Rut 2:1-23

2  Nagħomi kellha qarib+ min-​naħa taʼ żewġha, raġel għani ħafna,+ mill-​familja t’Elimelek, jismu Bogħaż.+  U Rut il-​Mowabija qalet lil Nagħomi: “Jekk jogħġbok, ħallini mmur fir-​rabaʼ llaqqat+ qalb is-​sbul wara min juri ħniena miegħi.” Għalhekk, wiġbitha: “Mur, binti.”  Imbagħad telqet u daħlet fir-​rabaʼ u bdiet tlaqqat wara l-​ħassada.+ B’hekk, b’kumbinazzjoni sabet ruħha fil-​medda rabaʼ taʼ Bogħaż,+ li kien mill-​familja t’Elimelek.+  U, ara, Bogħaż ġie minn Betlehem u beda jgħid lill-​ħassada: “Ġeħova magħkom.”+ U huma kienu jwiġbuh: “Ġeħova jbierkek.”+  Wara dan, Bogħaż+ staqsa liż-​żagħżugħ li kien fuq il-​ħassada: “Taʼ min hi din iż-​żagħżugħa?”  U hu wieġbu: “Hi Mowabija+ li ġiet lura maʼ Nagħomi mit-​territorju taʼ Mowab.+  U qaltli, ‘Jekk jogħġbok, ħallini llaqqat,+ u niġbor qalb is-​sbul maqtugħ wara l-​ħassada.’ Għalhekk, daħlet u baqgħet fuq saqajha minn x’ħin ġiet fil-​għodu sakemm qagħdet naqra bil-​qiegħda issa fl-​għarix.”+  Iktar tard Bogħaż qal lil Rut: “Smajt, hux, binti? Tmurx tlaqqat f’għalqa oħra,+ u lanqas m’għandek tmur xi mkien ieħor, u b’hekk tkun tistaʼ tibqaʼ qrib il-​ħassada nisa żgħażagħ+ tiegħi.  Żomm għajnejk fuq l-​għalqa li jkunu se jaħsdu, u mur magħhom. Mhux jien stess ordnajt lill-​irġiel żgħażagħ biex ma jmissukx?+ Meta jaqbdek l-​għatx, mur ħdejn il-​ġarar u ixrob milli jimlew l-​irġiel żgħażagħ.”+ 10  X’ħin semgħet dan, baxxiet rasha u niżlet maʼ l-​art+ u qaltlu: “Kif sibt il-​ħniena f’għajnejk biex qed tagħti kasi, meta jien barranija?”+ 11  Imbagħad Bogħaż wiġibha: “Kollox qaluli,+ b’kulma għamilt mal-​kunjata tiegħek wara li miet żewġek,+ u kif tlaqt lil missierek u lil ommok u l-​art taʼ qrabatek biex tmur għand poplu li ma kontx tafu qabel.+ 12  Jalla Ġeħova jippremjak taʼ dak li tagħmel,+ u jalla tirċievi ħlas perfett+ mingħand Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li taħt ġwinħajh ġejt tfittex il-​kenn.”+ 13  Hi wieġbet: “Sidi, ħallini nsib il-​ħniena f’għajnejk, għaliex int kont taʼ faraġ għalija u għax bi kliemek serraħt moħħ il-​qaddejja tiegħek,+ għalkemm jien m’iniex bħal waħda mill-​qaddejja tiegħek.”+ 14  U f’ħin l-​ikel Bogħaż qalilha: “Ersaq ’l hawn, u kul biċċa ħobż+ u bill il-​ftiet fil-​ħall.” Għalhekk, qagħdet bil-​qiegħda ħdejn il-​ħassada, u beda jnewlilha qmuħ inkaljati+ u bdiet tikolhom, u mhux talli xebgħet imma talli kien baqgħalha ż-​żejjed. 15  Imbagħad qamet u marret tlaqqat.+ Bogħaż issa ordna lill-​irġiel żgħażagħ u qalilhom: “Ħalluha tlaqqat qalb is-​sbul maqtugħ, u tagħtuhiex fastidju.+ 16  U qisu li tieħdu ħsieb ukoll li taqilgħu xi sbul mill-​qatet għaliha, u ħalluhomlha biex tkun tistaʼ tlaqqathom,+ u qisu li ma ċċanfruhiex.” 17  Hi kompliet tlaqqat fl-​għalqa sa fil-​għaxija,+ u wara dirset+ dak li kienet laqqtet; b’kollox kellha madwar efa+ xgħir. 18  Wara li ġabritu daħlet il-​belt, u l-​kunjata tagħha rat x’kienet laqqtet. Imbagħad ħarġet l-​ikel li refgħet+ wara li kienet xebgħet u tathulha. 19  Għalhekk, il-​kunjata qaltilha: “Fejn laqqatt illum, u fejn ħdimt? Ikun imbierek min ta kasek.”+ B’hekk, hi qalet lill-​kunjata maʼ min kienet ħadmet; u ssoktat tgħidilha: “Ir-​raġel li ħdimt miegħu llum jismu Bogħaż.” 20  Għal dan il-​kliem, Nagħomi qalet lil mart binha: “Ħa jkun imbierek minn Ġeħova,+ li ma warrabx il-​qalb tajba bl-​imħabba+ tiegħu mill-​ħajjin u mill-​mejtin.”+ U Nagħomi ssoktat tgħidilha: “Dan ir-​raġel jiġi minna.+ Hu wieħed minn dawk li għandhom id-​dritt jifduna.”+ 21  Imbagħad Rut il-​Mowabija qalet: “Qalli wkoll, ‘Għandek tibqaʼ qrib iż-​żgħażagħ tiegħi sakemm ilestu l-​ħsad kollu li għandi.’”+ 22  Għalhekk, Nagħomi+ qalet lil Rut, il-​mara taʼ binha:+ “Binti, aħjar tmur man-​nisa żgħażagħ tiegħu, li ma tmurx f’għalqa oħra u joqogħdu jdejquk.”+ 23  U Rut baqgħet tlaqqat qrib in-​nisa żgħażagħ taʼ Bogħaż sakemm spiċċaw il-​ħsad tax-​xgħir+ u l-​ħsad tal-​qamħ. U baqgħet toqgħod mal-​kunjata.+

Noti taʼ taħt