2 Samwel 9:1-13

9  U David qal: “Għad fadal xi ħadd mid-​dar taʼ Sawl, sabiex nuri qalb tajba bl-​imħabba+ miegħu minħabba Ġonatan?”+  Issa mid-​dar taʼ Sawl kien hemm qaddej li kien jismu Siba.+ Għalhekk, sejħulu biex imur għand David, u s-​sultan qallu: “Int Siba?” u dan wieġbu: “Jien il-​qaddej tiegħek.”  U s-​sultan issokta jistaqsih: “M’għad hemm ħadd iktar mid-​dar taʼ Sawl, sabiex nuri l-​qalb tajba bl-​imħabba t’Alla miegħu?”+ Għal dan, Siba wieġeb lis-​sultan: “Għad hemm iben taʼ Ġonatan, zopp minn saqajh.”+  Imbagħad is-​sultan qallu: “Fejn hu?” Għalhekk, Siba wieġeb lis-​sultan: “Ara! Qiegħed fid-​dar taʼ Makir,+ bin Għammijel, f’Lo-debar.”+  Minnufih is-​Sultan David bagħat u ġabu mid-​dar taʼ Makir, bin Għammijel, f’Lo-debar.  Meta Mefiboset, bin Ġonatan, bin Sawl, daħal għand David, hu minnufih waqaʼ u nxteħet wiċċu fl-​art.+ Imbagħad David qallu: “Mefiboset!” u dan wieġbu: “Hawn hu l-​qaddej tiegħek.”  U David issokta jgħidlu: “Tibżax, għax jien żgur li se nuri qalb tajba bl-​imħabba+ miegħek minħabba missierek Ġonatan;+ u rrid irroddlok ir-​rabaʼ kollu+ taʼ nannuk Sawl, u int tiekol il-​ħobż dejjem mill-​mejda tiegħi.”+  Għal dan, hu nxteħet fl-​art u qallu: “X’inhu l-​qaddej tiegħek, biex int dawwart wiċċek lejn kelb mejjet+ bħali?”  Is-sultan issa sejjaħ lil Siba, il-​qaddej taʼ Sawl, u qallu: “Kulma kien taʼ Sawl u taʼ daru kollha nagħtih+ lin-​neputi taʼ sidek. 10  U int aħdimlu l-​art, int u wliedek u l-​qaddejja tiegħek, u agħmel il-​ġbir, u dan iservi bħala ikel għal dawk li huma tan-​neputi taʼ sidek, u huma jieklu; imma Mefiboset innifsu, in-​neputi taʼ sidek, jiekol il-​ħobż dejjem mill-​mejda tiegħi.”+ Issa Siba kellu ħmistax-il tifel u għoxrin qaddej.+ 11  Għalhekk, Siba qal lis-​sultan: “Skond kulma sidi s-​sultan jikkmanda lill-​qaddej tiegħu, hekk jagħmel il-​qaddej tiegħek; imma Mefiboset+ jiekol mill-​mejda tiegħi* bħal wieħed minn ulied is-​sultan.” 12  Issa Mefiboset kellu tifel żgħir jismu Mika,+ u dawk kollha li kienu jgħammru fid-​dar taʼ Siba kienu qaddejja taʼ Mefiboset. 13  U Mefiboset kien qed jgħammar f’Ġerusalemm, għax kien qed jiekol dejjem mill-​mejda tas-​sultan;+ u hu kien zopp minn saqajh it-​tnejn.+

Noti taʼ taħt

“Il-​mejda tiegħi,” Test Masoretiku Ebrajk, Vulgata Latina Klementina; Settanta, “il-​mejda taʼ David”; Pexitta Sirjaka, “il-​mejda tas-​sultan.” Xi wħud jissuġġerixxu li r-​referenza għall-​“mejda tiegħi” għandha tinqara “l-​mejda taʼ David”; possibbiltà oħra hi li Siba għandu mnejn kien qed jirripeti l-​kliem eżatt taʼ David.