1 Samwel 2:1-36
2 U Ħanna talbet+ u qalet:“Qalbi ttir bil-ferħ minħabba Ġeħova,+Il-qarn* tiegħi jifraħ permezz taʼ Ġeħova.+Fommi jinfetaħ biex nagħti risposta lill-għedewwa tiegħi,Għax tassew nithenna bis-salvazzjoni mingħandek.+
2 M’hemm ħadd qaddis bħal Ġeħova, għax m’hemm ħadd ħliefek;+U m’hemm ebda blata bħal Alla tagħna.+
3 Titkellmux daqshekk b’suppervja kbira,Tħallu xejn joħroġ bla rażan minn fommkom,+Għax Alla t’għarfien hu Ġeħova,+U hu jiżen l-għemejjel b’mod ġust.+
4 L-irġiel setgħanin tal-qaws huma mimlijin twerwir,+Imma dawk li qed jitfixklu jitħażżmu b’enerġija kbira.+
5 L-imxebbgħin ikollhom jikru ruħhom għall-ħobż,+Imma l-imġewħin ma jibqgħux bil-ġuħ.+
Saħansitra dik li ma jistax ikollha tfal tiled sebgħa,+Imma dik li kellha ħafna tfal ma jkollhiex iktar.+
6 Ġeħova għandu l-abbiltà kemm li jeqred u kemm li jippreserva l-ħajja,+Għandu l-abbiltà kemm li jniżżel fil-Qabar*+ u kemm li jtellaʼ minnu.+
7 Ġeħova għandu l-abbiltà li jfaqqar+ u li jagħmel għani,+Li jbaxxi, kif ukoll li jgħolli,+
8 Li jqajjem lill-batut mit-trab;+Mill-ħofra taʼ l-irmied jerfaʼ lill-fqir,+Biex iġegħelhom joqogħdu bil-qiegħda man-nobbli; u tron taʼ glorja+ jagħtihom biex ikun tagħhom.+Għax taʼ Ġeħova huma s-sisien taʼ l-art,+U jqiegħed fuqhom l-art produttiva.
9 Jgħasses saqajn il-leali tiegħu;+Imma l-ħżiena jiġu msikktin fid-dlam,+Għax m’hijiex il-qawwa li tagħmel lill-bniedem superjuri.+
10 Inkwantu għal Ġeħova, dawk li jħaqquha miegħu jitwerwru;+Kontrihom iriegħed mis-smewwiet.+Ġeħova jiġġudika sat-trufijiet taʼ l-art,+Biex jagħti s-saħħa lis-sultan tiegħu,+Biex jgħolli l-qarn tal-midluk tiegħu.”+
11 Imbagħad Elkana mar lejn daru f’Rama; u t-tifel sar qaddej+ taʼ Ġeħova quddiem Għeli, il-qassis.
12 Issa wlied Għeli kienu rġiel m’huma tajbin għal xejn;+ ma kinux jirrikonoxxu lil Ġeħova.+
13 Inkwantu għad-dritt li jmiss lill-qassisin mingħand il-poplu,+ kulmeta xi raġel kien joffri sagrifiċċju, qaddej tal-qassis kien jiġi bil-furketta taʼ tliet sinniet f’idu, meta l-laħam kien ikun qed jagħli,+
14 u kien idaħħalha fil-vaska jew fil-borma b’żewġ widnejn jew fil-kaldarun jew fil-borma b’widna waħda. Kulma kienet ittellaʼ l-furketta, il-qassis kien jieħdu għalih stess. Hekk kienu jagħmlulhom f’Silo lill-Israelin kollha li kienu jmorru hemmhekk.+
15 Ukoll, qabel ma kienu jaħarqu* x-xaħam,+ kien jiġi assistent tal-qassis u jgħid lir-raġel li kien joffri s-sagrifiċċju: “Agħtini l-laħam biex nixwih għall-qassis sabiex ma jiħux mingħandek laħam mgħolli, imma nej.”+
16 Meta r-raġel kien jgħidlu: “L-ewwel ħa jkunu ċerti li jaħarqu x-xaħam.+ Imbagħad ħu għalik kulma ruħek tixxennaq għalih,”+ l-ieħor kien jgħidlu: “Le, iżda issa trid tagħtihuli; u, jekk le, ikolli nieħdu bil-forza!”+
17 U d-dnub taʼ l-assistenti kien kbir ħafna quddiem Ġeħova;+ għax dawn l-irġiel ittrattaw l-offerta taʼ Ġeħova b’nuqqas taʼ rispett.+
18 U Samwel kien qed jaqdi+ quddiem Ġeħova, bħala tifel, u kien imħażżem b’efod taʼ l-għażel.+
19 Ukoll, ommu kienet tagħmillu daqsxejn taʼ libsa bla kmiem u kienet ittellagħhielu minn sena għal sena meta kienet titlaʼ maʼ żewġha biex joffru s-sagrifiċċju taʼ kull sena.+
20 U Għeli kien ibierek+ lil Elkana u lil martu u jgħidilhom: “Jalla Ġeħova jagħtik nisel minn din il-mara minflok il-misluf li sliftu lil Ġeħova.”+ U kienu jmorru lejn darhom.
21 Għaldaqstant, Ġeħova dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn Ħanna,+ u b’hekk ħarġet tqila u wildet tliet subien u żewġt ibniet.+ U t-tifel Samwel kompla jikber quddiem Ġeħova.+
22 U Għeli kien xiħ ħafna, u kien semaʼ+ dwar kulma wliedu baqgħu jagħmlu+ lil Israel kollu u kif kienu jimteddu man-nisa+ li kienu jaqdu fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa.+
23 U kien jgħidilhom:+ “Għala tibqgħu tagħmlu affarijiet bħal dawn?+ Għax l-affarijiet li qed nismaʼ dwarkom mingħand in-nies kollha huma ħżiena.+
24 Le,+ uliedi, għaliex l-aħbar li qed nismaʼ u li l-poplu taʼ Ġeħova qed ixerred mhix tajba.+
25 Jekk raġel jidneb kontra raġel,+ Alla jidħol għalih;+ imma jekk raġel jidneb kontra Ġeħova,+ min ikun hemm biex jitlob għalih?”+ Imma ma kinux jisimgħu minn kliem missierhom,+ għaliex issa Ġeħova għoġbu jagħtihom il-mewt.+
26 Sadanittant, it-tifel Samwel kien qed jikber u jingħoġob iktar, sew quddiem Ġeħova u sew quddiem il-bnedmin.+
27 U bniedem t’Alla+ ġie għand Għeli u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Ma wrejtx jien, fil-fatt, lili nnifsi lin-nies taʼ dar missierek tal-qedem meta kienu fl-Eġittu bħala lsiera taʼ dar il-Fargħun?+
28 U għażilt lilu mit-tribujiet kollha taʼ Israel għalija,+ biex jaqdi bħala qassis u jitlaʼ fuq l-artal tiegħi+ biex iġiegħel id-duħħan tas-sagrifiċċji jitlaʼ ’l fuq, biex jilbes efod quddiemi, sabiex lil dar missierek tal-qedem nagħtiha l-offerti kollha, magħmulin bin-nar, taʼ wlied Israel.+
29 Għala tibqgħu tagħtu bis-sieq is-sagrifiċċju+ u l-offerta tiegħi li kkmandajt fil-post fejn ngħammar jien,+ u int tibqaʼ tonora lil uliedek iktar milli lili billi teħxienu+ bl-aqwa minn kull offerta tal-poplu tiegħi Israel?+
30 “‘Huwa għalhekk li l-kelma taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, hi: “Jien tassew għedt, Darek u dar missierek tal-qedem jimxu quddiemi għal żmien indefinit.”+ Imma issa l-kelma taʼ Ġeħova hi: “Dan ma jgħaddilix minn moħħi, għaliex lil dawk li jonorawni+ nonorahom,+ u dawk li jistmerruni ma jkunu jiswew xejn.”+
31 Ara! Għad jiġi żmien meta naqtaʼ ’l barra driegħek u driegħ dar missierek tal-qedem, u b’hekk ma jkunx hemm raġel xiħ f’darek.+
32 U tara avversarju fil-post fejn ngħammar fost il-ġid kollu li jsir lil Israel;+ u qatt ma jkun hemm raġel xiħ f’darek.
33 U madankollu hemm raġel minnkom li ma naqtgħux milli jkun maʼ l-artal tiegħi sabiex għajnejk jiddgħajfu u ruħek tinfena; imma l-biċċa l-kbira min-nies taʼ darek imutu lkoll bis-sejf tal-bnedmin.+
34 U dan hu s-sinjal għalik li jiġri liż-żewġ uliedek, Ħofni u Fineħas:+ F’jum wieħed imutu t-tnejn li huma.+
35 U nqajjem għalija qassis leali.+ Dan jaġixxi fi qbil maʼ dak li tixtieq qalbi u dak li tixtieq ruħi; u nibnilu dar dejjiema, u jimxi quddiem il-midluk tiegħi+ dejjem.
36 U jrid iseħħ li kulmin jifdal+ f’darek jiġi u jmil quddiemu u jitolbu l-ħlas tal-flus u ħobża tonda, u jgħidlu: “Qabbadni, jekk jogħġbok, f’waħda mill-karigi saċerdotali biex niekol biċċa ħobż.”’”+
Noti taʼ taħt
^ Il-qarn t’annimal hu spiss użat fil-Bibbja bħala simbolu taʼ saħħa, qawwa, jew awtorità.
^ Bl-Ebrajk, “Xeol.”
^ Letteralment, “jagħmluh idaħħan.”

