Rut 3:1-18

3  Nagħomi, il-​kunjata tagħha, issa qaltilha: “Binti, m’għandix jien infittixlek post taʼ mistrieħ+ għall-​ġid tiegħek stess?  U issa, m’huwiex Bogħaż qaribna,+ dak li int qgħadt man-​nisa żgħażagħ tiegħu? Ara! Illejla se jkun qed iderri*+ x-​xgħir fil-​qiegħa tad-​dris.  Għalhekk, inħasel, indilek biż-​żejt,+ itfaʼ l-​mantell fuqek,+ u inżel lejn il-​qiegħa. Tħallihx ikun jaf min int sakemm ikun kiel u xorob.  U x’ħin jimtedd, oqgħod attenta biex tara fejn jimtedd; u ersaq lejh u ikxiflu saqajh u mtedd hemmhekk; imbagħad hu jgħidlek x’għandek tagħmel.”  Hi wiġbitha: “Nagħmel kulma tgħidli.”  U niżlet lejn il-​qiegħa u għamlet kulma ordnatilha l-​kunjata.  Sadanittant, Bogħaż kiel u xorob, u ħassu kuntent f’qalbu,+ u mar jimtedd f’tarf il-​munzell tal-​qmuħ. Imbagħad hi resqet inkiss inkiss, kixfitlu saqajh, u mteddet.  Ġara li f’nofs il-​lejl hu beda jirtogħod. Għalhekk, qam bil-​qiegħda, u, ara, kien hemm mara mimduda ħdejn saqajh!  Imbagħad staqsiha: “Min int?” Qaltlu: “Jien Rut l-​ilsira tiegħek, ifrex tarf ilbiesek fuq l-​ilsira tiegħek, għax int għandek id-​dritt tal-​fidwa.”+ 10  Għalhekk, qalilha: “Jalla tkun imbierka minn Ġeħova,+ binti. Il-​qalb tajba bl-​imħabba+ li wrejt issa hi aħjar minn dik li wrejt qabel,+ għax ma mortx wara l-​irġiel żgħażagħ, la foqra u lanqas għonja. 11  U issa, binti, tibżax. Kulma tgħidli nagħmillek,+ għax f’bieb il-​belt taʼ niesi kulħadd jaf li int mara mill-​aħjar.+ 12  Huwa minnu li jien għandi d-​dritt tal-​fidwa,+ imma hemm ukoll xi ħadd ieħor, li jiġi minnek iktar mill-​qrib, li għandu dan id-​dritt.+ 13  Għaddi l-​lejl hawnhekk, u jekk għada fil-​għodu jkun irid jifdik,+ tajjeb! Ħa jifdik. Imma jekk ma jogħġbux jifdik, nifdik jien stess, daqskemm hu żgur li Ġeħova hu ħaj.+ Ibqaʼ mimduda sa fil-​għodu.” 14  U baqgħet mimduda ħdejn saqajh sa fil-​għodu u mbagħad qamet qabel ma setaʼ jagħrafha xi ħadd. Issa qalilha: “Qis li ħadd ma jkun jaf li kien hawn mara fil-​qiegħa.”+ 15  U qalilha wkoll: “Ġib il-​mantar taʼ fuqek, u żommu miftuħ.” Hi żammitu miftuħ u kejlilha sitt kejliet* xgħir u tahomlha, u mbagħad daħal il-​belt. 16  Hi telqet għal għand il-​kunjata, u din staqsietha: “Din int, binti?” U hi rrakkontatilha kulma kien għamlilha Bogħaż. 17  U kompliet tgħidilha: “Tani dawn is-​sitt seat xgħir, għax qalli, ‘Tmurx b’idek vojta għand il-​kunjata.’”+ 18  U din qaltilha: “Stenna, binti, sakemm tkun taf kif se tintemm il-​kwistjoni, għax dan ir-​raġel mhux se jistrieħ qabel ma jirranġa kollox illum.”+

Noti taʼ taħt

Proċess li fih il-​karfa titneħħa minn mal-​qmuħ.
Skond sorsi rabbiniċi dawn kienu sitt seat jew 44 litru. Dan x’aktarx li kien kulma setgħet iġġorr fuq rasha.