Mur fil-kontenut

Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?

Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Kajjin, l-​ewwel wild tal-​ewwel koppja umana, iżżewweġ lil waħda minn ħutu jew lil xi ħadd ieħor li kien jiġi mill-​qrib minnu. Nistgħu naslu għal din il-​konklużjoni billi nikkunsidraw x’tgħid il-​Bibbja dwar Kajjin u l-​familja tiegħu.

Fatti dwar Kajjin u l-​familja tiegħu

  •   In-​nies kollha huma dixxendenti t’Adam u Eva. Alla “minn raġel wieħed [Adam] għamel il-​ġnus kollha tal-​bnedmin, biex jgħammru fuq il-​wiċċ kollu taʼ l-​art.” (Atti 17:26) Mart Adam, Eva, saret “omm il-​ħajjin kollha.” (Ġenesi 3:20) Għaldaqstant, Kajjin żgur li żżewweġ lil xi ħadd mid-​dixxendenti taʼ Adam u Eva.

  •   Eva, l-​ewwel kellha lil Kajjin, imbagħad lil Abel, u wara kellha wlied oħrajn. (Ġenesi 4:1, 2) Meta Kajjin ġie mkeċċi talli qatel lil ħuh, hu lmenta: “Żgur li kulmin isibni joqtolni.” (Ġenesi 4:14) Minn min kien qed jibżaʼ Kajjin? Il-​Bibbja tgħid li Adam “nissel subien u bniet.” (Ġenesi 5:4) Milli jidher, id-​dixxendenti l-​oħra t’Adam u Eva setgħu heddew lil Kajjin.

  •   Fil-​bidu tal-​istorja umana, kien normali li wieħed jiżżewweġ lil xi ħadd jiġi minnu. Pereżempju, ir-​raġel leali Abraham iżżewweġ lil oħtu mill-​missier. (Ġenesi 20:12) L-​ewwel kmand kontra żwieġ bħal dan deher fil-​Liġi Mosajka, li daħlet fis-​seħħ mijiet taʼ snin wara Kajjin. (Levitiku 18:9, 12, 13) Donnu li t-​tfal li kienu jitwieldu minn qraba lura f’dak iż-​żmien ma kinux suxxettibbli li jitwieldu b’difetti bħalma jiġri llum.

  •   Il-​Bibbja tippreżenta r-​rakkont taʼ Adam, Eva, u l-​familja tagħhom bħala rakkont storiku eżatt. Ġenealoġiji dettaljati li jmorru lura sa Adam ma ssibhomx biss fil-​ktieb tal-​Ġenesi, li nkiteb minn Mosè, imma ssibhom ukoll fil-​kitbiet tal-​istorjografi Esdra u Luqa. (Ġenesi 5:3-​5; 1 Kronaki 1:1-​4; Luqa 3:38) Kittieba tal-​Bibbja jirreferu għall-​istorja taʼ Kajjin bħala ġrajja storika.—Ebrej 11:4; 1 Ġwanni 3:12; Ġuda 11.