Luqa 6:1-49

6  Issa, darba f’jum is-​Sabat, inzerta li kien għaddej minn qalb l-​għelieqi miżrugħin bil-​qamħ, u d-​dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-​sbul,+ jogħrkuh f’idejhom,+ u jikluh.  Għal dan, xi wħud mill-​Fariżej qalulhom: “Għala qed tagħmlu dak li skond il-​liġi+ ma tistgħux tagħmluh f’jum is-​Sabat?”+  Imma Ġesù wieġeb u qalilhom: “Qatt ma qrajtu dak li għamel David+ meta hu u l-​irġiel li kienu miegħu qabadhom il-​ġuħ?+  Kif hu daħal fid-​dar t’Alla u ngħata l-​ħobż tal-​preżentazzjoni+ u kiel u ta minnu lill-​irġiel li kienu miegħu, ħobż li skond il-​liġi ħadd ma jistaʼ jieklu ħlief il-​qassisin?”+  U kompla jgħidilhom: “Bin il-​bniedem hu s-​Sid tas-​Sabat.”+  Darb’oħra, meta reġaʼ kien is-​Sabat,+ daħal fis-​sinagoga u beda jgħallem. U kien hemm raġel li kellu idu l-​leminija niexfa.+  Issa l-​iskribi u l-​Fariżej kienu għassa tiegħu+ biex jaraw jekk kienx se jfejjaq f’jum is-​Sabat, sabiex isibu xi mod kif jakkużawh.+  Madankollu, hu kien jaf kif kienu qed jirraġunaw,+ u qal lir-​raġel li kellu idu niexfa: “Qum u oqgħod fin-​nofs.” U dan qam u ħareġ fin-​nofs.+  Imbagħad Ġesù qalilhom: “Nistaqsikom, F’jum is-​Sabat, x’tistaʼ tagħmel skond il-​liġi, il-​ġid+ jew id-​deni, issalva ruħ jew teqridha?”+ 10  U wara li ħares lejhom ilkoll, qal lir-​raġel: “Oħroġ idek.” Dan ħariġha, u idu reġgħet ġiet f’saħħitha.+ 11  Imma huma qabadhom ġenn sħiħ, u bdew jitkellmu bejniethom x’setgħu jagħmlu lil Ġesù.+ 12  F’dawk il-​jiem ħareġ lejn il-​muntanja biex jitlob,+ u għamel lejl sħiħ jitlob lil Alla.+ 13  Imbagħad meta sebaħ, sejjaħ lejh id-​dixxipli tiegħu u għażel minn fosthom tnax, li semmiehom ukoll appostli:+ 14  Xmun, li semmieh ukoll Pietru,+ u ħuh Indrì, u Ġakbu u Ġwanni,+ u Filippu+ u Bartilmew, 15  u Mattew u Tumas,+ u Ġakbu bin Alfew, u Xmun li jgħidulu “ż-​żeluż,”+ 16  u Ġuda bin Ġakbu, u Ġuda l-​Iskarjota, li sar traditur.+ 17  U niżel magħhom u qagħad f’wita, u kien hemm folla kbira dixxipli tiegħu, u ġiet kotra kbira taʼ nies+ minn kull naħa tal-​Lhudija u Ġerusalemm u l-​art taʼ Tir u Sidon ħdejn il-​baħar biex jisimgħuh u jitfejqu mill-​mard tagħhom.+ 18  Anki dawk li kienu mħabbtin bl-​ispirti mhux nodfa kienu mfejqin. 19  U n-​nies kollha kienu qed jipprovaw imissuh,+ għax minnu kienet ħierġa qawwa+ li kienet qed tfejjaqhom ilkoll. 20  U refaʼ għajnejh lejn id-​dixxipli tiegħu u beda jgħid:+ “Henjin intom il-​foqra,+ għax tagħkom hi s-​saltna t’Alla. 21  “Henjin intom li bħalissa bil-​ġuħ,+ għax għad ikollkom bix-​xabaʼ.+ “Henjin intom li bħalissa tibku, għax għad tidħqu.+ 22  “Henjin intom kulmeta n-​nies jobogħdukom,+ u kulmeta jwarrbukom u jmaqdrukom u jarmu+ isimkom bħala xi ħaġa ħażina minħabba Bin il-​bniedem. 23  Thennew f’dak il-​jum u aqbżu, għax, ara, il-​premju tagħkom hu kbir fis-​sema, għax l-​istess kienu jagħmlu missirijiethom lill-​profeti.+ 24  “Imma gwaj għalikom intom l-​għonja,+ għax qed tikkonslaw bis-​sħiħ.+ 25  “Gwaj għalikom li bħalissa għandkom bix-​xabaʼ, għax għad tkunu bil-​ġuħ.+ “Gwaj, intom li bħalissa tidħqu, għax għad titnikktu u tibku.+ 26  “Gwaj, kulmeta n-​nies kollha jitkellmu tajjeb dwarkom, għax hekk għamlu missirijiethom lill-​profeti foloz.+ 27  “Imma lilkom li qed tisimgħu ngħidilkom, Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom,+ agħmlu l-​ġid+ lil dawk li jobogħdukom, 28  bierku lil dawk li jisħtukom, itolbu għal dawk li qed jinsultawkom.+ 29  Lil min jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq naħa,+ offrilu n-​naħa l-​oħra wkoll; u min jiħodlok+ il-​mantar, ħallih jiħodlok il-​libsa wkoll. 30  Agħti lil kulmin jitolbok,+ u min jiħodlok l-​affarijiet titlobhomlux lura. 31  “Ukoll, bħalma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-​istess lilhom.+ 32  “U jekk tħobbu lil min iħobbkom, x’mertu għandkom? Għax il-​midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.+ 33  U jekk tagħmlu l-​ġid lil min jagħmlilkom il-​ġid, tassew x’mertu għandkom? Il-​midinbin ukoll jagħmlu l-​istess.+ 34  U jekk tisilfu mingħajr imgħax+ lil min tittamaw li tirċievu mingħandu, x’mertu għandkom? Anki l-​midinbin jisilfu mingħajr imgħax lil midinbin biex jieħdu lura daqskemm ikunu taw.+ 35  Għall-kuntrarju, komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u agħmlu l-​ġid u isilfu+ mingħajr imgħax, bla ma tittamaw li tirċievu xi ħaġa lura; u l-​premju tagħkom ikun kbir, u tkunu wlied l-​Iktar Għoli,+ għax hu qalbu tajba+ maʼ l-​ingrati u l-​ħżiena. 36  Komplu ħennu bħalma jħenn Missierkom.+ 37  “Barra minn hekk, tibqgħux tiġġudikaw, u żgur ma tiġux ġudikati;+ u tibqgħux tikkundannaw, u żgur ma tiġux kundannati. Ibqgħu skużaw, u tiġu skużati.+ 38  Idraw agħtu, u n-​nies jagħtukom.+ Iferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, marsus, mheżżeż, u mfawwar. Għax bil-​kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”+ 39  Imbagħad qalilhom ukoll tixbiha: “Jistaʼ agħma jmexxi agħma ieħor? It-​tnejn jaqgħu f’ħofra, mhux hekk?+ 40  Student m’huwiex fuq l-​għalliem tiegħu, imma kulmin jiġi mgħallem b’mod perfett ikun bħall-​għalliem tiegħu.+ 41  Għala, mela, tħares lejn it-​tibna li hemm f’għajn ħuk, imma ma tarax it-​travu li hemm f’għajnek?+ 42  Kif tistaʼ tgħid lil ħuk, ‘Ħi, ħallini nneħħilek it-​tibna li hemm f’għajnek,’ waqt li m’intix tħares lejn it-​travu li għandek f’għajnek?+ Ipokrita! L-​ewwel neħħi t-​travu minn għajnek,+ u mbagħad tara ċar kif tneħħi t-​tibna li hemm f’għajn ħuk.+ 43  “Għax m’hemmx siġra tajba li tagħmel frott imħassar, bħalma m’hemmx siġra mħassra li tagħmel frott tajjeb.+ 44  Għax kull siġra tingħaraf mill-​frott tagħha.+ Per eżempju, in-​nies ma jiġbrux tin mix-​xewk, lanqas ma jaqtgħu għeneb minn għollieqa.+ 45  Bniedem tajjeb joħroġ it-​tajjeb mit-​teżor tajjeb+ taʼ qalbu, imma l-​ħażin joħroġ il-​ħażin mit-​teżor ħażin tiegħu; għax mill-​abbundanza li jkollu f’qalbu jitkellem fommu.+ 46  “Għala, mela, issejħuli ‘Mulej! Mulej!’ imma ma tagħmlux dak li ngħid?+ 47  Kulmin jiġi għandi u jismaʼ kliemi u jagħmlu, nurikom lil min jixbah:+ 48  Jixbah lil raġel li qed jibni dar u li ħaffer u niżel fil-​fond u qiegħed il-​pedament fuq il-​blat. Għaldaqstant, meta għamel l-​għargħar,+ ix-​xmara ħabtet fuq dik id-​dar, imma ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex theżżiżha, għax kienet mibnija sew.+ 49  Mill-banda l-​oħra, min jismaʼ u ma jagħmilx,+ jixbah lil raġel li bena dar fuq l-​art mingħajr pedament. Ix-​xmara ħabtet fuqha, u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba+ kbira+ minn dik id-​dar.”

Noti taʼ taħt