2 Samwel 24:1-25

24  U r-​rabja taʼ Ġeħova reġgħet+ xegħlet kontra Israel, meta xi ħadd* xewwex lil David* kontrihom u qallu: “Mur, għodd+ lil Israel u lil Ġuda.”  Għalhekk, is-​sultan qal lil Ġowab,+ il-​kap tal-​qawwiet militari li kien miegħu: “Jekk jogħġobkom, morru duru fit-​tribujiet kollha taʼ Israel, minn Dan sa Bir-​xeba,+ u rreġistraw il-​poplu,+ u jien inkun naf l-​għadd tal-​poplu.”+  Imma Ġowab qal lis-​sultan: “Jalla Ġeħova Alla tiegħek iżid mal-​poplu saħansitra mitt darba daqs li hu waqt li sidi s-​sultan qed jara dan b’għajnejh. Imma sidi s-​sultan għala jixtieq jagħmel din il-​ħaġa?”+  Fl-aħħar, il-​kelma tas-​sultan għelbet+ lil Ġowab u lill-​kapijiet tal-​qawwiet militari. Għalhekk, Ġowab u l-​kapijiet tal-​qawwiet militari ħarġu minn quddiem is-​sultan biex jirreġistraw+ il-​poplu taʼ Israel.  Imbagħad qasmu l-​Ġordan u kkampjaw f’Għarogħer+ lejn il-​lemin tal-​belt li qiegħda f’nofs il-​wied,* lejn il-​Gadin,+ u lejn Ġagħżer.+  Imbagħad waslu Gilegħad+ u fl-​art taʼ Taħtim-ħodsi u komplew sejrin lejn Dan-ġagħan u daru lejn Sidon.+  Imbagħad waslu ħdejn il-​fortizza taʼ Tir+ u l-​bliet kollha tal-​Ħiwwin+ u tal-​Kangħanin u fl-​aħħar waslu Bir-​xeba+ fin-​Negeb,+ jiġifieri, fl-​art taʼ Ġuda.  B’hekk, marru jduru maʼ l-​art kollha u waslu Ġerusalemm wara disaʼ xhur u għoxrin jum.  Ġowab issa ta l-​għadd tar-​reġistrazzjoni+ tal-​poplu lis-​sultan; u Israel ammonta għal tmien mitt elf raġel qalbieni li jisiltu s-​sejf, u l-​irġiel taʼ Ġuda kienu ħames mitt elf raġel.+ 10  U qalb David bdiet tħabbtu+ wara li għadd il-​poplu b’dan il-​mod. Għaldaqstant, David qal lil Ġeħova: “Jien dnibt+ ħafna b’dak li għamilt. U issa, Ġeħova, jekk jogħġbok, aħfer+ l-​iżball tal-​qaddej tiegħek; għax jien tbellaht bil-​kbir.”+ 11  Meta David qam fil-​għodu, il-​kelma taʼ Ġeħova waslet għand il-​profeta Gad,+ il-​viżjonarju+ taʼ David, u qallu: 12  “Mur u għid lil David, ‘Hekk qal Ġeħova: “Tliet affarijiet qed inqiegħed quddiemek.+ Agħżel għalik waħda minnhom sabiex nagħmilhielek.”’”+ 13  Għaldaqstant, Gad daħal għand David u kellmu u staqsieh:+ “Għandhom jiġu fuqek sebaʼ snin taʼ ġuħ f’artek,+ jew taħrab għal tliet xhur quddiem l-​avversarji tiegħek,+ bihom jiġru warajk, jew iseħħu f’artek tlett ijiem taʼ pesta?+ Issa kun af u ara x’se nwieġbu lil Dak li bagħatni.” 14  Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan inikkitni ferm. Jekk jogħġbok, ħa naqgħu f’id Ġeħova,+ għax ħafna huma l-​ħniniet tiegħu;+ imma tħallinix naqaʼ f’id il-​bniedem.”+ 15  Imbagħad Ġeħova bagħat pesta+ f’Israel minn fil-​għodu saż-​żmien stabbilit, u b’hekk mietu+ mill-​poplu, minn Dan sa Bir-​xeba,+ sebgħin elf persuna. 16  U l-​anġlu+ baqaʼ b’idu maħruġa ’l barra lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba; u Ġeħova beda jiddispjaċih+ minħabba l-​gwaj, u għalhekk qal lill-​anġlu li kien qed jagħmel ħerba fost il-​poplu: “Biżżejjed! Issa niżżel idek.” U l-​anġlu taʼ Ġeħova kien qiegħed qrib il-​qiegħa tad-​dris t’Arawna+ l-​Ġebusi.+ 17  U David qal lil Ġeħova, meta ra l-​anġlu li kien qed jidrob lill-​poplu, iva, qallu: “Ara! Kont jien li dnibt u kont jien li żbaljajt; imma dawn in-​nagħaġ+—x’għamlu? Jekk jogħġbok, ħa tiġi idek fuqi+ u fuq dar missieri.” 18  Iktar tard Gad daħal għand David dakinhar u qallu: “Itlaʼ, waqqaf artal lil Ġeħova fuq il-​qiegħa tad-​dris t’Arawna l-​Ġebusi.”+ 19  U David beda tielaʼ skond il-​kelma taʼ Gad, skond dak li kien ikkmanda Ġeħova.+ 20  Meta Arawna ħares ’l isfel u ra s-​sultan u l-​qaddejja tiegħu resqin lejh, minnufih Arawna ħareġ u miel+ wiċċu lejn l-​art+ quddiem is-​sultan. 21  Imbagħad Arawna qal: “Sidi s-​sultan għala ġie għand il-​qaddej tiegħu?” U David wieġbu: “Biex nixtri+ mingħandek il-​qiegħa tad-​dris ħalli nibni artal lil Ġeħova, sabiex il-​flaġell+ jieqaf minn fuq il-​poplu.” 22  Imma Arawna qal lil David: “Ħa jiħodha+ sidi s-​sultan u joffri dak li hu tajjeb f’għajnejh. Ara, hawn il-​baqar għall-​offerta tal-​ħruq u s-​slitta tad-​dris u l-​għodod tal-​baqar għall-​injam.+ 23  O sultan, Arawna kollox jagħtih lis-​sultan.” U Arawna ssokta jgħid lis-​sultan: “Jalla Ġeħova Alla tiegħek jieħu pjaċir bik.”+ 24  Madankollu, is-​sultan qal lil Arawna: “Le, imma jien żgur li nixtriha mingħandek bi prezz;+ u m’iniex se noffri lil Ġeħova Alla tiegħi sagrifiċċji tal-​ħruq mingħajr ħlas.”+ Għaldaqstant, David xtara+ l-​qiegħa tad-​dris u l-​baqar għal ħamsin xekel fidda. 25  U David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-​ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u Ġeħova beda jismaʼ t-​talb bil-​ħrara+ tal-​pajjiż, u b’hekk il-​flaġell tneħħa minn fuq Israel.

Noti taʼ taħt

Jew, “meta David ġie mxewwex.”
Jew, “hu.” Ara l-​1Kr 21:1.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.