IT-TORRI TAL-GĦASSA

Minn fejn jiġi l-ħażen?

Malti
Minn fejn jiġi l-ħażen?
https://cms-imgp.jw-cdn.org/img/p/2015489/univ/art/2015489_univ_sqr_xl.jpg
w15 7/1 p. 16

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Minn fejn jiġi l-​ħażen?

Min ipprova jġiegħel lil Ġesù jagħmel xi ħaġa ħażina?—Mattew 4:8-10

Normalment, in-​nies iridu jkunu paċifiċi, onesti, u qalbhom tajba. Mela, għala spiss naraw il-​vjolenza, l-​inġustizzja, u l-​krudeltà? Aħbarijiet li jkexkxu huma komuni. Hemm xi ħadd li qed jipprova jġiegħel lin-​nies jaġixxu ħażin?—Aqra l-1 Ġwanni 5:19.

Għamel Alla lill-​bnedmin b’tendenza għall-​ħażen? Le, Alla Ġeħova ħalaq lill-​bnedmin fix-​xbieha tiegħu, b’tendenza li jimitaw l-​imħabba t’Alla. (Ġenesi 1:27; Ġob 34:10) Iżda wkoll, Alla ta dinjità lill-​bnedmin billi tahom rieda ħielsa. Meta l-​ewwel ġenituri tagħna għażlu li jaġixxu ħażin, huma ċaħdu l-​eżempju t’Alla u saru imperfetti. Aħna writna t-​tendenza għall-​ħażen mingħandhom.—Aqra Dewteronomju 32:4, 5.

Dejjem se jkollna l-​ħażen magħna?

Alla jridna nirreżistu t-​tendenzi ħżiena tagħna. (Proverbji 27:11) Għalhekk jgħallimna kif nevitaw li nagħmlu dak li hu ħażin u kif insibu ferħ veru. Iżda fil-​preżent ma nistgħux nimitaw l-​imħabba t’Alla perfettament.—Aqra Salm 32:8.

Għalkemm issa kullimkien miżgħud bil-​ħażen, Alla qed jippermettih għal żmien limitat biex jagħti ċans lil kulħadd jara l-​konsegwenzi taʼ niket li jġib. (2 Pietru 3:7-​9) Madankollu, dalwaqt l-​art se tkun mimlija b’nies ferħanin li jobdu lil Alla.—Aqra Salm 37:9-11.