Rumani 3:1-31

3  Allura, x’inhi s-​superjorità tal-​Lhudi,+ jew x’inhu l-​benefiċċju taċ-​ċirkonċiżjoni?+  Ħafna u b’kull mod. L-​ewwelnett, għax huma kienu fdati bid-​dikjarazzjonijiet sagri t’Alla.+  Allura, xi jfisser dan? Jekk xi wħud m’esprimewx fidi,+ in-​nuqqas taʼ fidi tagħhom forsi se jagħmel il-​fedeltà+ t’Alla bla effett?+  Jalla qatt ma jkun dan! Imma ħa jintwera li Alla hu veru,+ għalkemm kull bniedem jintwera li hu giddieb,+ bħalma hu miktub: “Sabiex jintwera li int ġust fi kliemek u tirbaħ meta tiġi ġudikat.”+  Madankollu, x’ngħidu jekk bl-​inġustizzja tagħna tispikka l-​ġustizzja+ t’Alla? Alla mhux inġust+ meta jisfoga l-​korla tiegħu, hux hekk? (Qed nitkellem taʼ bniedem.)+  Jalla qatt ma jkun dan! Inkella Alla kif se jiġġudika d-​dinja?+  Iżda jekk minħabba l-​gidba tiegħi l-​verità t’Alla+ saret tidher iktar, u dan għall-​glorja tiegħu, għala jien ukoll għadni niġi ġudikat bħala midneb?+  U għala ma ngħidux, bħalma jakkużawna+ b’mod falz u bħalma xi wħud jgħidu li aħna ngħidu: “Ħa nagħmlu l-​ħażin biex jiġi t-​tajjeb”?+ Il-​ġudizzju+ kontra dawn in-​nies hu fi qbil mal-​ġustizzja.+  Allura, x’qed ngħidu? Qegħdin aħna f’pożizzjoni+ aħjar? Lanqas xejn! Għax hawn fuq għamilna l-​akkuża li kemm il-​Lhud kif ukoll il-​Griegi qegħdin ilkoll taħt id-​dnub;+ 10  bħalma hu miktub: “M’hemm ebda bniedem ġust, lanqas wieħed li hu wieħed;+ 11  m’hemm ħadd li għandu d-​dehen, m’hemm ħadd li jfittex lil Alla.+ 12  Il-bnedmin kollha żvijaw, ilkoll flimkien saru bla siwi; m’hemm ħadd li juri qalb tajba, lanqas biss wieħed.”+ 13  “Gerżumithom qabar miftuħ, ilsienhom+ użawh għall-​qerq.” “Velenu tas-​sriep hemm wara xofftejhom.”+ 14  “U fommhom mimli saħta u espressjonijiet taʼ mrar.”+ 15  “Saqajhom ħfief biex ixerrdu d-​demm.”+ 16  “Ħerba u miżerja hemm fi triqathom,+ 17  u t-​triq tal-​paċi+ m’għarfuhiex.” 18  “M’għandhomx il-​biżaʼ t’Alla quddiem għajnejhom.”+ 19  Issa aħna nafu li kulma tgħid il-​Liġi+ tgħidu lil dawk li huma taħt il-​Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu+ u d-​dinja kollha ssir suġġetta+ għall-​kastig+ mingħand Alla.  20  Għalhekk, bl-​għemejjel tal-​liġi ebda bniedem ma jiġi dikjarat ġust+ quddiemu, għax permezz tal-​liġi+ jiġi l-​għarfien eżatt dwar id-​dnub.+ 21  Imma issa, mingħajr liġi, dehret il-​ġustizzja+ t’Alla skond kif jixhdulha+ l-​Liġi+ u l-​Profeti;+ 22  iva, il-​ġustizzja t’Alla permezz tal-​fidi f’Ġesù Kristu,+ għal dawk kollha li għandhom il-​fidi.+ Għax m’hemmx distinzjoni.+ 23  Għax kollha dinbu+ u jonqsu milli jilħqu l-​glorja t’Alla,+ 24  u bħala għotja+ b’xejn qed jiġu dikjarati ġusti bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu+ permezz tal-​ħelsien bil-​fidwa+ mħallsa minn Kristu Ġesù. 25  Alla tah bħala offerta propizjatorja*+ permezz tal-​fidi f’demmu.+ Dan kien sabiex juri l-​ġustizzja tiegħu, għax kien qed jaħfer id-​dnubiet+ li seħħew fil-​passat waqt li Alla kien qed jeżerċita t-​tolleranza;+ 26  sabiex juri l-​ġustizzja tiegħu+ f’dan iż-​żmien stabbilit, biex ikun ġust anki meta jiddikjara ġust+ lill-​bniedem li jkollu fidi f’Ġesù. 27  Allura, fejn hu l-​ftaħir?+ Spiċċa. Permezz taʼ liema liġi?+ Taʼ l-​għemejjel?+ Dażgur li le; imma permezz tal-​liġi tal-​fidi.+ 28  Għax aħna tal-​fehma li bniedem jiġi dikjarat ġust bil-​fidi mingħajr għemejjel tal-​liġi.+ 29  Jew hu l-​Alla tal-​Lhud biss?+ M’huwiex ukoll tan-​nies tal-​ġnus?+ Iva, tan-​nies tal-​ġnus ukoll,+ 30  jekk tassew Alla hu wieħed,+ li jiddikjara ġusti lin-​nies ċirkonċiżi+ b’riżultat tal-​fidi u lin-​nies mhux ċirkonċiżi+ permezz tal-​fidi tagħhom. 31  Allura, bil-​fidi tagħna qed inneħħu l-​liġi?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għall-​kuntrarju, aħna qed nistabbilixxu l-​liġi.+

Noti taʼ taħt

Jew, “offerta taʼ tpattija biex tinkiseb l-​approvazzjoni t’Alla.”