1 Samwel 27:1-12

27  Madankollu, David qal f’qalbu: “Issa xi darba għad ninqered b’id Sawl. M’hemm xejn aħjar għalija milli żgur li naħrab+ lejn art il-​Filistin;+ u Sawl jaqtaʼ jiesu minni u ma jfittixnix iktar fit-​territorju kollu taʼ Israel,+ u jien neħles minn idu.” 2  Għalhekk, David qam u hu u sitt mitt raġel+ li kienu miegħu għaddew għal għand Akis,+ bin Magħok, is-​sultan taʼ Gat. 3  U David baqaʼ jgħammar m’Akis ġo Gat, hu u l-​irġiel tiegħu, kull wieħed bin-​nies taʼ daru,+ David u ż-​żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam,+ il-​Ġeżragħelija, u Abigajl,+ mart Nabal, il-​Karmelija. 4  U lil Sawl waslitlu l-​aħbar li David kien ħarab lejn Gat, u għalhekk ma baqax ifittxu iktar.+ 5  Imbagħad David qal lil Akis: “Jekk, issa, sibt il-​ħniena f’għajnejk, ħa jagħtuni post f’waħda mill-​bliet fil-​kampanja, sabiex ngħammar hemmhekk; għax għala għandu l-​qaddej tiegħek jgħammar fil-​belt irjali miegħek?” 6  Għaldaqstant, dakinhar Akis tah Siklag.+ Huwa għalhekk li Siklag għadha tas-​slaten taʼ Ġuda sa dan il-​jum. 7  U l-​għadd tal-​jiem li David dam jgħammar fil-​kampanja tal-​Filistin kien sena u erbaʼ xhur.+ 8  U David telaʼ maʼ l-​irġiel tiegħu sabiex jattakkaw lill-​Gesurin+ u lill-​Girżin u lill-​Għamalekin;+ għax dawn kienu qed jgħammru fl-​art li minn Telam+ tasal saħansitra sa Sur+ u ’l isfel lejn l-​art taʼ l-​Eġittu. 9  U David ħabat għall-​art, u la raġel ma ħalla ħaj u lanqas mara;+ u ħa nagħaġ, baqar, ħmir, iġmla, u ħwejjeġ, u mbagħad mar lura u mar għand Akis. 10  Imbagħad Akis qallu: “Fejn attakkajtu llum?” Qallu David:+ “In-​nofsinhar taʼ l-​art taʼ Ġuda+ u n-​nofsinhar taʼ l-​art tal-​Ġeraħmelin+ u n-​nofsinhar taʼ l-​art tal-​Kenin.”+ 11  David ma kien qed iħalli lil ħadd ħaj, la raġel u lanqas mara, biex iġibu Gat, għax kien jgħid: “Li ma jmorrux jikxfuna u jgħidu, ‘Hekk għamel David.’”+ (U din kienet il-​proċedura tiegħu l-​jiem kollha li għammar fil-​kampanja tal-​Filistin.) 12  Għaldaqstant, Akis emmen+ lil David, u qal bejnu u bejn ruħu: “Hu sar bla dubju riħa tinten fost il-​poplu tiegħu Israel;+ u jkollu jsir il-​qaddej tiegħi għal dejjem.”

Noti taʼ taħt