2 Samwel 12:1-31

12  U Ġeħova bagħat lil Natan+ għand David. Għalhekk, hu daħal għandu+ u qallu: “Kien hemm żewġt irġiel li kienu f’belt waħda, wieħed għani u l-​ieħor taʼ ftit mezzi.  L-għani kellu ħafna u ħafna nagħaġ u baqar;+  imma dak taʼ ftit mezzi ma kellu xejn ħlief ħarufa waħda, żgħira, li kien xtara.+ U kien qed irabbiha, u kienet qed tikber miegħu u maʼ wliedu, kollha flimkien. Mil-​loqma tiegħu kienet tiekol, u milli jkollu fit-​tazza tiegħu kienet tixrob, u fi ħdanu kienet toqgħod, u għalih kienet saret qisha bintu.  Darba waħda ġie xi ħadd iżur lir-​raġel għani, imma dan ma riedx jieħu min-​nagħaġ tiegħu u mill-​baqar tiegħu biex ilestihom għall-​vjaġġatur li kien daħal għandu. Għalhekk, ħa l-​ħarufa tar-​raġel taʼ ftit mezzi u lestieha għar-​raġel li kien daħal għandu.”+  Għal dan, ir-​rabja taʼ David xegħlet għall-​aħħar għar-​raġel,+ u b’hekk qal lil Natan: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ ir-​raġel li għamel dan jistħoqqlu jmut!+  U għall-​ħarufa għandu jpatti+ b’erbgħa,+ minħabba l-​fatt li għamel din il-​ħaġa u minħabba li ma weriex mogħdrija.”+  Imbagħad Natan qal lil David: “Int hu dak ir-​raġel! Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Jien stess dliktek+ bħala sultan fuq Israel, u jien stess ħlistek+ minn id Sawl.  U kont lest li nagħtik dar sidek+ u n-​nisa taʼ sidek+ fi ħdanek, u nagħtik id-​dar taʼ Israel u taʼ Ġuda.+ U kieku dan ma kienx biżżejjed, kont lest li nżidlek affarijiet bħal dawn kif ukoll affarijiet oħrajn.+  Għala stmerrejt il-​kelma taʼ Ġeħova billi għamilt dak li hu ħażin+ f’għajnejh? Lil Urija l-​Ħitti qtiltu bis-​sejf,+ u lil martu ħadtha b’martek,+ u lilu qtiltu bis-​sejf taʼ wlied Għammon. 10  U issa sejf+ ma jitbigħedx minn darek għal żmien indefinit,+ bħala konsegwenza talli stmerrejtni u ħadt lil mart Urija l-​Ħitti biex issir martek.’ 11  Hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Qed inqajjimlek l-​inkwiet minn ġo darek stess;+ u nieħu n-​nisa tiegħek taħt għajnejk stess u nagħtihom lil sieħbek,+ u dan jimtedd man-​nisa tiegħek taħt għajnejn din ix-​xemx.+ 12  Filwaqt li int aġixxejt fil-​moħbi,+ jien, min-​naħa tiegħi, nagħmel din il-​ħaġa quddiem Israel kollu+ u quddiem ix-​xemx.’”+ 13  David issa qal+ lil Natan: “Jien dnibt kontra Ġeħova.”+ U Natan qal lil David: “Ġeħova, madankollu, jaħfirlek dnubek.+ Int ma tmutx.+ 14  Minkejja dan, peress li int bla dubju wrejt nuqqas taʼ rispett+ lejn Ġeħova b’din il-​ħaġa, it-​tifel li għadu kif twilidlek żgur li jmut.”+ 15  Imbagħad Natan mar lejn daru. U Ġeħova laqat+ lit-​tifel, li mart Urija kienet wildet lil David, u b’hekk marad. 16  U David beda jitlob lill-​Alla l-​veru għat-​tifel, u David għamel sawma+ stretta u daħal u għadda l-​lejl mimdud maʼ l-​art.+ 17  Għalhekk, ix-​xjuħ taʼ daru waqfu ħdejh biex iqajmuh mill-​art, imma hu ma riedx u ma kielx ħobż+ magħhom. 18  U ġara li fis-​sebaʼ jum it-​tifel miet. U l-​qaddejja taʼ David beżgħu jgħidulu li t-​tifel kien miet; għax qalu: “Ara! Sakemm it-​tifel kien għadu ħaj kellimnieh, u ma tax widen għal leħinna; għalhekk, kif nistgħu ngħidulu, ‘It-​tifel miet’? Imbagħad żgur li jagħmel xi ħaġa ħażina.” 19  Meta David ra li l-​qaddejja tiegħu kienu qed ifesfsu bejniethom, David beda jinduna li t-​tifel kien miet. Għalhekk, David qal lill-​qaddejja tiegħu: “Jaqaw miet it-​tifel?” Wiġbuh: “Miet.” 20  Imbagħad David qam mill-​art u nħasel u ndilek+ biż-​żejt u biddel ħwejġu u daħal fid-​dar+ taʼ Ġeħova u nxteħet fl-​art;+ imbagħad daħal f’daru u talab biex jiekol, u fil-​pront qegħdulu l-​ħobż quddiemu u beda jiekol. 21  Għaldaqstant, il-​qaddejja tiegħu qalulu: “Xi tfisser din il-​ħaġa li għamilt? Sakemm it-​tifel kien għadu ħaj somt u bqajt tibki; u malli t-​tifel miet qomt u bdejt tiekol il-​ħobż.” 22  U hu wieġeb: “Sakemm it-​tifel kien għadu ħaj somt+ u bqajt nibki,+ għaliex għedt bejni u bejn ruħi, ‘Min jaf jekk Ġeħova jħennx għalija, u t-​tifel jgħix?’+ 23  Issa li miet, għala għandi nsum? Nistaʼ jien nerġaʼ nġibu lura?+ Jien immur ħdejh fil-​qabar,+ imma hu ma jerġax lura ħdejja.”+ 24  U David beda jfarraġ lil martu Bat-seba.+ Imbagħad daħal għandha u mtedd magħha. Maż-​żmien wildet iben,+ u semmewh Salamun.*+ U Ġeħova kien iħobbu.+ 25  Għalhekk, bagħat permezz tal-​profeta Natan+ biex isemmih Ġedidija,* minħabba Ġeħova. 26  U Ġowab+ kompla jiġġieled kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon u ħa taħt idejh il-​belt tas-​saltna. 27  Għalhekk, Ġowab bagħat messaġġiera għand David u qallu: “Jien iġġilidt kontra Rabba.+ Ħadt ukoll taħt idejja l-​belt taʼ l-​ilmijiet. 28  U issa iġbor il-​bqija tan-​nies u waqqaf il-​kamp kontra l-​belt, u ħudha taħt idejk; biex ma nkunx jien stess li nieħu l-​belt taħt idejja, u ismi ma jkollux għalfejn jissejjaħ fuqha.” 29  Għaldaqstant, David ġabar in-​nies kollha u mar Rabba u ġġieled kontriha u ħadha taħt idejh. 30  U ħa l-​kuruna minn fuq ras Malkam,*+ li kienet tiżen talent deheb, flimkien mal-​ħaġar prezzjuż; u tqiegħdet fuq ras David. U l-​priża+ li ħareġ mill-​belt kienet kotrana ferm. 31  U n-​nies li kienu fiha ħariġhom biex iqabbadhom jisserraw il-​ġebel, jagħmlu l-​għodod jaqtgħu tal-​ħadid+ u l-​imnanar tal-​ħadid, u ġegħelhom jagħmlu l-​madum.* U hekk għamlilhom lill-​bliet kollha taʼ wlied Għammon. Fl-​aħħar, David u n-​nies kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt

Minn għerq li jfisser “sliem.”
Ifisser “Maħbub minn Jah.”
X’aktarx idolu taʼ l-​alla taʼ l-​Għammonin, li bnadi oħrajn jissejjaħ Molek jew Milkom.
Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.