2 Samwel 22:1-51
22 U David qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja+ dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa+ kollha tiegħu u minn id Sawl;+
2 u ssokta jgħid:“Ġeħova hu l-blat għoli+ u l-fortizza tiegħi+ u Dak li jħarrabni.+
3 Alla tiegħi hu l-blata tiegħi.+ Fih se nistkenn,It-tarka tiegħi+ u l-qarn tiegħi+ taʼ salvazzjoni, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà,+U l-post fejn nistaʼ naħrab,+ is-Salvatur tiegħi;+ mill-vjolenza int issalvani.+
4 Se nsejjaħ lil Dak li jistħoqqlu tifħir,+ lil Ġeħova,U mill-għedewwa tiegħi jsalvani.+
5 Għax ħalel kbar tal-mewt dawruni;+Kien hemm dilluvju taʼ nies li m’huma tajbin għal xejn illi qagħdu jwerwruni.+
6 Il-ħbula tal-Qabar* daru miegħi;+Ġejt wiċċ imbwiċċ man-nases tal-mewt.+
7 Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,+U lil Alla tiegħi bqajt insejjaħ.+Imbagħad minn ġot-tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+Bl-għajta tiegħi għall-għajnuna f’widnejh.+
8 U ’l quddiem u lura l-art bdiet titħarrek u titriegħed;+Is-sisien tas-smewwiet theżżu,+U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+
9 Telaʼ duħħan minn imnifsejh, u nar minn fommu baqaʼ jiblaʼ;+Il-ġamar beda jaqbad minnu.+
10 Hu baxxa s-smewwiet ’l isfel u niżel;+Taħt saqajh kien hemm sħab iswed.+
11 U ġie jtir riekeb fuq kerubin;+U kien jidher fuq il-ġwinħajn taʼ spirtu.+
12 Imbagħad għamel id-dlam madwaru bħal għerejjex,+Ilmijiet mudlama, sħab oħxon.+
13 Mid-dija taʼ quddiemu ġamar tan-nar beda jaqbad.+
14 Mis-sema Ġeħova beda jriegħed,+U l-Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu.+
15 U baqaʼ jitfaʼ l-vleġeġ, sabiex ixerridhom;+Sajjetti, sabiex jitfagħhom f’konfużjoni.+
16 U qiegħ il-baħar beda jidher,+Is-sisien taʼ l-art produttiva+ nkixfu,Għaċ-ċanfira taʼ Ġeħova, bin-nefħa tan-nifs minn imnifsejh.+
17 Tani idejh mill-għoli, laqagħni,+Tellagħni minn ilmijiet fondi.+
18 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,+Minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+
19 Huma baqgħu jisfidawni f’jum l-hemm tiegħi,+Imma Ġeħova sar l-appoġġ tiegħi.+
20 U ħariġni f’post spazjuż;+Ħelisni, għax fija sab l-għaxqa tiegħu.+
21 Ġeħova jippremjani skond is-sewwa tiegħi;+Skond l-indafa taʼ idejja jħallasni lura.+
22 Għax jien żammejt it-triqat taʼ Ġeħova,+U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-agħar.+
23 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ kollha tiegħu qegħdin quddiemi;U l-istatuti tiegħu, jien ma nwarrabx minnhom.+
24 Se nkun bla nuqqas+ lejh,U min-naħa tiegħi se nitbiegħed mill-iżball.+
25 Ħa jħallasni lura Ġeħova skond is-sewwa tiegħi,+Skond l-indafa tiegħi quddiem għajnejh.+
26 Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+Maʼ bniedem b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+
27 Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif,+U mal-qarrieq int se taġixxi taʼ iblah.+
28 U n-nies umli se ssalvahom;+Imma għajnejk huma kontra s-suppervi, sabiex tbaxxihom.+
29 Għax int il-musbieħ tiegħi, O Ġeħova,+U hu Ġeħova li se jagħmel id-dlam tiegħi jiddi.+
30 Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+Permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+
31 L-Alla l-veru, triqtu perfetta;+Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+
32 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova,+U min hu blata ħlief Alla tagħna?+
33 L-Alla l-veru hu l-fortizza b’saħħitha tiegħi,+U se jġiegħel li triqti tkun perfetta,+
34 Jagħmilli saqajja bħal taċ-ċriev;+U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+
35 Qed iħarriġli idejja għall-gwerra;+U dirgħajja jagħfsu ’l isfel qaws tar-ram aħmar.+
36 Int se tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+U hi l-umiltà tiegħek li tagħmilni kbir.+
37 Int se tagħmilli biżżejjed wisaʼ fejn nimxi;+U l-għekiesi taʼ saqajja m’humiex se jċedu.+
38 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi, sabiex inġibhom fix-xejn,U ma niġix lura qabel ma jinqerdu għalkollox.+
39 U se neqridhom għalkollox u nfarrakhom,+ sabiex ma jqumux;+Se jaqgħu taħt saqajja.+
40 U int se tħażżimni b’enerġija kbira għall-battalja;+Tixħet taħti lil dawk li jqumu kontrija.+
41 U se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+Lil dawk mimlijin mibegħda għalija—jien se nsikkithom.+
42 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’għandhomx salvatur;+Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+
43 U jien se nitħanhom bħat-trab fin taʼ l-art;Bħat-tajn tat-toroq se ngħaffeġ fuqhom;+Se nisħaqhom.
44 Int se teħlisni min-nies tiegħi li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+Se tħarisni biex inkun il-kap tal-ġnus;+Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+
45 Il-barranin stess se jiġu għandi b’rashom baxxuta;+Widnejhom se jkunu ubbidjenti biex jisimgħuni.+
46 Il-barranin se jidbielu bil-mod il-mod,U joħorġu jitriegħdu mis-swar tagħhom.+
47 Ġeħova hu ħaj;+ u ħa jkun imbierek il-Blata tiegħi;+U ħa jkun eżaltat l-Alla tal-blata tas-salvazzjoni tiegħi.+
48 L-Alla l-veru hu Dak li jagħmel vendetta għalija,+Li jġarraf lill-popli taħti,+
49 U li qed jeħlisni mill-għedewwa tiegħi.+U fuq dawk li jqumu kontrija se terfagħni;+Mir-raġel t’għemejjel vjolenti teħlisni.+
50 Huwa għalhekk li se rroddlok ħajr, O Ġeħova, fost il-ġnus;+U lil ismek ngħanni:+
51 Int li qed tagħmel atti kbar taʼ salvazzjoni għas-sultan tiegħek+U qed turi qalb tajba bl-imħabba mal-midluk tiegħek,+Maʼ David u maʼ nislu għal dejjem.”+

