t-taxxa lil Ċesari jew le?”+
23 Imma hu ntebaħ bil-ħażen tagħhom u qalilhom:+
24 “Uruni dinar.* Taʼ min huma x-xbieha u l-iskrizzjoni li fih?” Qalulu: “Taʼ Ċesari.”+
25 Qalilhom: “Għalhekk, mela, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari,+ imma lil Alla dak li hu t’Alla.”+
26 U ma kellhomx il-ħila jaqbduh f’dan il-kliem quddiem in-nies, imma ma qalu xejn għax baqgħu mbellhin bit-tweġiba tiegħu.+
27 Madankollu, xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jgħidu li m’hemmx irxoxt, resqu lejh+ biex jistaqsuh,
28 u qalulu: “Għalliem, Mosè+ kitbilna, ‘Jekk xi ħadd imutlu ħuh li kellu mara, imma ma kellux tfal, ħu+ l-mejjet għandu jieħu lill-mara u jqajjem nisel minnha għal ħuh.’+
29 Mela kien hemm sebaʼ aħwa u l-ewwel wieħed iżżewweġ mara u miet bla tfal.+
30 Għalhekk, iżżewwiġha t-tieni,
31 u mbagħad iżżewwiġha t-tielet. U l-istess għamlu saħansitra s-sebgħa; mietu u ma ħallewx tfal warajhom.+
32 Fl-aħħar mietet il-mara wkoll.+
33 Għaldaqstant, fl-irxoxt, mart min minnhom se tkun? Għax is-sebgħa ħaduha bħala marthom.”+
34 Qalilhom Ġesù: “Ulied din is-sistema jiżżewġu+ u jingħataw fiż-żwieġ,
35 imma dawk li tqiesu denji+ li jiksbu s-sistema li ġejja+ u l-irxoxt mill-imwiet+ la jiżżewġu u lanqas jingħataw fiż-żwieġ.
36 Fil-fatt, lanqas jistgħu jmutu iktar,+ għax huma bħall-anġli, u huma wlied Alla għax ikunu wlied l-irxoxt.+
37 Imma li l-mejtin jiġu mqajmin anki Mosè rrivelah, fir-rakkont dwar l-għollieqa,+ meta jsejjaħ lil Ġeħova ‘l-Alla t’Abraham u l-Alla taʼ Iżakk u l-Alla taʼ Ġakobb.’+
38 Hu mhux Alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin, għax kollha ħajjin għalih.”+
39 Wieġbu xi wħud mill-iskribi u qalulu: “Għalliem, tajjeb tkellimt.”
40 Għax ma kellhomx iktar il-kuraġġ jistaqsuh mistoqsija oħra.
41 Imbagħad qalilhom: “Kif jgħidu li l-Kristu hu bin David?+
42 Għax David stess jgħid fil-ktieb tas-Salmi, ‘Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi, Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi
43 sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.’+
44 Għalhekk, jekk David isejjaħlu ‘Mulej,’ allura kif inhu ibnu?”
45 Imbagħad, waqt li n-nies kollha kienu qed jisimgħu, qal lid-dixxipli:+
46 “Oqogħdu attenti mill-iskribi li jħobbu jippassiġġaw bi lbiesi twal u jogħġobhom it-tislim fis-swieq u s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi u l-iktar postijiet prominenti fl-ikliet taʼ fil-għaxija,+
47 u li jibilgħu djar ir-romol+ u li b’falzità joqogħdu jitolbu fit-tul. Dawn se jieħdu ġudizzju iktar iebes.”+

