2 Samwel 17:1-29

17  U Aħitofel qal lil Absalom: “Jekk jogħġbok, ħa nagħżel tnax-il elf raġel u nqum u mmur niġri wara David dan il-​lejl.+  U nasal fuqu meta jkun għajjien u idejh it-​tnejn ikunu dgħajfin,+ u nġiegħlu jitriegħed; u n-​nies kollha li jkunu miegħu jkollhom jaħarbu, u jien noqtol biss lis-​sultan.+  U nġib il-​poplu kollu lura lejk. Jekk jiġix kulħadd lura jiddependi mir-​raġel li qed tfittex; u n-​nies kollha jkunu fis-​sliem.”  U dan il-​kliem kien jingħoġob f’għajnejn Absalom+ u f’għajnejn ix-​xjuħ kollha taʼ Israel.  Madankollu, Absalom qal: “Jekk jogħġbok, sejjaħ ukoll lil Ħusaj+ l-​Arki, u ħa nisimgħu minn fommu x’għandu x’jgħid, hu wkoll.”  Għalhekk, Ħusaj daħal għand Absalom. Imbagħad Absalom qallu: “Dan il-​kliem qal Aħitofel. Naġixxu fuq il-​kelma tiegħu? Jekk le, tkellem int.”  U Ħusaj qal lil Absalom: “Il-​parir li ta Aħitofel mhux tajjeb din id-​darba!”+  U Ħusaj issokta jgħid: “Int stess tafu tajjeb lil missierek u lill-​irġiel tiegħu, li huma setgħanin,+ u ruħhom kollha mrar,+ bħal orsa li tilfet il-​frieħ tagħha fir-​rabaʼ;+ u missierek gwerrier,+ u mhux se jqattaʼ l-​lejl man-​nies.  Ara! Issa qed jistaħba+ f’waħda mill-​ħofor jew f’wieħed mill-​postijiet l-​oħrajn; u jseħħ li, maʼ l-​ewwel attakk tiegħu fuqhom, min jismaʼ b’dan jismaʼ u jgħid, ‘Telfa seħħet fost in-​nies li qed isegwu lil Absalom!’ 10  U saħansitra r-​raġel qalbieni li għandu qalbu bħall-​qalb taʼ ljun+ żgur li jintreħa u jiddgħajjef;+ għax Israel kollu jaf li missierek hu bniedem setgħan,+ u hekk ukoll huma l-​irġiel qalbenin li qegħdin miegħu.+ 11  Jien nagħtik dan il-​parir: Ħa jinġabar quddiemek, bla dewmien, Israel kollu, minn Dan sa Bir-​xeba,+ li hu kotran daqs ir-​ramel li hemm ħdejn il-​baħar,+ u int personalment tmur tiġġieled.+ 12  U aħna nattakkawh f’wieħed mill-​postijiet fejn insibuh żgur,+ u nintefgħu fuqu bħalma n-​nida+ taqaʼ fuq l-​art; u lanqas wieħed ma jibqaʼ minn fosthom, la hu u lanqas l-​irġiel kollha li qegħdin miegħu. 13  U jekk jidħol jistaħba f’xi belt, Israel kollu jġorr il-​ħbula lejn dik il-​belt, u aħna nkaxkruha lejn il-​wied,* sakemm lanqas ċagħqa waħda ma jifdal hemmhekk.”+ 14  Imbagħad Absalom u l-​irġiel kollha taʼ Israel qalu: “Il-​parir taʼ Ħusaj l-​Arki hu aħjar+ mill-​parir t’Aħitofel!” U kien Ġeħova li ta l-​kmand+ biex il-​parir t’Aħitofel jiġi mfixkel+ għalkemm kien tajjeb,+ sabiex Ġeħova jġib il-​gwaj+ fuq Absalom. 15  Iktar tard Ħusaj qal lil Sadok+ u lil Abjatar, il-​qassisin: “Hekk u hekk kien il-​mod kif Aħitofel ta l-​parir lil Absalom u lix-​xjuħ taʼ Israel; u hekk u hekk kien il-​mod kif jien tajt il-​parir. 16  U issa ibgħat bil-​ħeffa u kellem lil David+ u għidlu, ‘Toqgħodx fil-​pjanuri tad-​deżert fix-​xagħri dan il-​lejl, imma int ukoll qis li taqsam għan-​naħa l-​oħra,+ li ma jmorrux jinbelgħu+ s-​sultan u n-​nies kollha li qegħdin miegħu.’” 17  Waqt li Ġonatan+ u Aħimgħas+ kienu weqfin f’Għajn-rogel+ marret qaddejja u tathom l-​aħbar. Għalhekk, huma telqu, peress li kellhom jgħidu lis-​Sultan David; għax ma setgħux jidhru deħlin il-​belt. 18  Madankollu, rahom żagħżugħ u qal lil Absalom. Għalhekk, it-​tnejn li huma telqu bil-​ħeffa u marru d-​dar taʼ raġel f’Baħurim,+ li kellu bir fil-​bitħa tiegħu; u niżlu fih. 19  Imbagħad mart ir-​raġel ħadet biċċa drapp u firxitha fuq wiċċ il-​bir u xeħtet fuqha munzell qmuħ imfarrkin;+ u lanqas xejn ma deher minnu. 20  Issa l-​qaddejja t’Absalom marru għand il-​mara f’darha u qalulha: “Fejn huma Aħimgħas u Ġonatan?” Il-​mara wiġbithom: “Għaddew minn hawnhekk u marru lejn l-​ilmijiet.”+ Imbagħad baqgħu jfittxu u ma sabuhomx,+ u għalhekk reġgħu lura lejn Ġerusalemm. 21  U ġara, wara li dawn telqu, li l-​oħrajn ħarġu mill-​bir u marru jkellmu lis-​Sultan David u qalu lil David: “Qumu u aqsmu bil-​ħeffa dawn l-​ilmijiet; għax hekk ta parir+ Aħitofel kontrikom.” 22  Minnufih David qam u wkoll in-​nies kollha li kienu miegħu, u baqgħu jaqsmu l-​Ġordan sakemm sebaħ fil-​għodu,+ sakemm lanqas wieħed ma kien baqaʼ li ma kienx qasam il-​Ġordan. 23  U Aħitofel ra li l-​parir tiegħu m’aġixxewx fuqu,+ u xedd sarġ lil ħmar u qam u telaq lejn daru f’beltu.+ Imbagħad ta l-​ordnijiet lin-​nies taʼ daru+ u tgħallaq,+ u b’hekk miet.+ Għalhekk, indifen+ fil-​post fejn indifnu missirijietu. 24  U David wasal Maħanajm,+ u Absalom qasam il-​Ġordan, hu u l-​irġiel kollha taʼ Israel miegħu. 25  U Absalom poġġa lil Għamasa+ minflok Ġowab+ fuq l-​armata; u Għamasa kien bin raġel li kien jismu Itra,+ l-​Israeli, li kellu x’jaqsam m’Abigajl,+ bint Naħas, oħt Seruja, omm Ġowab. 26  U Israel u Absalom ikkampjaw fl-​art taʼ Gilegħad.+ 27  U ġara li, malli David wasal Maħanajm, Sobi, bin Naħas, minn Rabba+ taʼ wlied Għammon,+ u Makir,+ bin Għammijel,+ minn Lo-debar, u Barżillaj+ il-​Gilegħadi, minn Rogelim,+ 28  ġabu sodod, bwieqi, reċipjenti tal-​fuħħar, qamħ, xgħir, dqiq,+ qmuħ inkaljati,+ ful,+ għads,+ u qmuħ imnixxfin; 29  u għasel,+ butir,+ nagħaġ, u baqta tal-​ħalib tal-​baqar ġabu lil David u lin-​nies li kienu miegħu biex jieklu,+ għax qalu: “In-​nies huma bil-​ġuħ u għajjenin u bil-​għatx fix-​xagħri.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.