Levitiku 2:1-16

2  “‘Issa jekk xi ħadd* jippreżenta offerta tal-​qmuħ+ bħala offerta lil Ġeħova, l-​offerta tiegħu għandha tkun dqiq fin;+ u jrid isawwab iż-​żejt fuqha u jqiegħed l-​inċens abjad fuqha.  U jġibha lil ulied Aron, il-​qassisin, u minnha l-​qassis jaqbad ponn dqiq fin u żejt flimkien maʼ l-​inċens abjad kollu; u jaħraqha bħala tfakkira+ tagħha fuq l-​artal, offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.  U dak li jifdal mill-​offerta tal-​qmuħ ikun t’Aron u taʼ wliedu,+ bħala xi ħaġa mill-​iktar qaddisa+ mill-​offerti magħmulin bin-​nar lil Ġeħova.  “‘U jekk int tippreżenta offerta tal-​qmuħ bħala offerta taʼ xi ħaġa moħmija fil-​forn, għandha tkun tad-​dqiq fin, ftajjar bla ħmira+ miblulin fiż-​żejt jew galletti bla ħmira+ midlukin biż-​żejt.+  “‘U jekk l-​offerta tiegħek tkun offerta tal-​qmuħ minn fuq il-​pjanċa,+ għandha tkun tad-​dqiq fin miblul fiż-​żejt, bla ħmira.  Għandha titqattaʼ bċejjeċ, u int trid issawwab iż-​żejt fuqha.+ Din hi offerta tal-​qmuħ.  “‘U jekk l-​offerta tiegħek tkun offerta tal-​qmuħ minn ġol-​kazzola biż-​żejt, għandha ssir mid-​dqiq fin biż-​żejt.  U din l-​offerta tal-​qmuħ trid iġġibha lil Ġeħova; u tippreżentaha lill-​qassis u dan iġibha qrib l-​artal.  U l-​qassis jgħolli ftit mill-​offerta tal-​qmuħ bħala tfakkira+ tagħha u jaħarqu fuq l-​artal, bħala offerta magħmula bin-​nar, b’riħa pjaċevoli, lil Ġeħova.+ 10  U dak li jifdal mill-​offerta tal-​qmuħ ikun t’Aron u taʼ wliedu, bħala xi ħaġa mill-​iktar qaddisa mill-​offerti bin-​nar lil Ġeħova.+ 11  “‘Ebda offerta tal-​qmuħ li tippreżentaw lil Ġeħova m’għandu jkollha xi ħmira fiha,+ għax ma tridu taħarqu assolutament ebda għaġina mħemmra* u ebda għasel bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 12  “‘Bħala offerta taʼ l-​ewwel frott,+ għandkom tippreżentawhom lil Ġeħova, u m’għandhomx jittellgħu fuq l-​artal bħala riħa pjaċevoli. 13  “‘U kull offerta mill-​offerta tal-​qmuħ tiegħek trid tħawwarha bil-​melħ;+ u l-​melħ tal-​patt+ t’Alla tiegħek tħallihx ikun nieqes minn fuq l-​offerta tal-​qmuħ tiegħek. Maʼ kull offerta li tagħmel trid tippreżenta l-​melħ. 14  “‘U jekk lil Ġeħova tippreżentalu l-​offerta tal-​qmuħ taʼ l-​ewwel frott misjur, għandek tippreżenta sbul aħdar inkaljat bin-​nar, il-​qmuħ ġodda mitħunin oħxon, bħala l-​offerta tal-​qmuħ taʼ l-​ewwel frott misjur tiegħek.+ 15  U trid tagħmel iż-​żejt fuqha u tqiegħed l-​inċens abjad fuqha. Din hi offerta tal-​qmuħ.+ 16  U l-​qassis irid jaħraq it-​tfakkira+ tagħha, jiġifieri, ftit mill-​qmuħ mitħunin oħxon u miż-​żejt tagħhom, flimkien maʼ l-​inċens abjad kollu tagħha, bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħ.”
Ara Eżo 12:15, in-​nota taʼ taħt.