Levitiku 4:1-35

4  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk xi ħadd*+ jidneb bi żball*+ f’xi waħda mill-​affarijiet li Ġeħova kkmanda li m’għandhomx isiru, u fil-​fatt jagħmel waħda minnhom:  “‘Jekk jidneb+ il-​qassis, il-​midluk,+ u b’hekk iġib il-​ħtija fuq il-​poplu, għad-​dnub+ li jkun għamel irid jippreżenta barri żgħir bla difett lil Ġeħova bħala offerta għad-​dnub.  U jġib il-​barri fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa+ quddiem Ġeħova u jqiegħed idu fuq ras il-​barri,+ u joqtol il-​barri quddiem Ġeħova.  U l-​qassis, il-​midluk,+ jaqbad ftit mid-​demm tal-​barri u jġibu fit-​tinda tal-​laqgħa;  u l-​qassis ibill sebgħu+ fid-​demm u jroxx ftit mid-​demm sebaʼ darbiet+ quddiem Ġeħova, quddiem il-​purtiera tal-​post qaddis.  U l-​qassis ipoġġi quddiem Ġeħova ftit mid-​demm fuq il-​qrun+ taʼ l-​artal taʼ l-​inċens ifuħ, li qiegħed fit-​tinda tal-​laqgħa, u dak kollu li jibqaʼ mid-​demm tal-​barri jsawbu f’riġlejn+ l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq, li qiegħed fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.  “‘Inkwantu għax-​xaħam kollu tal-​barri taʼ l-​offerta għad-​dnub, hu jneħħi minnu x-​xaħam li jiksi l-​imsaren, saħansitra x-​xaħam kollu taʼ fuq l-​imsaren,+  u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-​ġenbejn. U x-​xaħam taʼ mal-​fwied ineħħih flimkien mal-​kliewi.+ 10  Ikun l-​istess bħal dak li jitneħħa minn barri tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija.+ U l-​qassis jaħraqhom fuq l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq.+ 11  “‘Imma inkwantu għall-​ġilda tal-​barri u l-​laħam kollu tiegħu flimkien maʼ rasu u riġlejh* u msarnu u l-​ħmieġ tiegħu,+ 12  jiġifieri, il-​barri kollu kemm hu, il-​qassis iġiegħel li jinħareġ ’il barra mill-​kamp+ f’post nadif fejn jintefaʼ l-​irmied+ bix-​xaħam fuqu, u jaħarqu fuq il-​ħatab fin-​nar.+ Għandu jiġi maħruq fejn jintefaʼ l-​irmied bix-​xaħam fuqu. 13  “‘Issa jekk il-​ġemgħa kollha taʼ Israel tagħmel żball+ u l-​kongregazzjoni ma tkunx konxja tal-​fatt li huma għamlu xi ħaġa minn dak kollu li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, u b’hekk ikunu saru ħatjin,+ 14  u d-​dnub li jkunu għamlu kontra din il-​ħaġa jkun sar magħruf,+ il-​kongregazzjoni trid tippreżenta barri żgħir bħala offerta għad-​dnub u trid iġġibu quddiem it-​tinda tal-​laqgħa. 15  U x-​xjuħ tal-​ġemgħa jqiegħdu idejhom fuq ras il-​barri+ quddiem Ġeħova, u l-​barri jinqatel quddiem Ġeħova. 16  “‘Imbagħad il-​qassis, il-​midluk,+ irid iġib ftit mid-​demm tal-​barri fit-​tinda tal-​laqgħa.+ 17  U l-​qassis ibill sebgħu fi ftit mid-​demm u jroxxu sebaʼ darbiet quddiem Ġeħova, quddiem il-​purtiera.+ 18  U jpoġġi ftit mid-​demm fuq il-​qrun taʼ l-​artal+ li qiegħed quddiem Ġeħova u li qiegħed fit-​tinda tal-​laqgħa; u dak kollu li jibqaʼ mid-​demm isawbu f’riġlejn l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq,+ li qiegħed fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 19  U jneħħilu x-​xaħam kollu, u jaħarqu fuq l-​artal.+ 20  U lill-​barri jagħmillu bħalma għamel lill-​ewwel barri taʼ l-​offerta għad-​dnub. Hekk jagħmillu; u l-​qassis jagħmel tpattija+ għalihom, u b’hekk jinħafrilhom. 21  U hu jġiegħel li l-​barri jinħareġ ’il barra mill-​kamp u jaħarqu, bħalma ħaraq l-​ewwel barri.+ Din hi offerta għad-​dnub għall-​kongregazzjoni.+ 22  “‘Meta jidneb kap ewlieni+ u jagħmel xi ħaġa mhux apposta minn dak kollu li Ġeħova Alla tiegħu jikkmanda li m’għandux isir,+ u b’hekk isir ħati, 23  jew id-​dnub li jkun għamel kontra l-​kmandament ikun ġie mgħarraf lilu,+ hu jrid iġib bħala l-​offerta tiegħu gidi,+ bla difett. 24  U jqiegħed idu fuq ras+ il-​gidi u joqtlu fil-​post fejn l-​offerta tal-​ħruq tinqatel regolarment quddiem Ġeħova.+ Din hi offerta għad-​dnub.+ 25  U l-​qassis jieħu ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub b’sebgħu u jpoġġih fuq il-​qrun+ taʼ l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq, u jsawwab il-​bqija taʼ demmu f’riġlejn l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq. 26  U jaħraq ix-​xaħam kollu tiegħu fuq l-​artal bħax-​xaħam tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija;+ u l-​qassis jagħmel tpattija għalih għal dnubu,+ u b’hekk jinħafirlu. 27  “‘U jekk xi ħadd min-​nies tal-​pajjiż jidneb mhux apposta billi jagħmel xi ħaġa minn dak li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, u b’hekk isir ħati,+ 28  jew id-​dnub li jkun għamel ikun ġie mgħarraf lilu, irid iġib bħala l-​offerta tiegħu gidja,+ bla difett, għad-​dnub li jkun għamel. 29  U jqiegħed idu fuq ras+ l-​offerta għad-​dnub u joqtol l-​offerta għad-​dnub fl-​istess post fejn qatel l-​offerta tal-​ħruq.+ 30  U l-​qassis jieħu ftit minn demmha b’sebgħu u jpoġġih fuq il-​qrun+ taʼ l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq, u jsawwab dak kollu li jibqaʼ minn demmha f’riġlejn+ l-​artal. 31  U jneħħilha x-​xaħam+ kollu, bħalma tneħħa x-​xaħam minn mas-​sagrifiċċju taʼ sħubija;+ u l-​qassis jaħraqha fuq l-​artal bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova;+ u l-​qassis jagħmel tpattija għalih, u b’hekk jinħafirlu.+ 32  “‘Imma jekk bħala offerta għad-​dnub iġib ħaruf+ bħala l-​offerta tiegħu, għandu jġib ħarufa, bla difett.+ 33  U jqiegħed idu fuq ras l-​offerta għad-​dnub u joqtolha bħala offerta għad-​dnub fil-​post fejn l-​offerta tal-​ħruq tinqatel+ regolarment. 34  U l-​qassis jieħu ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub b’sebgħu u jpoġġih fuq il-​qrun taʼ l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq,+ u jsawwab dak kollu li jibqaʼ minn demmha f’riġlejn l-​artal. 35  U jneħħi x-​xaħam kollu tagħha l-​istess bħalma jitneħħa regolarment ix-​xaħam tal-​muntun żgħir tas-​sagrifiċċju taʼ sħubija, u l-​qassis jaħraqhom fuq l-​artal, fuq l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar;+ u l-​qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-​dnub li jkun għamel, u b’hekk jinħafirlu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “mhux apposta.”
Letteralment, “ruħ.” F’vers 27 ukoll.
Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt.