Luqa 23:1-56

23  Għalhekk, qamu lkoll flimkien, kotra waħda, u ħaduh għand Pilatu.+  Imbagħad bdew jakkużawh+ u jgħidu: “Sibna li dan ir-​raġel qed jaqleb+ lil ġensna u ma jħallix lin-​nies iħallsu t-​taxxi+ lil Ċesari u jgħid li hu Kristu sultan.”+  Issa Pilatu staqsieh: “Int is-​sultan tal-​Lhud?” Wieġeb u qallu: “Int stess qed tgħidu.”+  Imbagħad Pilatu qal lill-​qassisin ewlenin u lill-​folol: “Ma nsib ebda ħtija f’dan ir-​raġel.”+  Imma huma bdew jinsistu u jgħidu: “Hu jxewwex lin-​nies bit-​tagħlim tiegħu fil-​Lhudija kollha, beda saħansitra mill-​Galilija s’hawnhekk.”  Meta semaʼ dan, Pilatu staqsa jekk ir-​raġel kienx Galilew,  u, wara li sar jaf li kien mill-​ġurisdizzjoni t’Erodi,*+ bagħtu għand Erodi li wkoll kien f’Ġerusalemm f’dawk il-​jiem.  Meta ra lil Ġesù, Erodi feraħ ħafna għax, peress li kien semaʼ dwaru,+ kien ilu jixtieq jarah,+ u kien qed jittama li jarah iwettaq xi sinjal.  Issa beda jagħmillu ħafna mistoqsijiet; imma hu ma wiġbux.+ 10  Madankollu, il-​qassisin ewlenin u l-​iskribi bdew iqumu bil-​wieqfa u jakkużawh bl-​herra.+ 11  Imbagħad Erodi, flimkien mas-​suldati tiegħu, żebilħu+ u żżuffjetta+ bih billi libbsu libsa taʼ lewn jgħajjat u bagħtu lura għand Pilatu. 12  Issa dakinhar Erodi u Pilatu+ saru ħbieb; għax qabel kellhom mibegħda għal xulxin. 13  Imbagħad Pilatu sejjaħ flimkien lill-​qassisin ewlenin u lill-​ħakkiema u lin-​nies 14  u qalilhom: “Ġibtuli lil dan ir-​raġel bħala wieħed li qed ixewwex lin-​nies, u, ara, jien interrogajtu quddiemkom imma fih ma sibt ebda bażi+ għall-​akkużi li qed iġġibu kontrih. 15  Fil-fatt, lanqas Erodi, għax bagħtu lura għandna; u, ara, hu m’għamel xejn li jistħoqqlu l-​mewt.+ 16  Għalhekk, nikkastigah bis-​swat+ u nitilqu.” 17 * —— 18  Imma huma għajtu lkoll f’daqqa u qalu: “Eqirdu lil dan,+ imma itilqilna lil Barabba!”+ 19  (Dan ir-​raġel kien intefaʼ l-​ħabs minħabba rewwixta li saret fil-​belt u minħabba qtil.) 20  Pilatu reġaʼ kellimhom, għax ried jeħles lil Ġesù.+ 21  Imbagħad huma bdew iwerżqu u jgħidu: “Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!”+ 22  Qalilhom għat-​tielet darba: “Għala, x’għamel ħażin dan ir-​raġel? Ma sibt xejn fih li jistħoqqlu l-​mewt; għalhekk, nikkastigah bis-​swat u nitilqu.”+ 23  Għal dan, huma iktar bdew jgħajtu u jinsistu li għandu jsammru maʼ zokk, u kulma beda jinstemaʼ kien l-​għajat tagħhom.+ 24  Għalhekk, Pilatu ta s-​sentenza biex tintlaqaʼ t-​talba tagħhom:+ 25  ħeles+ lil min riedu huma, ir-​raġel li kien intefaʼ l-​ħabs minħabba rewwixta u qtil, imma lil Ġesù kkundannah kif xtaqu huma.+ 26  Issa, huma u sejrin bih, qabdu lil Xmun, minn Ċirene, li kien ġej mill-​kampanja, u għabbewlu z-​zokk tat-​tortura biex iġorru wara Ġesù.+ 27  U kien hemm miexja warajh kotra kbira taʼ nies u taʼ nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom bin-​niket u jibkuh. 28  Ġesù dar lejn in-​nisa u qalilhom: “Ulied Ġerusalemm, tibqgħux tibkuni. Għall-​kuntrarju, ibku lilkom u lil uliedkom;+ 29  għax, ara! Jiġu jiem meta n-​nies jgħidu, ‘Henjin in-​nisa li ma setax ikollhom tfal, u l-​ġwief li ma wildux u l-​isdra li ma reddgħux!’+ 30  Imbagħad jibdew jgħidu lill-​muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’ u lill-​għoljiet, ‘Ordmuna!’+ 31  Għax jekk jagħmlu dan meta s-​siġra tkun ħadra, x’jiġri meta tinxef?”+ 32  U kien hemm żewġt irġiel oħra, irġiel ħżiena, li wkoll kienu qed jittieħdu biex jingħataw il-​mewt miegħu.+ 33  U meta waslu fil-​post li jgħidulu l-​Qorriegħa,+ hemmhekk poġġew fuq zokk lilu u lill-​irġiel ħżiena, wieħed fuq il-​lemin u l-​ieħor fuq ix-​xellug tiegħu.+ 34  [[Imma Ġesù beda jgħid: “Missier, aħfrilhom,+ għax ma jafux x’qed jagħmlu.”]] Iktar minn hekk, qassmu ħwejġu billi tellgħuhom bix-​xorti.+ 35  U n-​nies qagħdu jħarsu.+ Imma l-​ħakkiema kienu qed jiddieħqu bih u jgħidu b’disprezz: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva+ lilu nnifsu, jekk dan hu l-​Kristu t’Alla, il-​Magħżul.”+ 36  Saħansitra s-​suldati bdew jiżżuffjettaw+ bih, u jersqu qrib, joffrulu nbid qares,+ 37  u jgħidulu: “Jekk int is-​sultan tal-​Lhud, salva lilek innifsek.” 38  Kien hemm ukoll kitba fuqu: “Dan hu s-​sultan tal-​Lhud.”+ 39  U wieħed mill-​irġiel il-​ħżiena li kienu mdendlin beda jgħajru+ u jgħidlu: “Int mhux il-​Kristu? Salva lilek innifsek u lilna.” 40  Għal dan, l-​ieħor ċanfru u qal: “Lanqas minn Alla ma tibżaʼ, issa li qiegħed fl-​istess ġudizzju?+ 41  Aħna, tabilħaqq, b’ġustizzja, għax qed nieħdu bis-​sħiħ dak li jistħoqqilna għal li għamilna; imma dan ir-​raġel m’għamel xejn barra minn loku.”+ 42  U kompla jgħid: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-​saltna tiegħek.”+ 43  U hu qallu: “Tassew ngħidlek illum,* Int tkun fil-​Ġenna+ miegħi.”+ 44  Issa kienet madwar is-​sitt siegħa;* madankollu, waqgħet dalma fuq l-​art kollha sad-​disaʼ siegħa,*+ 45  għax naqas id-​dawl tax-​xemx; imbagħad il-​purtiera+ tas-​santwarju ċċarrtet min-​nofs.+ 46  U Ġesù għajjat b’leħen għoli u qal: “Missier, f’idejk nafda l-​ispirtu tiegħi.”+ Malli qal dan, ħa l-​aħħar nifs.+ 47  Peress li kien ra x’ġara, l-​uffiċjal taʼ l-​armata beda jigglorifika lil Alla u jgħid: “Tassew li dan kien raġel sewwa.”+ 48  U l-​folol kollha li kienu miġburin hemmhekk josservaw din ix-​xena, meta raw dak li ġara, telqu lura jħabbtu fuq sidirhom. 49  Iktar minn hekk, dawk kollha li kienu jafuh kienu weqfin ’il bogħod.+ Ukoll, weqfin jaraw dan kien hemm xi nisa li flimkien kienu ġew warajh mill-​Galilija.+ 50  U, ara! Kien hemm raġel jismu Ġużeppi, membru tal-​Kunsill, raġel tajjeb u ġust+ 51  dan ma kienx ivvota favur il-​pjan u l-​azzjoni tagħhom.+ Hu kien minn Arimatija, belt tal-​Lhud, u kien qed jistenna s-​saltna t’Alla;+ 52  dan ir-​raġel mar għand Pilatu u talbu l-​ġisem taʼ Ġesù.+ 53  U niżżlu+ u keffnu f’għażel fin, u poġġieh f’qabar+ imħaffer fil-​blat, li ħadd ma kien għadu tpoġġa fih.+ 54  Issa kien jum it-​Tħejjija,*+ u kien riesaq id-​dawl taʼ fil-​għaxija tas-​Sabat.+ 55  Imma n-​nisa, li kienu ġew miegħu mill-​Galilija, marru warajh u ttawlu fil-​qabar tat-​tifkira+ u raw kif tpoġġa l-​ġisem tiegħu;+ 56  u marru lura biex iħejju fwejjaħ aromatiċi u żejt ifuħ.+ Imma, naturalment, f’jum is-​Sabat+ straħu skond il-​kmandament.

Noti taʼ taħt

Ara Lq 3:1, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.
Fit-test oriġinali Grieg, il-​punteġġatura ma ntużatx. Din it-​traduzzjoni tpoġġi virgola wara “llum” għax din il-​fehma hi appoġġata minn versi oħrajn fil-​Bibbja, bħal Ġw 20:17; At 1:1-3, 9; 10:40; 1Ko 15:20; Kol 1:18.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Madwar it-​3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Ara Mt 27:62, in-​nota taʼ taħt.