Levitiku 21:1-24

21  U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Kellem lill-​qassisin, ulied Aron, u għidilhom, ‘Ħadd fost il-​poplu tiegħu ma jistaʼ jitniġġes għal ruħ mejta.+  Imma jistaʼ jitniġġes għal qaribu mid-​demm li jiġi minnu mill-​qrib, għal ommu, għal missieru, għal ibnu, għal bintu, għal ħuh,  u għal oħtu, verġni li tiġi minnu mill-​qrib, li ma saritx mart xi raġel, għaliha jistaʼ jitniġġes.  Ma jistax jitniġġes fost il-​poplu tiegħu għal mara li għandha sidha, u b’hekk ikasbar lilu nnifsu.  M’għandhomx iqaxxru rashom u jiġu bil-​qargħa,+ u m’għandhomx iqaxxru t-​tarf tad-​daqna tagħhom,+ u m’għandhomx jagħmlu xi qatgħa fuq ġisimhom.+  Għandhom ikunu qaddisin għal Alla tagħhom,+ u m’għandhomx ikasbru isem Alla tagħhom,+ għaliex huma dawk li qed jippreżentaw l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar, il-​ħobż t’Alla tagħhom;+ u jridu jkunu qaddisin.+  Prostituta+ jew mara li m’għadhiex verġni m’għandhomx jiħduha; u mara divorzjata+ minn żewġha m’għandhomx jiħduha,+ għaliex il-​qassis hu qaddis għal Alla tiegħu.  Għalhekk, trid tqaddsu,+ għaliex hu dak li qed jippreżenta l-​ħobż t’Alla tiegħek. Għandu jkun qaddis għalik,+ għaliex jien, Ġeħova, li qed inqaddiskom, qaddis jien.+  “‘Issa jekk bint qassis tkasbar lilha nfisha billi tagħmel il-​prostituzzjoni, tkun qed tkasbar lil missierha. Għandha tiġi maħruqa fin-​nar.+ 10  “‘U l-​qassis il-​kbir taʼ ħutu, li fuq rasu jiġi msawwab iż-​żejt tad-​dlik+ u li ngħatatlu s-​setgħa f’idu biex jilbes il-​ħwejjeġ speċjali,+ m’għandux jittraskura x-​xagħar taʼ rasu,+ u m’għandux iċarrat ħwejġu.+ 11  U m’għandux jersaq lejn xi ruħ mejta.+ Ma jistax jitniġġes għal missieru u għal ommu. 12  Ukoll, la għandu joħroġ mis-​santwarju u lanqas jipprofana s-​santwarju t’Alla tiegħu,+ għaliex is-​sinjal tad-​dedikazzjoni, iż-​żejt tad-​dlik t’Alla tiegħu,+ qiegħed fuqu. Jien Ġeħova. 13  “‘U min-​naħa tiegħu, għandu jieħu mara li tkun verġni.+ 14  Inkwantu għal armla jew mara divorzjata u waħda li m’għadhiex verġni, prostituta, lil ħadd minn dawn ma jistaʼ jieħu, imma għandu jieħu verġni mill-​poplu tiegħu bħala martu. 15  U m’għandux ikasbar lil nislu fost il-​poplu tiegħu,+ għaliex jien Ġeħova li qed inqaddsu.’”+ 16  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 17  “Kellem lil Aron u għidlu, ‘Ebda raġel minn nislek matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom li fih ikun hemm xi difett+ ma jistaʼ jersaq biex jippreżenta l-​ħobż t’Alla tiegħu.+ 18  Jekk hemm xi raġel li fih hemm xi difett, ma jistax jersaq: raġel agħma jew zopp jew b’tiċrita fi mnieħru jew bi driegħ twil wisq,+ 19  jew raġel li jkollu ksur f’siequ jew ksur f’idu, 20  jew ħotbi jew xipli jew ikollu l-​mard f’għajnejh jew fil-​ġilda jew ikollu l-​ħżież jew ikollu t-​testikoli tiegħu mgħaffġin.+ 21  Kwalunkwe raġel, minn nisel Aron il-​qassis, li fih hemm xi difett ma jistax jersaq biex jippreżenta l-​offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-​nar.+ Hemm difett fih. Ma jistax jersaq biex jippreżenta l-​ħobż t’Alla tiegħu.+ 22  Jistaʼ jiekol il-​ħobż t’Alla tiegħu mill-​affarijiet l-​iktar imqaddsin+ u mill-​affarijiet imqaddsin.+ 23  Madankollu, ma jistax jidħol ħdejn il-​purtiera,+ u ma jistax jersaq lejn l-​artal,+ għaliex hemm difett fih;+ u m’għandux jipprofana s-​santwarju tiegħi,+ għax jien Ġeħova li qed inqaddishom.’”+ 24  Għaldaqstant, Mosè kellem lil Aron u lil uliedu u lill-​ulied kollha taʼ Israel.

Noti taʼ taħt