Rut 1:1-22

1  Issa ġara li, fiż-​żmien meta l-​imħallfin+ kienu jamministraw il-​ġustizzja, waqaʼ l-​ġuħ+ fil-​pajjiż, u raġel minn Betlehem+ f’Ġuda mar jgħix bħala barrani fit-​territorju taʼ Mowab,+ flimkien maʼ martu u ż-​żewġ uliedu.  Ir-raġel kien jismu Elimelek, martu Nagħomi, u ż-​żewġ uliedu Maħlon u Kiljon, Efratin+ minn Betlehem f’Ġuda. U waslu fit-​territorju taʼ Mowab u baqgħu hemmhekk.  Għadda ż-​żmien u miet Elimelek, ir-​raġel taʼ Nagħomi, u baqgħet hi maż-​żewġ uliedha.  Maż-żmien, l-​irġiel iżżewġu nisa Mowabin.+ Waħda kien jisimha Għorfa u l-​oħra Rut.+ U baqgħu jgħixu hemmhekk madwar għaxar snin.  U ġara li Maħlon u Kiljon mietu wkoll, u b’hekk il-​mara sfat mingħajr żewġha u ż-​żewġ uliedha.  Imbagħad hi flimkien man-​nisa taʼ wliedha telqet mit-​territorju taʼ Mowab biex tmur lura, għax waqt li kienet f’Mowab semgħet li Ġeħova kien ħaseb fil-​poplu+ tiegħu billi tahom il-​ħobż.+  U telqet mill-​post fejn kienet,+ u ż-​żewġ nisa taʼ wliedha kienu magħha, u baqgħu mexjin fit-​triq biex imorru lura lejn l-​art taʼ Ġuda.  Fl-aħħar, Nagħomi qalet liż-​żewġ nisa taʼ wliedha: “Morru, erġgħu lura, kull waħda lejn dar ommha. Jalla Ġeħova juri qalb tajba bl-​imħabba magħkom,+ bħalma intom urejtuha miegħi+ u maʼ żwieġkom li issa huma mejtin.  Jalla Ġeħova jagħtikom għotja+ u ssibu post taʼ mistrieħ+ kull waħda f’dar żewġha.” Imbagħad bisithom,+ u bdew jibku u jolfqu. 10  Iżda baqgħu jgħidulha: “Le, aħna miegħek irridu niġu, għand niesek.”+ 11  Imma Nagħomi qaltilhom: “Morru lura, uliedi. Għala tridu tiġu miegħi? Għad għandi jien ulied f’ġufi, biex dawn jistgħu jsiru żwieġkom?+ 12  Morru lura, uliedi, morru, għax jien xjaħt wisq biex nerġaʼ niżżewweġ. Kieku ngħid li għad għandi tama li llejla stess se niżżewweġ u żgur se jkolli t-​tfal,+ 13  lesti li tistennewhom sakemm jikbru? Lesti li ma tiżżewġu lil ħadd biex tibqgħu tistennew lilhom? Le, uliedi, għax minħabba fikom għandi mrar kbir peress li id Ġeħova daret kontrija.”+ 14  Malli semgħu dan reġgħu bdew jibku u jolfqu, u mbagħad Għorfa bieset lill-​kunjata, iżda Rut baqgħet imqabbda magħha.+ 15  Għalhekk, qaltilha: “Ara! L-​armla taʼ ħu żewġek marret lura lejn niesha u allatha.+ Mur lura magħha.”+ 16  Rut wiġbitha: “Toqgħodx titlobni biex nitilqek, biex immur lura u ma niġix miegħek; għax fejn tmur int, immur jien, u fejn tgħaddi l-​lejl int, ngħaddih jien.+ Il-​poplu tiegħek ikun il-​poplu tiegħi,+ u Alla tiegħek, Alla tiegħi.+ 17  Fejn tmut int, immut jien,+ u hemmhekk nindifen. Jalla Ġeħova jagħmilli hekk u iktar+ minn hekk jekk ma tkunx il-​mewt li tifridni minnek.” 18  Meta rat li kienet determinata li tmur magħha,+ ma qaltilha xejn iktar. 19  U t-​tnejn li huma baqgħu sejrin fi triqithom sakemm waslu Betlehem.+ U ġara li malli waslu Betlehem, qamet għagħa kbira fil-​belt kollha minħabba fihom,+ u n-​nisa bdew jgħidu: “Din Nagħomi?”+ 20  U hi kienet tgħidilhom: “Issejħulix Nagħomi.* Sejħuli Mâra,* għax Dak li Jistaʼ Kollox+ sqieni ħafna mrar.+ 21  Kelli minn kollox meta tlaqt,+ u b’idi vojta ġegħelni niġi lura+ Ġeħova. Għala ssejħuli Nagħomi, meta kien Ġeħova li umiljani+ u Dak li Jistaʼ Kollox li ġabli l-​gwaj?”+ 22  Hekk Nagħomi ġiet lura mit-​territorju taʼ Mowab+ maʼ Rut il-​Mowabija, mart binha, u waslu Betlehem+ meta beda l-​ħsad tax-​xgħir.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Morra.”
Ifisser “Il-​Gost Tiegħi.”