Levitiku 3:1-17

3  “‘U jekk l-​offerta tiegħu tkun sagrifiċċju taʼ sħubija,*+ jekk jippreżentaha mill-​merħla tal-​baqar, sew jekk raġel u sew jekk mara, għandu jippreżenta offerta bla difett+ quddiem Ġeħova.  U jrid iqiegħed idu fuq ras+ l-​offerta tiegħu, u din tinqatel fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa; u wlied Aron, il-​qassisin, iroxxu d-​demm dawramejt fuq l-​artal.  U hu jippreżenta ftit mis-​sagrifiċċju taʼ sħubija bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova, jiġifieri, ix-​xaħam+ li jiksi l-​imsaren, saħansitra x-​xaħam kollu taʼ fuq l-​imsaren,+  u ż-​żewġ kilwiet+ u x-​xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-​ġenbejn. U x-​xaħam taʼ mal-​fwied ineħħih flimkien mal-​kliewi.  U wlied Aron+ jaħarqu+ dan kollu fuq l-​artal, fuq l-​offerta tal-​ħruq li qiegħda fuq il-​ħatab+ li qiegħed fuq in-​nar, bħala offerta b’riħa pjaċevoli+ lil Ġeħova magħmula bin-​nar.  “‘U jekk l-​offerta tiegħu tkun mill-​merħla tan-​nagħaġ bħala sagrifiċċju taʼ sħubija lil Ġeħova, għandu jippreżenta raġel jew mara, bla difett.+  Jekk jippreżenta muntun żgħir bħala l-​offerta tiegħu, allura jrid jippreżentah quddiem Ġeħova.+  U jqiegħed idu fuq ras+ l-​offerta tiegħu, u din tinqatel+ quddiem it-​tinda tal-​laqgħa; u wlied Aron iroxxu demmha dawramejt fuq l-​artal.  U mis-​sagrifiċċju taʼ sħubija jippreżenta x-​xaħam tiegħu bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+ Hu għandu jneħħi d-​denb imxaħħam+ kollu kemm hu minn ħdejn is-​sinsla, u x-​xaħam li jiksi l-​imsaren, saħansitra x-​xaħam kollu taʼ fuq l-​imsaren,+ 10  u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-​ġenbejn. U x-​xaħam+ taʼ mal-​fwied ineħħih flimkien mal-​kliewi. 11  U l-​qassis irid jaħraq+ dan kollu fuq l-​artal bħala ikel,+ offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 12  “‘U jekk l-​offerta tiegħu tkun mill-​mogħoż,+ allura jrid jippreżentaha quddiem Ġeħova. 13  U jqiegħed idu fuq rasha,+ u tinqatel+ quddiem it-​tinda tal-​laqgħa; u wlied Aron iroxxu demmha dawramejt fuq l-​artal. 14  U minnha hu jippreżenta bħala l-​offerta tiegħu, bħala offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova, ix-​xaħam li jiksi l-​imsaren, saħansitra x-​xaħam kollu taʼ fuq l-​imsaren,+ 15  u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-​ġenbejn. U x-​xaħam taʼ mal-​fwied ineħħih flimkien mal-​kliewi. 16  U l-​qassis irid jaħraqhom fuq l-​artal bħala ikel, offerta magħmula bin-​nar bħala riħa pjaċevoli. Ix-​xaħam kollu hu taʼ Ġeħova.+ 17  “‘Dan hu statut għal żmien indefinit* għall-​ġenerazzjonijiet tagħkom, fil-​postijiet kollha fejn tgħammru intom: Ma tridu tieklu assolutament ebda xaħam jew demm.’”+

Noti taʼ taħt

Jew, “sagrifiċċju taʼ sliem.” Sagrifiċċju li fih il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.