Atti 21:1-40
21 Issa meta rnexxielna nitilquhom u salpajna, qbadna korsa dritta u wasalna Kos, imbagħad l-għada tlaqna lejn Rodi, u minn hemmhekk għal Patara.
2 U meta sibna ġifen li kien se jaqsam lejn il-Feniċja, tlajna abbord u salpajna.
3 Wara li lmaħna l-gżira taʼ Ċipru+ ħallejnieha warajna fuq ix-xellug u bqajna sejrin lejn is-Sirja,+ u nżilna Tir, għax hemmhekk il-ġifen kellu jħott it-tagħbija tiegħu.+
4 Fittixna u sibna lid-dixxipli u bqajna hawnhekk sebat ijiem. Permezz taʼ l-ispirtu+ huma qalu ripetutament lil Pawlu biex ma jmurx Ġerusalemm.
5 Imbagħad meta għaddew dawk il-jiem, morna u bdejna l-vjaġġ tagħna; u huma lkoll, flimkien man-nisa u t-tfal, wassluna sa barra l-belt. Hemmhekk inżilna għarkopptejna+ fuq ix-xatt biex ngħidu talba
6 u, wara li sellimna+ lil xulxin, aħna tlajna fuq il-ġifen u huma marru lura lejn djarhom.
7 Imbagħad temmejna l-vjaġġ bil-baħar minn Tir u wasalna Ptolemajs, u sellimna lill-aħwa u qgħadna jum magħhom.
8 L-għada tlaqna u wasalna Ċesarija,+ u dħalna fid-dar taʼ Filippu l-evanġelizzatur, li kien wieħed mis-sebat irġiel,+ u qgħadna miegħu.
9 Dan ir-raġel kellu erbat ibniet verġni li kienu jipprofetizzaw.+
10 Wara li konna ilna hemmhekk ħafna jiem, niżel mil-Lhudija wieħed profeta li kien jismu Agabu,+
11 u ġie ħdejna. Dan ħa l-ħżiem taʼ Pawlu, rabat saqajh u idejh bih, u qal: “Dan jgħid l-ispirtu qaddis, ‘Ir-raġel li tiegħu hu dan il-ħżiem, hekk se jorbtuh+ il-Lhud Ġerusalemm u jagħtuh+ f’idejn in-nies tal-ġnus.’”
12 Issa meta smajna dan, kemm aħna u kemm dawk taʼ dak il-post bdejna nitolbuh bil-ħrara biex ma jitlax+ Ġerusalemm.
13 Imbagħad Pawlu wieġeb: “Għalfejn qed tibku+ u taqsmuli qalbi?+ Serrħu raskom, jien mhux biss lest nintrabat Ġerusalemm imma wkoll immut+ għal isem il-Mulej Ġesù.”
14 Meta ma stajniex nipperswaduh, ikkuntentajna billi għedna: “Ħa sseħħ ir-rieda+ taʼ Ġeħova.”
15 Issa wara dawn il-jiem ħejjejna għall-vjaġġ u bdejna telgħin Ġerusalemm.+
16 Xi wħud mid-dixxipli minn Ċesarija+ ġew magħna wkoll, biex jiħduna għand ir-raġel li konna se noqogħdu għandu, ċertu Mnason minn Ċipru, dixxiplu minn tal-bidu.
17 Meta dħalna Ġerusalemm,+ l-aħwa laqgħuna bil-ferħ.+
18 Imbagħad l-għada Pawlu ġie magħna għand Ġakbu;+ u l-anzjani kollha kienu preżenti.
19 U sellmilhom u beda jirrakkontalhom+ bid-dettall x’għamel Alla fost il-ġnus permezz tal-ministeru tiegħu.+
20 X’ħin semgħu dan, bdew jigglorifikaw lil Alla, u qalulu: “Ħuna, qed tara kemm hemm eluf li emmnu fost il-Lhud; u kollha huma żelużi għal-Liġi.+
21 Imma semgħu xniegħa dwarek li lil-Lhud kollha li hemm fost il-ġnus qed tgħallimhom apostasija minn Mosè,+ u qed tgħidilhom biex la jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni+ lil uliedhom u lanqas jimxu fid-drawwiet solenni.
22 Allura, x’għandu jsir dwar dan? Għax żgur se jisimgħu li int wasalt.
23 Għalhekk, agħmel dan li se ngħidulek: Għandna erbat irġiel li għamlu wegħda.
24 Ħu lil dawn l-irġiel miegħek+ u tnaddaf b’mod ċerimonjali magħhom u ħallsilhom l-ispejjeż+ sabiex iqaxxrulhom ix-xagħar taʼ rashom.+ B’hekk, kulħadd ikun jaf li x-xnigħat li ntqalu dwarek m’humiex minnhom, imma li qed timxi bl-ordni u li anki int stess qed iżżomm il-Liġi.+
25 Dwar dawk li emmnu minn fost il-ġnus, aħna bgħatna ngħidulhom dwar id-deċiżjoni li ħadna: li għandhom iżommu ’l bogħod mill-affarijiet sagrifikati lill-idoli+ kif ukoll mid-demm+ u mil-laħam t’annimali fgati+ u miż-żína.”+
26 Imbagħad l-għada Pawlu ħa lill-irġiel miegħu u tnaddaf b’mod ċerimonjali magħhom+ u daħal fit-tempju biex javża dwar il-jiem li jridu jgħaddu+ għat-tindif ċerimonjali, sakemm tiġi preżentata l-offerta+ għal kull wieħed minnhom.+
27 Issa s-sebat+ ijiem kienu kważi għaddew, u meta l-Lhud mill-Asja rawh fit-tempju bdew iqajmu konfużjoni sħiħa fost il-folla kollha,+ u ħatfuh taħt idejhom
28 waqt li bdew jgħajtu: “Irġiel taʼ Israel, ejjew għinuna! Dan hu r-raġel li qed jgħallem lil kulħadd kullimkien kontra l-poplu+ u l-Liġi u dan il-post u, iktar minn hekk, anki ġab xi Griegi fit-tempju u niġġes dan il-post qaddis.”+
29 Għax qabel kienu raw lil Trofimu+ taʼ Efesu fil-belt miegħu, u kienu qed jimmaġinaw li Pawlu kien daħħlu fit-tempju.
30 U l-belt kollha qamet f’rewwixta,+ u n-nies kollha bdew jiġru f’daqqa; u qabdu lil Pawlu u kaxkruh ’il barra mit-tempju.+ U minnufih il-bibien ngħalqu.
31 U waqt li kienu qed jipprovaw joqtluh, il-kmandant tal-korp sar jaf li Ġerusalemm kollha kienet f’konfużjoni sħiħa;+
32 u mill-ewwel ħa s-suldati u l-fizzjali taʼ l-armata u niżel jiġri għal ħdejhom.+ Meta lemħu lill-kmandant militari+ u lis-suldati ma baqgħux isawtu lil Pawlu.
33 Imbagħad il-kmandant militari resaq qrib u qabdu u ta l-kmand biex jorbtuh b’żewġ ktajjen;+ u beda jistaqsi min kien u x’kien għamel.
34 Imma fil-folla min beda jgħajjat ħaġa u min oħra.+ Għalhekk, billi ma setaʼ jsir jaf xejn fiċ-ċert minħabba l-konfużjoni, ordna li jinġieb fil-kwartieri tas-suldati.+
35 Imma meta wasal fuq it-taraġ, ġara li kellu jinġarr mis-suldati minħabba l-vjolenza tal-folla;
36 għax il-kotra tan-nies baqgħet sejra warajhom u tgħajjat: “Eħlisna minnu!”+
37 U kif kienu se jiħduh fil-kwartieri tas-suldati, Pawlu qal lill-kmandant militari: “Tippermettili ngħidlek xi ħaġa?” Dan qallu: “Mela taf titkellem bil-Grieg?
38 Int mhux l-Eġizzjan li ftit jiem ilu qajjem rewwixta+ u mexxa warajh fix-xagħri erbat elef raġel armati bis-skieken?”
39 Imbagħad Pawlu qallu: “Fil-fatt, jien Lhudi+ minn Tarsu+ fiċ-Ċiliċja, ċittadin taʼ belt magħrufa. Għalhekk, nitolbok tħallini nkellem lin-nies.”
40 Wara li tah permess, Pawlu, li kien wieqaf fuq it-taraġ, għamel sinjal+ b’idu lin-nies. Malli waqaʼ skiet kbir kellimhom bil-lingwa Ebrajka+ u qalilhom:

