Rumani 15:1-33

15  Iżda aħna li aħna b’saħħitna għandna nerfgħu d-​dgħjufijiet taʼ dawk li m’humiex b’saħħithom+ u mhux nogħġbu lilna nfusna.+  Ħa jogħġob kull wieħed minna lill-​proxxmu tiegħu f’dak li hu tajjeb biex jgħinu jinbena.+  Għax lanqas il-​Kristu ma fittex li jogħġob lilu nnifsu;+ imma bħalma hu miktub: “It-​tmaqdir taʼ dawk li kienu qed imaqdruk waqaʼ fuqi.”+  Għax kulma nkiteb minn qabel inkiteb+ għall-​istruzzjoni tagħna,+ biex permezz tas-​sabar+ tagħna u permezz tal-​faraġ+ mill-​Iskrittura jkollna t-​tama.+  L-Alla li jipprovdi s-​sabar u l-​faraġ jagħtikom li jkollkom bejnietkom l-​istess attitudni mentali+ li kellu Kristu Ġesù,  biex b’fehma waħda+ tigglorifikaw b’fomm wieħed lil Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.  Għalhekk, ilqgħu lil xulxin+ bħalma l-​Kristu wkoll laqaʼ lilna,+ biex Alla jiġi glorifikat.  Għax jien ngħid li, minħabba li Alla hu taʼ kelmtu,+ Kristu fil-​fatt sar ministru+ taʼ dawk li huma ċirkonċiżi+ sabiex jivverifika l-​wegħdi+ li Hu għamel lil missirijiethom,  u sabiex il-​ġnus+ jigglorifikaw lil Alla għall-​ħniena tiegħu.+ Bħalma hu miktub: “Huwa għalhekk li nirrikonoxxik pubblikament fost il-​ġnus u ngħanni+ lil ismek.” 10  U jerġaʼ jgħid: “Ifirħu, O ġnus, mal-​poplu tiegħu.”+ 11  U jerġaʼ: “Faħħru lil Ġeħova, intom il-​ġnus kollha, u ħa jfaħħruh il-​popli kollha.”+ 12  U għal darb’oħra Isaija jgħid: “Ikun hemm l-​għerq taʼ Ġesse,+ u jqum wieħed biex jaħkem lill-​ġnus;+ fuqu l-​ġnus iserrħu t-​tama tagħhom.”+ 13  L-Alla li jagħti t-​tama jimliekom b’kull ferħ u paċi talli temmnu, biex toktru fit-​tama bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis.+ 14  Issa ħuti, jien stess ukoll persważ dwarkom li anki intom mimlijin tjubija, peress li mtlejtu bl-​għarfien kollu,+ u tistgħu wkoll twiddbu lil xulxin.+ 15  Madankollu, qed niktbilkom iktar ċar u tond dwar xi punti, qisni qed nerġaʼ nfakkarkom,+ minħabba l-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt minn Alla+ 16  biex inkun qaddej pubbliku taʼ Kristu Ġesù għall-​ġnus,+ okkupat bix-​xogħol qaddis taʼ l-​aħbar tajba+ t’Alla, sabiex l-​offerta,+ jiġifieri, dawn il-​ġnus, tkun aċċettabbli,+ billi hi mqaddsa bl-​ispirtu qaddis.+ 17  Għaldaqstant għandi għalfejn nifraħ fi Kristu Ġesù+ rigward is-​servizz tiegħi lil Alla.+ 18  Għax ma nissogra ngħid xejn jekk mhux dak li Kristu ħadem permezz tiegħi+ biex il-​ġnus ikunu ubbidjenti,+ bil-​kelma+ u bl-​għemil tiegħi, 19  bil-qawwa tas-​sinjali u l-​għeġubijiet,+ bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis; sabiex b’hekk minn Ġerusalemm sa l-​Illirja dort dawk l-​inħawi+ nippriedka bir-​reqqa l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu.+ 20  Tabilħaqq, b’dan il-​mod għamiltha l-​mira tiegħi li ma nxandarx l-​aħbar tajba fejn Kristu kien diġà ssemma, sabiex ma nkunx qed nibni fuq il-​pedament taʼ ħaddieħor;+ 21  imma bħalma hu miktub: “Dawk li dwaru ma tħabbrilhom xejn jaraw, u dawk li ma semgħux jifhmu.”+ 22  Għalhekk ukoll kont imfixkel bosta drabi milli niġi għandkom.+ 23  Imma issa li f’dawn ir-​reġjuni m’għadx baqagħli territorju mhux mimsus, u ili s-​snin nixtieq ħafna niġi għandkom,+ 24  nittama, fuq kollox, li meta nkun sejjer Spanja,+ waqt li nkun qed nivvjaġġa għal hemmhekk, inkun nistaʼ narakom u tiġu+ biċċa triq miegħi wara li l-​ewwel inkun gawdejt xi ftit il-​kumpanija tagħkom. 25  Imma issa dalwaqt nivvjaġġa lejn Ġerusalemm biex naqdi lill-​qaddisin.+ 26  Għax dawk fil-​Maċedonja* u l-​Akaja*+ għoġobhom jagħtu minn dak li għandhom permezz taʼ kontribuzzjoni+ lill-​foqra fost il-​qaddisin f’Ġerusalemm. 27  Veru, huma għoġobhom jagħmlu dan, iżda kienu midjunin lejhom; għax jekk il-​ġnus ħadu sehem fl-​affarijiet spiritwali tagħhom,+ huma wkoll obbligati li jikkontribwixxu għall-​bżonnijiet materjali tagħhom.+ 28  Għaldaqstant, wara li nkun temmejt dan u wassaltilhom din il-​kontribuzzjoni+ qawwija u sħiħa, nitlaq lejn Spanja+ u fi triqti niġi għandkom. 29  Iktar minn hekk, naf li meta niġi għandkom, il-​wasla tiegħi tkun mimlija bil-​barka taʼ Kristu.+ 30  Issa nħeġġiġkom, ħuti, permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu u permezz taʼ l-​imħabba taʼ l-​ispirtu,+ biex tistinkaw miegħi u titolbu lil Alla għalija+ 31  biex jeħlisni+ minn dawk fil-​Lhudija li ma jemmnux u biex il-​ministeru tiegħi għal Ġerusalemm+ ikun aċċettabbli għall-​qaddisin,+ 32  sabiex meta niġi għandkom inkun ferħan u, jekk Alla jrid, insib is-​serħan+ magħkom. 33  L-Alla li jagħti l-​paċi jkun magħkom ilkoll.+ Amen.

Noti taʼ taħt

Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.
Ara At 18:12, in-​nota taʼ taħt.