Levitiku 17:1-16

17  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Kellem lil Aron u lil uliedu u lill-​ulied kollha taʼ Israel, u għidilhom, ‘Dan hu li kkmanda Ġeħova meta qal:  “‘“Kull raġel mid-​dar taʼ Israel li joqtol baqar, nagħaġ, jew mogħoż fil-​kamp jew li joqtolhom ’il barra mill-​kamp  u ma jġibhomx fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa+ biex jippreżentahom bħala offerta lil Ġeħova quddiem it-​tabernaklu taʼ Ġeħova, dan ir-​raġel ikun magħdud bħala ħati tad-​demm. Ikun xerred id-​demm, u dan ir-​raġel irid jiġi maqtugħ minn fost il-​poplu tiegħu,+  sabiex ulied Israel ma jibqgħux joqtlu l-​annimali tagħhom fil-​kampanja,+ imma jġibuhom lil Ġeħova fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa għand il-​qassis,+ u dawn iridu joffruhom bħala sagrifiċċji taʼ sħubija lil Ġeħova.+  U l-​qassis iroxx id-​demm fuq l-​artal+ taʼ Ġeħova fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, u jaħraq ix-​xaħam+ bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+  Għalhekk, m’għandhomx jibqgħu joffru s-​sagrifiċċji tagħhom lid-​demonji*+ li magħhom qed ikollhom relazzjoni immorali.+ Dan iservi bħala statut għal żmien indefinit għalikom, matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.”’  “U għandek tgħidilhom, ‘Kull raġel mid-​dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li joffri offerta tal-​ħruq+ jew sagrifiċċju  u ma jġibux fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa biex joffrih lil Ġeħova,+ dan ir-​raġel irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu.+ 10  “‘Kull raġel mid-​dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li jiekol kwalunkwe tip taʼ demm,+ jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra r-​ruħ+ li tkun qed tiekol id-​demm, u tabilħaqq li se naqtagħha minn fost il-​poplu tagħha. 11  Għax ir-​ruħ tal-​laħam hi fid-​demm,+ u jien stess poġġejtu fuq l-​artal għalikom biex nagħmel tpattija+ għal ruħkom, għaliex huwa d-​demm,+ bir-​ruħ fih, li jagħmel tpattija.+ 12  Għalhekk jien għedt lil ulied Israel: “Ebda ruħ minnkom ma trid tiekol demm u ebda resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom+ m’għandu jiekol demm.”+ 13  “‘Kull raġel mid-​dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li waqt li jkun għall-​kaċċa jaqbad xi bhima salvaġġa jew xi tajra li tistaʼ tittiekel, irid iferraʼ demmha+ u jgħattih bit-​trab.+ 14  Għax ir-​ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu bir-​ruħ fih. Għaldaqstant għedt lil ulied Israel: “Ma tridu tieklu d-​demm t’ebda tip taʼ laħam, għaliex ir-​ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu.+ Kulmin jieklu jiġi maqtugħ.”+ 15  Kull bniedem,* sew jekk imwieled fil-​pajjiż u sew jekk resident barrani, li jiekol minn ġisem li jkun diġà mejjet jew xi ħaġa mqattgħa minn bhima salvaġġa,+ irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-​ilma u ma jkunx nadif sa fil-​għaxija;+ u hu jkun nadif. 16  Imma jekk ma jaħsilhomx u ma jinħasilx, imbagħad irid iwieġeb għall-​iżball tiegħu.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “demonji forma taʼ mogħża.” Forsi dawk li kienu jqimuhom kienu jaħsbu li kienu ħlejjaq sufin li kellhom il-​forma taʼ bodbod.
Letteralment, “ruħ.”