Atti 25:1-27

25  Tlett ijiem wara li ħa f’idejh+ it-​tmexxija tal-​provinċja,* Festu telaʼ Ġerusalemm minn Ċesarija.+  Il-qassisin ewlenin u l-​kbarat tal-​Lhud tawh xi tagħrif+ kontra Pawlu u bdew jitolbuh bil-​ħrara  biex jagħmlilhom favur billi jibgħat għalih u jġibu Ġerusalemm, peress li kienu ppjanaw nasba+ biex joqtluh fit-​triq.  Madankollu, Festu wieġeb li Pawlu kellu jinżamm Ċesarija u li hu stess kien dalwaqt se jitlaq għal hemmhekk.  U qalilhom: “Mela, jekk hemm xi ħaġa ħażina f’dan ir-​raġel, ħa jinżlu miegħi biex jakkużawh+ dawk fostkom li qegħdin fil-​poter.”  Meta kien qattaʼ mhux iktar minn tmienja jew għaxart ijiem fosthom, niżel Ċesarija, u l-​għada qagħad bil-​qiegħda fuq it-​tron tal-​ġudizzju+ u ordna li jġibu lil Pawlu.  Meta wasal, il-​Lhud li kienu niżlu minn Ġerusalemm daru miegħu, u bdew iġibu kontrih ħafna akkużi serji+ li ma setgħux jagħtu prova tagħhom.  Imma, biex jiddefendi ruħu, Pawlu qal: “La kontra l-​Liġi tal-​Lhud, la kontra t-​tempju,+ u lanqas kontra Ċesari ma dnibt.”+  Billi xtaq jingħoġob+ mil-​Lhud, Festu wieġeb lil Pawlu u qallu: “Tixtieq titlaʼ Ġerusalemm u tiġi ġudikat quddiemi dwar dan hemmhekk?”+ 10  Imma Pawlu qallu: “Jien qiegħed quddiem it-​tron tal-​ġudizzju taʼ Ċesari+ fejn suppost għandi niġi ġudikat. Jien m’għamiltilhom xejn ħażin lil-​Lhud,+ bħalma int ukoll qed tara tajjeb. 11  Jekk jien tassew bniedem ħażin+ u għamilt xi ħaġa li għaliha jistħoqqli l-​mewt,+ ma naħrabx mill-​mewt; jekk, mill-​banda l-​oħra, ma jeżisti xejn minn dak li qed jakkużawni bih dawn l-​irġiel, ħadd ma jistaʼ jagħtini f’idejhom biex jagħmlilhom favur. Nappella għal quddiem Ċesari!”+ 12  Imbagħad, wara li tkellem maʼ l-​assemblea tal-​kunsillieri, Festu wieġeb: “Għal quddiem Ċesari appellajt u għand Ċesari se tmur.” 13  Issa wara xi jiem, is-​sultan Agrippa* u Berniċe* waslu Ċesarija biex jagħmlu żjara taʼ korteżija lil Festu. 14  Għalhekk, billi kienu se joqogħdu hemmhekk ftit jiem mhux ħażin, Festu ppreżenta l-​każ taʼ Pawlu quddiem is-​sultan u qallu: “Hemm wieħed raġel li tħalla priġunier minn Feliċ, 15  u meta kont Ġerusalemm il-​qassisin ewlenin u x-​xjuħ tal-​Lhud ġabuli tagħrif+ dwaru, u riduni nikkundannah. 16  Imma jien wiġibthom li m’hijiex proċedura Rumana li tagħti lil xi bniedem f’idejn in-​nies biex tagħmlilhom favur qabel ma l-​akkużat jiltaqaʼ wiċċ imbwiċċ maʼ dawk li akkużawh+ u jkollu ċ-​ċans jiddefendi ruħu dwar l-​ilment. 17  Għalhekk, meta ġew kollha hawnhekk, ma tliftx ħin u l-​għada qgħadt bil-​qiegħda fuq it-​tron tal-​ġudizzju u ordnajt biex iġibu lir-​raġel. 18  Meta dehru quddiemi, dawk li akkużawh ma ġabu ebda akkuża+ tal-​ħażen li kont immaġinajt li għamel. 19  Sempliċement kellhom ċerti dibattiti miegħu dwar il-​mod kif iqimu+ lill-​alla tagħhom u dwar ċertu Ġesù li hu mejjet imma li Pawlu baqaʼ jsostni li hu ħaj.+ 20  Għaldaqstant, billi kont imħawwad dwar id-​dibattitu minħabba dawn il-​kwistjonijiet, staqsejtu jekk riedx imur Ġerusalemm biex jiġi ġudikat dwar dan hemmhekk.+ 21  Imma meta Pawlu appella+ biex jibqaʼ miżmum sad-​deċiżjoni mill-​Awgustu,* jien ordnajt li jinżamm sakemm nibagħtu għand Ċesari.” 22  Hawn Agrippa qal lil Festu: “Jien ukoll nixtieq nisimgħu lil dan ir-​raġel.”+ Qallu: “Għada tisimgħu.” 23  Għalhekk, l-​għada, Agrippa u Berniċe ġew b’pompa+ kbira u daħlu fis-​sala taʼ l-​udjenza flimkien mal-​kmandanti militari kif ukoll maʼ l-​irġiel prominenti tal-​belt, u mbagħad Festu ordna li jġibu lil Pawlu. 24  U Festu qal: “Sultan Agrippa u intom l-​irġiel kollha li qegħdin hawnhekk magħna, qed taraw lil dan ir-​raġel li dwaru l-​kotra kollha tal-​Lhud, kemm f’Ġerusalemm u kemm hawnhekk, talbuni u għajtu li m’għandux jibqaʼ ħaj.+ 25  Imma jien indunajt li ma kien għamel xejn li għalih jistħoqqlu l-​mewt.+ B’hekk, meta dan ir-​raġel appella+ għal quddiem l-​Awgustu, iddeċidejt li nibagħtu. 26  Imma m’għandi xejn ċert dwaru x’nikteb lil Sidi. Għalhekk ġibtu quddiemkom, u speċjalment quddiemek, Sultan Agrippa, sabiex wara li sseħħ l-​interrogazzjoni,+ jien ikolli xi ħaġa x’nikteb. 27  Għax jidhirli li m’huwiex raġunevoli li nibgħat priġunier u ma nindikax ukoll l-​akkużi kontrih.”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, tal-​Lhudija, b’Ċesarija bħala r-​residenza tal-​gvernatur.
Jiġifieri, Erodi Agrippa II.
Oħt Erodi Agrippa II.
It-titlu taʼ Neruni Ċesari, ir-​rabaʼ imperatur wara Ottavjanu, li kien l-​ewwel wieħed li kellu dan it-​titlu.