Rut 4:1-22

4  U Bogħaż telaʼ ħdejn bieb+ il-​belt u qagħad bil-​qiegħda hemmhekk. U, ara, kien għaddej il-​qarib li kellu d-​dritt tal-​fidwa u li kien semma Bogħaż.+ U Bogħaż qallu: “Ersaq ’l hawn, ħabib, poġġi ftit bil-​qiegħda.” Għalhekk, dak resaq u poġġa bil-​qiegħda.  U Bogħaż sejjaħ għaxart irġiel mix-​xjuħ+ tal-​belt u qalilhom: “Poġġu hawn.” U dawk qagħdu bil-​qiegħda.  Imbagħad qal lill-​qarib:+ “Dik il-​medda rabaʼ li kienet taʼ ħuna Elimelek,+ Nagħomi, li issa ġiet lura mit-​territorju taʼ Mowab,+ trid tbigħha.  U jien ħsibt li għandi ngħarrfek u ngħidlek, ‘Ixtriha+ quddiem l-​abitanti tal-​belt u x-​xjuħ taʼ niesi.+ Jekk trid tifdiha, ifdiha; imma jekk mhux se tifdiha, għidli, biex inkun naf, għax m’hemm ħadd ħliefek li jistaʼ jifdiha,+ u jien niġi warajk.’” U dan qallu: “Jien irrid nifdiha.”+  Imbagħad Bogħaż qallu: “Dakinhar li tixtri l-​għalqa minn id Nagħomi, trid tixtriha wkoll mingħand Rut il-​Mowabija, mart il-​mejjet, biex tqajjem isem il-​mejjet fuq wirtu.”+  X’ħin semaʼ dan, il-​qarib wieġbu: “Ma nistax nifdiha għalija, għax nibżaʼ li nagħmel ħsara lil wirti. Ifdiha għalik bid-​dritt tiegħi, għax jien ma nistax nifdiha.”  Issa din kienet id-​drawwa fl-​antik f’Israel rigward id-​dritt tal-​fidwa u rigward it-​tpartit, biex kollox ikun stabbilit: Raġel kellu jinżaʼ s-​sandlija+ u jagħtiha lill-​ieħor, u din kienet il-​konferma f’Israel.  Għalhekk, meta l-​qarib qal lil Bogħaż: “Ixtriha għalik,” hu qabad u neżaʼ s-​sandlija.+  Imbagħad Bogħaż qal lix-​xjuħ u lin-​nies kollha: “Intom xhieda+ llum li qed nixtri minn id Nagħomi kulma kellu Elimelek u kulma kellhom Kiljon u Maħlon. 10  U qed nixtri wkoll għalija bħala marti lil Rut il-​Mowabija, mart Maħlon, biex inqajjem isem il-​mejjet+ fuq wirtu u biex ismu ma jinqatax minn fost ħutu u minn bieb beltu.* Illum intom xhieda.”+ 11  U n-​nies kollha li kien hemm f’bieb il-​belt u x-​xjuħ qalu: “Xhieda aħna! Jalla Ġeħova jagħmel li l-​mara li ġejja f’darek tkun bħal Rakele+ u bħal Lea,+ li t-​tnejn li huma bnew dar Israel;+ u int uri x’tiswa f’Efrata+ u agħmel isem tajjeb għalik f’Betlehem.+ 12  U jalla darek issir bħal dik taʼ Pereż, li Tamar wildet lil Ġuda,+ mill-​ulied li Ġeħova se jagħtik minn din il-​mara żagħżugħa.”+ 13  B’hekk, Bogħaż ħa lil Rut u hi saret martu u kellu x’jaqsam magħha. U Ġeħova taha li titqal+ u wildet iben. 14  U n-​nisa bdew jgħidu+ lil Nagħomi: “Ikun imbierek Ġeħova,+ li llum ma ħalliekx mingħajr qarib; biex ismu jixxandar f’Israel. 15  U hu reġaʼ ġiegħlek tieħu l-​ħajja* u wieżnek fi xjuħitek,+ għaliex mart ibnek, li tant tħobbok+ u li għalik hi aħjar minn sebaʼ subien,+ wildet lil dan l-​iben.” 16  U Nagħomi ħadet it-​tifel u qegħditu fi ħdanha, u bdiet tieħu ħsiebu. 17  U n-​nisa ġirien+ tawh isem u qalu: “Lil Nagħomi twildilha iben.” U semmewh Għobed.*+ Dan jiġi missier Ġesse,+ missier David. 18  Issa dawn huma l-​ġenerazzjonijiet taʼ Pereż:+ Pereż nissel lil Ħesron;+ 19  u Ħesron nissel lil Ram; u Ram+ nissel lil Għamminadab; 20  u Għamminadab+ nissel lil Naħson;+ u Naħson nissel lil Salmon; 21  u Salmon+ nissel lil Bogħaż; u Bogħaż+ nissel lil Għobed; 22  u Għobed nissel lil Ġesse;+ u Ġesse nissel lil David.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “minn bieb postu.”
Jew, “ir-​ruħ.”
Ifisser “Qaddej; Wieħed li Jaqdi.”