Atti 23:1-35
23 Pawlu ħares fiss lejn is-Sinedriju u qal: “Irġiel, aħwa, jien sa llum ġibt ruħi quddiem Alla b’kuxjenza+ safja għalkollox.”
2 Għal dan il-kliem, il-qassis il-kbir Ananija ordna lil dawk li kienu weqfin ħdejh biex jagħtuh daqqa+ fuq ħalqu.
3 Imbagħad Pawlu qallu: “Alla għad jagħti daqqa lilek, ja ħajt imbajjad.+ Int toqgħod bil-qiegħda biex tiġġudikani skond il-Liġi+ u fl-istess ħin tikser il-Liġi+ billi tordna li jagħtuni daqqa?”
4 Dawk li kienu weqfin ħdejh qalulu: “Qed iżżeblaħ il-qassis il-kbir t’Alla?”
5 U Pawlu qal: “L-aħwa, ma kontx naf li hu l-qassis il-kbir. Għax hemm miktub, ‘Titkellimx ħażin fuq ħakkiem tal-poplu tiegħek.’”+
6 Issa meta Pawlu induna li parti mis-Sinedriju kienet Sadduċej+ imma l-oħra Fariżej, għajjat u qalilhom: “Irġiel, aħwa, jien Fariżew,+ bin il-Fariżej, u qed niġi ġudikat+ minħabba t-tama taʼ l-irxoxt+ tal-mejtin.”
7 Għax qal dan, qamet tilwima+ bejn il-Fariżej u s-Sadduċej, u l-kotra nqasmet.
8 Għax is-Sadduċej+ jgħidu li la hemm irxoxt,+ la anġli u lanqas spirti, imma l-Fariżej dawn kollha jistqarruhom bil-miftuħ.
9 Għalhekk, qam storbju kbir,+ u xi wħud mill-iskribi tal-partit tal-Fariżej qamu, bdew jargumentaw bl-aħrax, u jgħidu: “Aħna ma nsibu xejn ħażin f’dan ir-raġel;+ imma jekk kellmu xi spirtu jew xi anġlu,+—.”
10 Issa meta t-tilwima saħnet sew, il-kmandant militari beżaʼ li lil Pawlu se jqattgħuh biċċiet, u ordna lill-korp tas-suldati+ biex jinżlu u jaħtfuh minn ġo nofshom u jġibuh fil-kwartieri tas-suldati.+
11 Imma dak il-lejl il-Mulej qagħad ħdejh+ u qallu: “Agħmel kuraġġ!+ Għax bħalma tajt xiehda+ bir-reqqa dwari f’Ġerusalemm, hekk ukoll trid tagħti xiehda f’Ruma.”+
12 Issa meta sebaħ, il-Lhud għamlu konfoffa+ u ntrabtu b’ħalfa+ u qalu li la kienu se jieklu u lanqas jixorbu qabel ma jkunu qatlu lil Pawlu.+
13 Kien hemm iktar minn erbgħin raġel li għamlu din il-konfoffa marbuta b’ħalfa;
14 u marru għand il-qassisin ewlenin+ u x-xjuħ u qalulhom: “Aħna ntrabatna solennement b’ħalfa li ma nduqux ikel qabel ma nkunu qtilna lil Pawlu.
15 Għalhekk, intom flimkien mas-Sinedriju agħmluha ċara lill-kmandant militari li hu għandu jniżżlu għandkom bħallikieku għandkom il-ħsieb li tridu taraw iktar bir-reqqa l-każ tiegħu.+ Imma qabel ma jasal qrib aħna nkunu lesti biex noqtluh.”+
16 Madankollu, it-tifel t’oħt Pawlu semaʼ bin-nasba tagħhom,+ u ġie u daħal fil-kwartieri tas-suldati u rrapporta dan lil Pawlu.
17 Għalhekk, Pawlu sejjaħ lil wieħed mill-fizzjali taʼ l-armata u qallu: “Ħu lil dan iż-żagħżugħ għand il-kmandant militari, għax għandu xi ħaġa x’jirrapportalu.”
18 Għaldaqstant, dan ir-raġel ħadu għand il-kmandant militari u qal: “Il-priġunier Pawlu sejjaħli u talabni nġiblek lil dan iż-żagħżugħ għax għandu xi ħaġa x’jgħidlek.”
19 Il-kmandant militari qabdu+ minn idu u ħadu fil-ġenb waħdu u beda jistaqsih: “Xi trid tirrapportali?”
20 Wieġbu: “Il-Lhud ftiehmu biex għada jitolbuk tniżżel lil Pawlu għand is-Sinedriju bħallikieku għandhom il-ħsieb li jridu jkunu jafu xi ħaġa iktar bl-eżatt dwaru.+
21 Imma int tħallihomx jipperswaduk, għax għandhom iktar minn erbgħin raġel lesti+ għalih, u ntrabtu b’ħalfa li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma jkunu qatluh;+ u issa qegħdin għal-lest, jistennew il-permess mingħandek.”
22 Imbagħad, il-kmandant militari bagħat liż-żagħżugħ u ordnalu: “Tpaċpaċ maʼ ħadd li wrejtni b’dan.”
23 U sejjaħ tnejn mill-fizzjali taʼ l-armata u qalilhom: “Lestu mitejn suldat, kif ukoll sebgħin rikkieb taż-żwiemel u mitejn suldat bil-lanza, biex jimmarċjaw dritt lejn Ċesarija fit-tielet siegħa* tal-lejl.
24 Ħejjulhom ukoll bhejjem tat-tagħbija biex irikkbu lil Pawlu u jwassluh qawwi u sħiħ għand Feliċ il-gvernatur.”
25 U kiteb ittra b’dan il-kliem:
26 “Klawdju Lisja lill-eċċellenza tiegħu, il-Gvernatur Feliċ:+ Is-sliem għalik!
27 Dan ir-raġel inħataf mil-Lhud u kienu għoddhom qatluh, imma jien mort minnufih b’korp taʼ suldati u salvajtu,+ għax sirt naf li hu Ruman.+
28 U billi xtaqt inkun naf għala kienu qed jakkużawh, niżżiltu fis-Sinedriju tagħhom.+
29 Sibt li kien qed jiġi akkużat fuq xi kwistjonijiet tal-Liġi tagħhom,+ iżda ma kien mixli b’xejn li jistħoqqlu l-mewt jew l-irbit.+
30 Imma peress li qaluli b’komplott+ li tfassal kontra dan ir-raġel, qed nibgħathulek minnufih, u nordna lil dawk li akkużawh biex jgħidu quddiemek x’għandhom kontrih.”+
31 Għaldaqstant, skond l-ordnijiet li kellhom, dawn is-suldati+ ħadu lil Pawlu u ġabuh Antipatri bil-lejl.
32 L-għada ħallew lir-rikkieba taż-żwiemel jibqgħu sejrin miegħu, u huma marru lura lejn il-kwartieri tas-suldati.
33 Ir-rikkieba taż-żwiemel daħlu Ċesarija+ u taw l-ittra lill-gvernatur u ressqu wkoll lil Pawlu quddiemu.
34 Għalhekk, qraha u staqsieh minn liema provinċja kien, u sar jaf+ li kien miċ-Ċiliċja.+
35 Qallu, “Nisimgħek bir-reqqa meta jaslu wkoll dawk li qed jakkużawk.”+ U ordna li jinżamm mgħasses fil-palazz pretorjan t’Erodi.
Noti taʼ taħt
^ Madwar id-9 p.m., tibda tgħodd minn inżul ix-xemx.

