1 Samwel 9:1-27

9  Issa kien hemm raġel mit-​tribù taʼ Benjamin, u kien jismu Kis,+ bin Abijel, bin Seror, bin Bekorat, bin Afija, Benjamini,+ raġel għani ħafna.+  U kellu iben li kien jismu Sawl,+ żagħżugħ u sabiħ, u ma kienx hemm raġel minn ulied Israel li kien isbaħ minnu; kien itwal min-​nies kollha u kien jgħaddihom minn spallejh ’il fuq.+  U lil Kis, missier Sawl, intilfulu l-​ħmir nisa.+ Għalhekk, Kis qal lil ibnu Sawl: “Jekk jogħġbok, ħu miegħek wieħed mill-​qaddejja u qum u mur fittex il-​ħmir.”  U għadda minn ġor-​reġjun muntanjuż t’Efrajm+ u għadda minn ġo l-​art taʼ Salisa,+ u ma sabuhomx. U għaddew minn ġo l-​art taʼ Sagħlim, imma ma kinux hemmhekk. U għadda minn ġo l-​art tal-​Benjaminin, u ma sabuhomx.  U daħlu fl-​art taʼ Suf; u Sawl, min-​naħa tiegħu, qal lill-​qaddej tiegħu li kien miegħu: “Ejja ħa nerġgħu lura, li ma jmurx missieri m’għadux jaħseb dwar il-​ħmir u jsir ansjuż dwarna.”+  Imma hu qallu: “Ara, jekk jogħġbok! Hemm bniedem t’Alla+ f’din il-​belt, u dan il-​bniedem hu onorat. Kulma jgħid hu żgur li jseħħ.+ Ejja mmorru hemmhekk issa. Forsi jkun jistaʼ jgħidilna t-​triq li għandna naqbdu.”  Imbagħad Sawl qal lill-​qaddej tiegħu: “U jekk immorru, x’niħdulu lil dan il-​bniedem?+ għaliex il-​ħobż għab mir-​reċipjenti tagħna, u, bħala għotja,+ m’hemm xejn x’niħdulu lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru. X’għandna magħna?”  Għalhekk, il-​qaddej reġaʼ wieġeb lil Sawl u qallu: “Ara! F’idi għandi kwart taʼ xekel+ fidda, u se nagħtih lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, u hu jgħidilna triqitna.”  (Dari f’Israel hekk kien jitkellem ir-​raġel hu u sejjer ifittex lil Alla: “Ejjew, u ħa mmorru għand il-​veġġent.”+ Għax il-​profeta taʼ llum kien jissejjaħ veġġent dari.) 10  Imbagħad Sawl qal lill-​qaddej tiegħu: “Sewwa qed tgħid.+ Ejja ħa mmorru.” U telqu fi triqithom lejn il-​belt fejn kien hemm il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru. 11  Huma u telgħin it-​telgħa lejn il-​belt, sabu xi tfajliet ħerġin biex itellgħu l-​ilma.+ Għalhekk, staqsewhom: “Il-​veġġent+ f’dan il-​post qiegħed?” 12  Imbagħad wiġbuhom u qalulhom: “Hawnhekk qiegħed. Ara! Qiegħed qabilkom. Għaġġlu issa, għaliex illum ġie fil-​belt, għax illum hemm sagrifiċċju+ għan-​nies fil-​post għall-​qima.*+ 13  Malli tidħlu fil-​belt, issibuh minnufih qabel ma jitlaʼ lejn il-​post għall-​qima biex jiekol; għaliex in-​nies ma jistgħux jieklu qabel ma jasal hu, għax hu jbierku s-​sagrifiċċju.+ Wara dan, l-​ewwel li jieklu huma dawk li jkunu mistidnin. Mela itilgħu, għax bħalissa ssibuh.” 14  Għaldaqstant, telgħu lejn il-​belt. Huma u deħlin f’nofs il-​belt, ara, kien hemm Samwel ħiereġ jiltaqaʼ magħhom biex jitlaʼ lejn il-​post għall-​qima. 15  Il-jum taʼ qabel ma ġie Sawl, Ġeħova kien tarraf xi ħaġa f’widnejn+ Samwel, u qallu: 16  “Għada bħalissa nibgħatlek raġel mill-​art taʼ Benjamin,+ u trid tidilku+ bħala mexxej fuq il-​poplu tiegħi Israel; u hu jsalva lill-​poplu tiegħi minn id il-​Filistin,+ għaliex jien rajt is-​sofferenza tal-​poplu tiegħi, għax l-​għajta tagħhom waslet għandi.”+ 17  U Samwel ra lil Sawl, u Ġeħova, min-​naħa tiegħu, wieġbu: “Hawn hu r-​raġel li dwaru għedtlek, ‘Dan hu l-​bniedem li se jrażżan lill-​poplu tiegħi.’”+ 18  Imbagħad Sawl resaq lejn Samwel f’nofs il-​bieb u qallu: “Għidli, jekk jogħġbok, Fejn hi eżatt id-​dar tal-​veġġent?” 19  U Samwel wieġeb lil Sawl u qallu: “Jien il-​veġġent. Itlaʼ qabli lejn il-​post għall-​qima, u intom tieklu miegħi llum,+ u nibagħtek fil-​għodu, u kulma għandek f’qalbek ngħidulek.+ 20  Rigward il-​ħmir nisa li ntilfulek tlett ijiem ilu,+ tinkwetax dwarhom,+ għax instabu. U taʼ min hu kulma hu prezzjuż f’Israel?+ Mhux tiegħek u tad-​dar kollha taʼ missierek?” 21  U Sawl wieġbu u qallu: “M’iniex jien Benjamini minn wieħed mill-​iżgħar+ tribujiet taʼ Israel,+ u m’hijiex il-​familja tiegħi l-​iktar insinifikanti mill-​familji kollha tat-​tribù taʼ Benjamin?+ Għalhekk, għala għedtli ħaġa bħal din?”+ 22  Imbagħad Samwel ħa lil Sawl u lill-​qaddej tiegħu u daħħalhom fis-​sala taʼ l-​ikel u tahom post f’ras+ il-​mistidnin; u dawn kienu xi tletin raġel. 23  Iktar tard Samwel qal lill-​kok: “Newwel is-​sehem li tajtek u li dwaru għedtlek, ‘Erfgħu għandek.’” 24  U l-​kok refaʼ l-​koxxa u dak li kien hemm fuqha, u qegħedha quddiem Sawl. U ssokta jgħidlu: “Hawn hu dak li ġie merfugħ. Qiegħdu quddiemek. Kulu, għaliex għal din l-​okkażjoni refgħuh għalik sabiex tiekol mal-​mistidnin.” Għalhekk, dakinhar Sawl kiel maʼ Samwel. 25  Imbagħad niżlu mill-​post għall-​qima+ lejn il-​belt, u kompla jitkellem maʼ Sawl fuq il-​bejt.+ 26  Imbagħad qamu kmieni, u ġara li, malli beda jżernaq, Samwel sejjaħ lil Sawl fuq il-​bejt u qallu: “Qum, ħalli nibagħtek.” Għalhekk, Sawl qam u t-​tnejn li huma, hu u Samwel, ħarġu barra. 27  Waqt li kienu neżlin f’tarf il-​belt Samwel qal lil Sawl: “Għid lill-​qaddej+ jgħaddi qabilna”—għalhekk, dan għadda—“u, inkwantu għalik, ieqaf issa sabiex inħallik tismaʼ l-​kelma t’Alla.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “post fl-​għoli.”