Atti 15:1-41

15  U mil-​Lhudija+ niżlu xi rġiel li bdew jgħallmu lill-​aħwa: “Jekk ma tiġux ċirkonċiżi+ skond id-​drawwa taʼ Mosè,+ ma tistgħux tiġu salvati.” 2  Imma wara li Pawlu u Barnaba kellhom ħafna nuqqas taʼ ftehim u dibattiti magħhom, ġie deċiż li Pawlu u Barnaba u xi oħrajn minn fosthom jitilgħu għand l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm+ rigward dan l-​argument. 3  Għaldaqstant, wara li l-​kongregazzjoni+ marret magħhom biċċa mit-​triq, dawn l-​irġiel komplew sejrin u għaddew kemm mill-​Feniċja u kemm mis-​Samarija, jirrakkontaw bid-​dettall il-​konverżjoni tan-​nies tal-​ġnus+ u jġibu ferħ kbir lill-​aħwa kollha.+ 4  Malli waslu Ġerusalemm kienu milqugħin+ b’qalb tajba mill-​kongregazzjoni u l-​appostli u l-​anzjani, u rrakkontaw kemm Alla kien għamel affarijiet permezz tagħhom.+ 5  Madankollu, xi wħud minn dawk tas-​setta tal-​Fariżej li kienu emmnu qamu minn posthom u qalu: “Hemm bżonn li nagħmlulhom iċ-​ċirkonċiżjoni+ u nordnawlhom josservaw il-​liġi taʼ Mosè.”+ 6  U l-​appostli u l-​anzjani ltaqgħu flimkien biex jaraw dwar din il-​kwistjoni.+ 7  Issa, wara ħafna dibattiti+ bejniethom, qam Pietru u qalilhom: “Irġiel, aħwa, intom tafu tajjeb li mill-​bidu Alla għażilni minn fostkom biex minn fommi n-​nies tal-​ġnus jisimgħu l-​kelma taʼ l-​aħbar tajba u jemmnu;+ 8  u Alla, li jaf il-​qalb,+ xehed billi tahom l-​ispirtu qaddis,+ bħalma ta lilna wkoll. 9  U m’għamel ebda distinzjoni bejnna u bejnhom,+ imma saffielhom qlubhom bil-​fidi.+ 10  Għalhekk, issa għala qed tgħaddu lil Alla minn prova billi tqiegħdu fuq għonq id-​dixxipli madmad+ li la missirijietna u lanqas aħna ma stajna nifilħuh?+ 11  Għall-kuntrarju, għandna l-​fiduċja li niġu salvati permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-​Mulej Ġesù bħal dawk in-​nies ukoll.”+ 12  Għal dan il-​kliem, il-​kotra kollha siktet, u bdew jisimgħu lil Barnaba u lil Pawlu jirrakkontaw dwar il-​bosta sinjali u għeġubijiet li Alla għamel permezz tagħhom fost il-​ġnus.+ 13  Meta waqfu jitkellmu, Ġakbu wieġeb u qal: “Irġiel, aħwa, isimgħuni.+ 14  Simgħon*+ irrakkonta bir-​reqqa kif għall-​ewwel darba Alla dawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn il-​ġnus biex jieħu minnhom poplu għal ismu.+ 15  U maʼ dan jaqbel kliem il-​Profeti, bħalma hu miktub, 16  ‘Wara dan nerġaʼ niġi lura u nibni mill-​ġdid l-​għarix taʼ David li ġġarraf; u nibni mill-​ġdid ir-​rovini tiegħu u nerġaʼ ntellgħu,+ 17  sabiex dawk li jibqgħu mill-​bnedmin ifittxu lil Ġeħova bil-​ħeġġa, flimkien maʼ nies mill-​ġnus kollha, nies li jissejħu b’ismi, jgħid Ġeħova li qed jagħmel dan+ 18  li kien magħruf sa mill-​qedem.’+ 19  Għalhekk, id-​deċiżjoni tiegħi hi li ma ndejqux lil dawk mill-​ġnus li qed iduru lejn Alla,+ 20  imma li niktbulhom biex jitbiegħdu minn kull ħaġa mniġġsa mill-​idoli,+ miż-​żína,+ mil-​laħam t’annimali fgati,+ u mid-​demm.+ 21  Għax sa minn żmien il-​qedem, Mosè kellu min jippridkah f’belt wara l-​oħra, għax il-​kitbiet tiegħu jinqraw b’leħen għoli fis-​sinagogi kull Sabat.”+ 22  Imbagħad l-​appostli u l-​anzjani flimkien mal-​kongregazzjoni kollha qablu li jibagħtu xi rġiel magħżulin minn fosthom lejn Antjokja flimkien maʼ Pawlu u Barnaba, lil Ġuda li kienu jgħidulu Barsabba+ u lil Sila, irġiel li kienu minn taʼ quddiem fost l-​aħwa; 23  u b’idhom kitbu: “L-​appostli u l-​anzjani, ħutkom, lill-​aħwa f’Antjokja+ u s-​Sirja u ċ-​Ċiliċja+ li huma mill-​ġnus: Is-​sliem għalikom! 24  Peress li smajna li xi wħud minn fostna dejqukom bi kliemhom u pprovaw iħawdukom,+ għalkemm aħna ma tajniehom ebda istruzzjoni,+ 25  b’fehma waħda qbilna lkoll+ li nagħżlu xi rġiel biex nibagħtuhom għandkom flimkien maʼ l-​għeżież tagħna, Barnaba u Pawlu,+ 26  irġiel li taw ruħhom għal isem il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 27  Għalhekk, qed nibagħtu lil Ġuda u lil Sila,+ biex huma wkoll jgħidu l-​istess affarijiet bil-​kliem.+ 28  Għax l-​ispirtu qaddis+ u aħna nfusna qbilna li ma nżidulkom ebda piż ieħor,+ ħlief dawn l-​affarijiet neċessarji, 29  li tibqgħu titbiegħdu mill-​affarijiet sagrifikati lill-​idoli+ u mid-​demm+ u mil-​laħam t’annimali fgati+ u miż-​żína.+ Jekk toqogħdu attenti li żżommu ’l bogħod minn dawn l-​affarijiet,+ jaħbtilkom tajjeb. Saħħa!” 30  Għaldaqstant, meta ntbagħtu, dawn l-​irġiel niżlu Antjokja, u laqqgħu ’l-kotra flimkien u tawhom l-​ittra.+ 31  Meta qrawha, ferħu bl-​inkuraġġiment.+ 32  U peress li Ġuda u Sila kienu profeti wkoll,+ inkuraġġew lill-​aħwa b’ħafna taħditiet u saħħewhom.+ 33  Imbagħad, wara li kienu qattgħu xi żmien magħhom, l-​aħwa ħallewhom imorru fil-​paċi+ għand dawk li kienu bagħtuhom. 34 * —— 35  Madankollu, Pawlu u Barnaba baqgħu għal xi żmien Antjokja+ jgħallmu u jxandru, flimkien maʼ ħafna oħrajn, l-​aħbar tajba tal-​kelma taʼ Ġeħova.+ 36  Issa, xi jiem wara, Pawlu qal lil Barnaba: “Qabel xejn, ejja mmorru lura u nżuru lill-​aħwa f’kull belt fejn xandarna l-​kelma taʼ Ġeħova ħa naraw kif inhuma.”+ 37  Min-naħa tiegħu, Barnaba kien determinat li jieħu magħhom ukoll lil Ġwanni, li kienu jgħidulu Marku.+ 38  Imma Pawlu ma ħasibx li kien xieraq li jiħduh magħhom, għax fil-​Pamfilja+ kien telaqhom u ma marx magħhom għax-​xogħol. 39  Minħabba f’hekk, kellhom xi jgħidu sew, u b’hekk infirdu minn xulxin. Barnaba+ ħa miegħu lil Marku u salpa lejn Ċipru;+ 40  u Pawlu għażel lil Sila+ u telaq, wara li kien ġie fdat mill-​aħwa f’idejn Ġeħova u l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.+ 41  U għadda mis-​Sirja u ċ-​Ċiliċja, isaħħaħ lill-​kongregazzjonijiet.+

Noti taʼ taħt

^ Forma Ebrajka taʼ l-​isem Xmun (Pietru). Ara Mt 10:2, in-​nota taʼ taħt.
^ Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.