1 Samwel 6:1-21

6  U l-​arka+ taʼ Ġeħova damet sebaʼ xhur fit-​territorju tal-​Filistin.  U l-​Filistin sejħu lill-​qassisin u lil dawk li jeħbru+ u qalulhom: “X’nagħmlu biha l-​arka taʼ Ġeħova? Għarrfuna biex għandna nibagħtuha f’postha.”  Wiġbuhom: “Jekk tibagħtu l-​arka taʼ l-​Alla taʼ Israel, tibagħtuhiex mingħajr offerta, għax għandkom assolutament troddulu offerta għall-​ħtija.+ B’hekk biss tfiqu, u ssiru tafu għala ma warrabx idu minn fuqkom.”  Għal dan, qalulhom: “X’inhi l-​offerta għall-​ħtija li għandna rroddulu?” Imbagħad wiġbuhom: “Skond l-​għadd tas-​sidien alleati+ tal-​Filistin, ħames murliti tad-​deheb u ħames ġrieden tad-​deżert tad-​deheb, għax kull wieħed minnkom u mis-​sidien alleati tagħkom għandu l-​istess flaġell.  Agħmlu xbihat tal-​murliti tagħkom u xbihat tal-​ġrieden tad-​deżert+ tagħkom li qed jeqirdu l-​art, u agħtu glorja+ lill-​Alla taʼ Israel. Forsi jħaffef idu minn fuqkom u minn fuq l-​alla tagħkom u minn fuq artkom.+  Ukoll, qalbkom għala ma tqanqalkomx bħalma ma tqanqlitx qalb l-​Eġittu u l-​Fargħun?+ Mhux malli Hu ttrattahom bl-​aħrax+ bagħtuhom, u marru fi triqithom?+  U issa agħmlu karru ġdid+ u ħudu żewġ baqriet li qed ireddgħu u li fuqhom ma tpoġġa ebda madmad,+ u orbtu l-​baqar mal-​karru, u l-​frieħ tagħhom ibagħtuhom lura d-​dar biex ma jmorrux warajhom.  U ħudu l-​arka taʼ Ġeħova u poġġuha fuq il-​karru, u l-​oġġetti tad-​deheb+ li tridu troddulu bħala offerta għall-​ħtija+ għandkom tpoġġuhom f’kaxxa mal-​ġenb tagħha. U ibagħtuha, u tmur.  U oqogħdu ħarsu: jekk titlaʼ mit-​triq li tagħti għat-​territorju tagħha, għal Bet-xemex,+ ikun hu li għamlilna din il-​ħsara kbira; imma jekk le, inkunu nafu li ma kinitx idu li laqtitna; kien aċċident+ li ġralna.” 10  U l-​irġiel hekk għamlu. Għalhekk, ħadu żewġ baqriet li kienu qed ireddgħu u rabtuhom mal-​karru, u l-​frieħ tagħhom għalquhom id-​dar. 11  Imbagħad poġġew l-​arka taʼ Ġeħova fuq il-​karru,+ u wkoll il-​kaxxa u l-​ġrieden tad-​deżert tad-​deheb u x-​xbihat tal-​murliti tagħhom. 12  U l-​baqar marru dritt fit-​triq lejn Bet-xemex.+ Minn triq ewlenija waħda marru, jgħajtu huma u sejrin, u la lwew lejn il-​lemin u lanqas lejn ix-​xellug. Sadanittant, is-​sidien alleati+ tal-​Filistin imxew warajhom sal-​fruntiera taʼ Bet-xemex. 13  U xi nies minn Bet-xemex kienu qed jaħsdu l-​ħsad tal-​qamħ+ fil-​pjanura l-​baxxa. Meta refgħu għajnejhom u raw l-​Arka, bdew jaqbżu bil-​ferħ malli rawha. 14  U l-​karru daħal fl-​għalqa taʼ Ġożwè l-​Bet-xemi u baqaʼ wieqaf hemmhekk, fejn kien hemm ġebla kbira ħafna. U huma qattgħu l-​injam tal-​karru, u l-​baqar+ offrewhom bħala offerta tal-​ħruq lil Ġeħova.+ 15  U l-​Leviti+ niżżlu l-​arka taʼ Ġeħova u l-​kaxxa li kien hemm magħha, li kien fiha l-​oġġetti tad-​deheb, u qegħduha fuq il-​ġebla l-​kbira. U l-​irġiel taʼ Bet-xemex,+ min-​naħa tagħhom, offrew offerti tal-​ħruq, u dakinhar komplew joffru s-​sagrifiċċji lil Ġeħova. 16  U l-​ħames sidien alleati+ tal-​Filistin rawha u marru fi triqithom lura lejn Għekron dakinhar. 17  Issa dawn huma l-​murliti tad-​deheb li l-​Filistin raddew bħala offerta għall-​ħtija lil Ġeħova:+ waħda għal Asdod,+ waħda għal Gaża,+ waħda għal Askelon,+ waħda għal Gat,+ u waħda għal Għekron.+ 18  U l-​ġrieden tad-​deżert tad-​deheb kienu skond l-​għadd tal-​bliet kollha tal-​Filistin li kienu tal-​ħames sidien alleati, mill-​belt fortifikata sar-​raħal tal-​kampanja. U l-​ġebla l-​kbira li fuqha poġġew l-​arka taʼ Ġeħova hi xiehda sa dan il-​jum fl-​għalqa taʼ Ġożwè l-​Bet-xemi. 19  U qatel l-​irġiel taʼ Bet-xemex,+ għaliex dawn kienu ħarsu lejn l-​arka taʼ Ġeħova. Għalhekk, qatel fost il-​poplu sebgħin raġel—ħamsin elf raġel*—u l-​poplu kien imnikket għaliex Ġeħova kien qatel in-​nies u l-​qatla kienet kbira.+ 20  Iktar minn hekk, l-​irġiel taʼ Bet-xemex qalu: “Min għandu l-​ħila jieqaf quddiem Ġeħova, dan Alla l-​qaddis,+ u għand min imur meta jitbiegħed minna?”+ 21  Fl-aħħar bagħtu xi messaġġiera lill-​abitanti taʼ Kirjat-ġegħarim,+ u qalulhom: “Il-​Filistin raddew l-​arka taʼ Ġeħova. Inżlu u tellgħuha għandkom.”+

Noti taʼ taħt

Xi wħud iqisu li l-​espressjoni “ħamsin elf raġel” ġiet miżjuda iktar tard mat-​test.