Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Il-pjaneta tagħna ġiet disinjata bi skop?

Il-pjaneta tagħna fiha kulma hemm bżonn għall-ħajja, bħal abbundanza taʼ ilma, li hu essenzjali għall-ħajja. Il-pożizzjoni tad-dinja u l-mod kif iddur huma tant preċiżi li l-ibħra la jiffriżaw u lanqas jisħnu żżejjed. U l-atmosfera u l-qawwa manjetika tal-art jipproteġuha minn radjazzjoni qattiela. Il-mod kif il-pjanti u l-annimali jiddependu minn xulxin hi xi ħaġa tal-għaġeb. Għaldaqstant, ħafna nies waslu għall-konklużjoni li l-pjaneta tagħna ġiet disinjata bi skop.—Aqra Isaija 45:18.

Imma għandek mnejn tistaqsi, ‘Huma t-tbatija u l-inġustizzja parti minn dan l-iskop?’—Aqra Dewteronomju 32:4, 5.

Se jitwettaq l-iskop tal-art?

Id-dinja ġiet disinjata biex tkun post taʼ ferħ għal dawk l-uħud li jirrispettaw lil xulxin u jħobbu lill-Ħallieq tagħhom. B’hekk, il-ħajja tal-bnedmin għandha skop akbar minn dik tal-pjanti jew tal-annimali. Aħna nistgħu nifhmu min hu l-Ħallieq tagħna u nammiraw u nimitaw l-imħabba u l-ġustizzja tiegħu.—Aqra Ekkleżjasti 12:13; Mikea 6:8.

Il-Ħallieq tagħna jistaʼ jwettaq l-iskopijiet kollha tiegħu. Allura nistgħu nserrħu moħħna li se jneħħi t-tbatija u l-inġustizzja u jagħmel il-pjaneta tagħna post ideali fejn jgħixu bnedmin ferħanin.—Aqra Salm 37:11, 29; Isaija 55:11.