Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’tgħid il-Bibbja?

X’tgħid il-Bibbja?

X’inhi Armageddon?

Xi nies jemmnu . . .

li se tkun qerda globali b’armi nukleari jew qerda ambjentali. Int x’taħseb?

Dak li tgħid il-​Bibbja

Armageddon hi “l-​gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” il-​gwerra tiegħu kontra dawk mill-​agħar.—Rivelazzjoni 16:14, 16.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Alla mhux se jiġġieled il-​gwerra t’Armageddon biex jeqred l-​art, imma biex isalvaha minn dawk li qed jeqirduha.—Rivelazzjoni 11:18.

  • Il-​gwerra t’Armageddon se ttemm il-​gwerer kollha.—Salm 46:8, 9.

Huwa possibbli li nsalvaw mill-​gwerra t’Armageddon?

Int kieku x’tgħid?

  • Iva

  • Le

  • Forsi

Dak li tgħid il-​Bibbja

“Folla kbira” mill-​ġnus kollha se jsalvaw “mit-​tribulazzjoni l-​kbira,” li se tintemm bil-​gwerra t’Armageddon.—Rivelazzjoni 7:9, 14.

X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-​Bibbja?

  • Alla jrid li jsalvaw kemm jistaʼ jkun nies f’Armageddon. Hu jeqred lill-​ħżiena biss meta ma jkunx hemm triq oħra.—Eżekjel 18:32.

  • Il-​Bibbja tispjega kif nistgħu nibqgħu ħajjin f’Armageddon.—Sofonija 2:3.