Rumani 16:1-27
16 Nirrikkmandalkom lil oħtna Febe, li qed taqdi+ fil-kongregazzjoni li hemm f’Kenkre,+
2 sabiex tilqgħuha+ fil-Mulej kif jixraq lill-qaddisin, u sabiex tgħinuha f’kulma jistaʼ jkollha bżonnkom,+ għax hi stess iddefendiet lil ħafna, iva, anki lili.
3 Selluli għal Priska* u għal Akwila,+ ħaddiema sħabi+ fi Kristu Ġesù,
4 li ssograw ħajjithom+ għalija,* u li mhux jien biss irroddilhom ħajr+ imma wkoll il-kongregazzjonijiet kollha tal-ġnus;
5 u sellu għall-kongregazzjoni li hemm f’darhom.+ Selluli għal Epenetu, il-maħbub tiegħi, li hu fost l-ewwel frott+ mill-Asja għal Kristu.
6 Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom.
7 Sellu għal Androniku u Ġunja, qrabati+ u sħabi fil-ħabs,+ li huma rġiel magħrufin fost l-appostli u li ilhom f’unjoni+ maʼ Kristu iktar minni.
8 Selluli+ għal Amplijatu, il-maħbub tiegħi fil-Mulej.
9 Sellu għal Urbanu, ħaddiem seħibna fi Kristu, u għal Staki, il-maħbub tiegħi.
10 Sellu+ għal Apelle, l-approvat fi Kristu. Sellu għal dawk mid-dar t’Aristobulu.
11 Sellu għal Erodjon, il-qarib tiegħi.+ Sellu għal dawk mid-dar taʼ Narċissu li huma fil-Mulej.+
12 Sellu għal Trifena u Trifosa, nisa li qed jaħdmu iebes fil-Mulej. Sellu għal Persi, il-maħbuba tagħna, għax hi tħabtet ħafna fil-Mulej.
13 Sellu għal Rufu, il-magħżul fil-Mulej, u għal ommu li hi ommi wkoll.
14 Sellu għal Asinkretu, Flegon, Erme, Patroba, Erma, u għall-aħwa li hemm magħhom.
15 Sellu għal Filologu u Ġulja, Nerija u oħtu, u Olimpa, u l-qaddisin kollha li hemm magħhom.+
16 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ Il-kongregazzjonijiet kollha tal-Kristu jsellu għalikom.
17 Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex iżżommu għajnejkom fuq dawk li joħolqu firdiet+ u tfixkil kuntrarju għat-tagħlim+ li tgħallimtu, u evitawhom.+
18 Għax nies bħal dawn huma lsiera taʼ żaqqhom stess,+ mhux taʼ Kristu, il-Mulej tagħna; u bi kliem melliesi+ u diskors kumplimentuż+ iqarrqu bil-qlub taʼ nies li m’għandhomx malizzja.
19 Madankollu, l-ubbidjenza tagħkom innotaha kulħadd.+ Għalhekk jien ferħan bikom. Imma rridkom tkunu għorrief+ f’dak li hu tajjeb, imma innoċenti+ f’dak li hu ħażin.+
20 Min-naħa tiegħu, l-Alla li jagħti l-paċi+ dalwaqt jgħaffeġ lil Satana+ taħt saqajkom. Jalla l-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej tagħna Ġesù tkun magħkom.+
21 Iselli għalikom Timotju, ħaddiem sieħbi, kif ukoll Luċju u Ġason u Sosipater, qrabati.+
22 Jien, Terzju, li għamilt il-kitba taʼ din l-ittra, inselli għalikom fil-Mulej.
23 Iselli għalikom Gaju,+ li laqaʼ lili u lill-kongregazzjoni kollha f’daru. Iselli għalikom Erastu, il-prokuratur tal-belt,+ kif ukoll ħuh Kwartu.
24 * ——
25 Issa lil dak+ li jistaʼ jissodakom fi qbil maʼ l-aħbar tajba li nxandar u l-ippridkar dwar Ġesù Kristu, skond ir-rivelazzjoni tas-sigriet sagru+ li nżamm fis-skiet għal żmien twil
26 imma li issa, permezz taʼ dak li kitbu l-profeti u fi qbil mal-kmand taʼ l-Alla taʼ dejjem, intwera+ u ntgħaraf fost il-ġnus biex tiġi inkuraġġita l-ubbidjenza bil-fidi;+
27 lil Alla, li hu biss hu għaref,+ tkun il-glorja+ permezz taʼ Ġesù Kristu+ għal dejjem. Amen.

