Rumani 10:1-21
10 Ħuti, dak li nixtieq minn qalbi u li nitlob bil-ħerqa lil Alla għalihom hu, tabilħaqq, li jiġu salvati.+
2 Għax nixhdilhom li għandhom żelu+ għal Alla, imma mhux skond l-għarfien eżatt;+
3 għax, minħabba li ma kinux jafu l-ġustizzja t’Alla+ imma pprovaw jistabbilixxu l-ġustizzja tagħhom stess,+ huma ma ssottomettewx ruħhom lejn il-ġustizzja t’Alla.+
4 Għax Kristu hu t-tmiem tal-Liġi,+ sabiex kulmin jeżerċita l-fidi jkollu l-ġustizzja.+
5 Għax Mosè jikteb li l-bniedem li għamel il-ġustizzja tal-Liġi jgħix permezz tagħha.+
6 Imma l-ġustizzja li tiġi mill-fidi titkellem b’dan il-mod: “Tgħidx f’qalbek,+ ‘Min se jitlaʼ fis-sema?’+ jiġifieri, biex iniżżel lil Kristu;+
7 jew, ‘Min se jinżel fl-abbiss?’+ jiġifieri, biex itellaʼ lil Kristu mill-imwiet.”+
8 Imma x’tgħid? “Il-kelma hi qribek, f’fommok u f’qalbek stess”;+ jiġifieri, il-“kelma”+ tal-fidi, li qed nippridkaw.+
9 Għax jekk ixxandar pubblikament dik il-‘kelma taʼ fommok,’+ li Ġesù hu Mulej,+ u teżerċita l-fidi f’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet,+ int tiġi salvat.+
10 Għax bil-qalb+ wieħed jeżerċita l-fidi għall-ġustizzja, imma bil-fomm jistqarr pubblikament+ għas-salvazzjoni.
11 Għax l-Iskrittura tgħid: “Kulmin ipoġġi+ l-fidi tiegħu fih ma jkunx diżappuntat.”+
12 Għax m’hemmx distinzjoni bejn Lhudi u Grieg,+ iżda fuq kulħadd hemm l-istess Mulej, li hu għani+ lejn kulmin isejjaħlu.
13 Għax “kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”+
14 Madankollu, kif se jsejħu lil dak li ma poġġewx il-fidi fih?+ Imma kif se jpoġġu l-fidi f’dak li ma semgħux dwaru? U kif se jisimgħu jekk xi ħadd ma jippridkax?+
15 U kif se jippridkaw jekk ma jintbagħtux?+ Bħalma hu miktub: “Kemm huma sbieħ saqajn dawk li jxandru aħbar tajba t’affarijiet tajbin!”+
16 Iżda mhux ilkoll obdew l-aħbar tajba.+ Għax Isaija jgħid: “Ġeħova, min poġġa l-fidi f’dak li nstemaʼ mingħandna?”+
17 Mela l-fidi tiġi minn dak li nstemaʼ.+ Mill-banda l-oħra, dak li nstemaʼ hu permezz tal-kelma dwar Kristu.+
18 Madankollu nistaqsi, Ma naqsux li jisimgħu, hux hekk? Fil-fatt, “ħosshom infirex+ maʼ l-art kollha, u kliemhom+ sa truf l-art abitata.”
19 Iżda nistaqsi, Israel ma naqasx li jkun jaf, hux hekk?+ L-ewwel, Mosè jgħid: “Inqanqalkom għall-għira permezz taʼ dak li mhux ġens; inqanqalkom għal rabja vjolenti permezz taʼ ġens stupidu.”+
20 Imbagħad bi qlubija kbira Isaija jgħid: “Sabuni dawk li ma kinux qed ifittxuni;+ rawni dawk li ma kinux qed jistaqsu għalija.”+
21 Imma dwar Israel jgħid: “Il-jum kollu ftaħt idejja lejn poplu li ma jobdix+ u li jirrispondini.”+

